|
|
|
|
|
|
|
||||||
| |
|
|
||||||||||
![]() |
|
|
|
|||||||||
|
|
|||||||||||
| |
||||||||||||
|
|
TV
Digtali - Il-Gvern u l-MCA iwahhlu f’xulxin |
|
|
|||||||||
|
Minkejja li l-Gvern qieghed jaghti l-impressjoni li hija l-Awtorità Maltija ghall-Komunikazzjoni (MCA) li qieghda tfassal politika li se tiddetermina min mill-erba’ stazzjonijiet televizi ewlenin f’pajjizna u ohrajn se jinghata frekwenza biex ixandar fuq sistema digitali fl-2010, skond is-Sur Colin Camilleri, il-Kap Tekniku Ufficjali ta’ l-MCA huwa l-Gvern li qieghed imexxi din il-politika. Dan hareg minn kolazzjon kummercjali li sar il-bierah fil-Lukanda Radisson organizzat mill-Business Times bit-tema: “It-Televizjoni Digitali ghall-Gejjieni”. F’intervent li ghamel Dr Michael Vella Haber, id-Direttur Manigerjali l-gdid ta’ Super1 TV, stqarr li bhala wiehed mill-erba’ xandara li ilhom jitrasmettu ‘free to air’ (xandir bla hlas) ghal bosta snin, jinsab imhasseb ghax m‘humiex f’qaghda jghidu jekk wara l-2010, is-sena li fiha iridu jieqfu milli jxandru b’sistema analoga biex jibdew b’mod digitali, hux se jzommu dan l-istat ta’ ‘free to air’ meta huma licenzjati mill-Awtorità tax-Xandir li jaghmlu dan fuq din il-pjattaforma. Colin Camilleri stqarr li mhix l-MCA li qieghda tfassal il-politika tal-Gvern, izda huwa l-Gvern innifsu li qieghed jaghmel dan. Dwar dan Dr Vella Haber qal li jinkewtah il-fatt li din hi decizjoni tal-Gvern. Qal li meta tkellmu mal-Ministeru tal-Komunikazzjoni gew mgharrfa biex jitkellmu ma’ l-MCA ghax qalulhom li din hija xi haga taghhom. Qalulhom ukoll biex jirrangaw ma’ l-MCA biex jallokawlhom bicca mit-tliet frekwenzi li l-MCA zammet ghall-erbà xandara prezenti, jigifieri Super 1, NET TV, PBS u SMASH u ohrajn fil-futur. Sostna li din hi sitwazzjoni fejn il-hmar qieghed iwahhal f’denbu. “Ahna li rridu naghmlu migrazzjoni ghas-sistema digitali m’ahniex f’pozizzjoni li naghmluha kif inhuma c-cirkostanzi llum. Dawn it-tliet frekwenzi li l-MCA zammet allokati ghal dawn ix-xandara ghadna ma nafux x’se jigri minhom u lanqas ma nafu xi pjattaforma se tinholoq biex inzommu l-istatus taghna, jigifieri li nibqghu inxandru ‘free to air’. Colin Camilleri wiegeb li l-politika ta’ kif se jitmexxa x-xandir f’Malta hija f’idejn il-Gvern. Qal li l-MCA kull ma taghmel hu li tmexxi l-politika tal-Gvern. Qal li din il-politika tirriserva tliet frekwenzi ghall-uzu ta’ l-istazzjonijiet ezistenti u dawk li se jigu fil-futur. Qal li bit-televizjoni digitali, minn tliet frekwenzi jistghu joperaw minn 15 sa 20 stazzjon differenti. Zied jghid li fil-prezent ghaddej ez-ercizzju mill-MCA flimkien ma’ l-Awtorità tax-Xandir (BA) biex jaraw x’se jkunu l-parametri li se jiddeterminaw liema stazzjonijiet se jitpoggew fuq dawn it-tliet frekwenzi u jekk dawn it-tlieta humiex se jigu operati mill-istazzjonijiet prezenti jew jinghatawx lil xi wiehed mill-operaturi lokali biex izommhom fuq bazi ‘free to air’. Hawnhekk Vella Haber irribatta billi staqsa jekk dak mistqarr minn Camilleri jfissirx li l-erba’ stazzjonijiet li huma licenzjati mill-BA bhala ‘analogue’ humiex se jitilfu l-licenzja meta s-sistema se tinqaleb ghal wahda digitali. “Assulutament li le, izda l-licenzja ghandha terminu” qal Camillieri. Vella Haber wiegeb li dan ma jaghmilx sens. “Jekk xandar ilu jitrasmetti ghal bosta snin u tinbidel it-teknologija, ifisser li ghandek tohodlu l-licenjza?”, staqsa Vella Haber. Mistoqsi biex jaghti garanzija li wara 2010 l-istazzjonijiet li jxandru ‘free to air” ikomplu