Front Page | Editorial |Alpha Party | Ambassador for Peace | Archives | EU elections 2009

  Subscribe to my newsletter
  Keep yourself updated with the   latest news and events.

 

 

 
   
           


Imgibet u Dehret il-Mara
fuq il-Post tax-Xoghol


Dana huwa suggett interessanti u jrid jittiehed mill-fatti rejali, mill-kultura attwali, mill-imgieba socjali, u mill-inkwadratura legali li ghandna