ghaddejjin, Camillieri qal li hu m‘huwiex f’pozizzjoni li jaghmel dan. Il-kolazzjon kummercjali tal-bierah kien indirizzat minn tliet Kapijiet Ezekutti ta’ kumpaniji li huma involuti direttament fil-qasam tat-televizjoni digitali, fosthom Dr Jan Spiteri milll-Multiplus, is-Sur Stephen Muscat mill-Maltacom u s-Sur J R Aquilina mill-Melita Cablie. Huma fissru b’mod dettaljat is-servizzi li mistennija jibdew jinghataw fil-gejjieni u kif prezentament qeghdin iharsu lejn dan il-qasam mill-aspett kummercjali. Il-kolazzjoni kien indirizzat ukoll minn Colin Camilleri, il-Kap Teniku Ufficjali ta’ l-MCA li ghadd ta’ mistoqsijiet minn dawk prezenti kienu indirizzati lilu. Kien fuq stqarrija li ghamel Camillieri li qam dibattitu jahraq bejnu u bejn dawk prezenti, l-aktar mid-dirigenti ta’ SMASH TV fejn sahansitra ntalbet ir-rizenja tieghu meta stqarr li ma jsegwix stazzjonijiet lokali hlief il-loghob tal-Liverpool. Intant fi tmiem l-indirizz tieghu, Camilleri stqarr li sa l-2010, is-sistema analoga trid tispicca ghal kollox. Dwar dan Dr Emy Bezzina, prezentatur fuq SMASH TV, qal li ma kienx jistenna li xi hadd fuq il-bord ta’ l-MCA jigi jghid li l-poplu Malti li sa l-2010 jrid jew ma jridx bilfors se jkollu jaqleb ghas-sistema digitali bil-konsegwenza li min m’ghandux flus mhux se jkollu access ghall-informazzjoni. Sostna li qabel ma nibdew nitkellmu fuq it-teknologija u fuq kemm nistghu naraw programmi u kemm se nhallsu ghalihom, irridu naghtu kas tal-kontenut tal-programmi. B’riferenza ghad-diskorsi li saru mill-Kapijiet Ezekuttivi stqarr li dan kien veru “kolazzjon kummercjali ghax hlief reklamar ta’ tlieta min-nies li ghandhom interessi finanzjarji ma kienx”, ilmenta Bezzina. Dwar l-istqarrija ta’ Camilleri, id-Direttur Manigerali ta’ Super1 stqarr li nkwetah ukoll il-fatt li wara l-2010 kulhadd irid ihallas minghajr ma naghtu l-ebda kas ta’ l-implikazzjonijiet li dan igib mieghu. Id-Diretturi ta’ SMASH TV argumentaw li l-MCA ghamlet hazin li marret mal-ewwel ghad-‘digital terrestial’ meta lill-istazzjonijiet ‘free to air’ ma tathomx l-importanza misthoqqa. Sostnew li wara l-2010, il-faxxa debboli tas-socjetà Maltija se jkollha thallas minn ta’ l-inqas Lm12 fis-sena biex tara l-ewwel erba’ stazzjonijiet li huma licenzjati mill-Awtorità tax-Xandir. Dwar din il-kwistjoni, il-Kap Ezekuttiv tal-Maltacom, li wkoll inghatat licenzja biex tibda topera f’dan is-suq, stqarr li l-istazzjonijiet lokali li qeghdin ixandru bhalissa iridu fl-2010 jibdew ixandru f’format ta’ frekwenza differenti. “Jekk illum il-konsumatur imdorri jara dawn l-istazzjonijiet ghax darba xtara l-airial u jippretendi li jibqa’ jarahom b’xejn, li se jigri hu li fl-2010 irid jixtri xi haga ekwivalenti ghalih.“ Qal ukoll li ma jfissirx li jekk stazzjon qieghed ixandar digitali, is-set tat-televizjoni huwa digitali ghax qal li llum dan ghadu analogue. Qal li certu stazzjonijiet tarahom digitali ghax ghandek ‘set of box’ li taqilbu f’sistema digitali. Minkejja dan, id-Dirigenti ta’ Smash qalu li sa l-2010 se jkun hawn settijiet tat-televizjoni li huma digitali u ghalhekk trid tipprovdilhom stazzjonijiet li huma ‘free to air’. Qal ukoll li jekk ma jsirx hekk se jkun ifisser li l-poplu se jkun qieghed jixtri sett tat-TV digitali li m‘hu se jkun jiswa xejn ghax skond dak li qieghed jinhema f’pajjizna, biex tara t-TV trid tixtri l-card bilfors.
|
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| Copyright
© www.emmybezzina.org | Terms
of Use |
|
|||||||||||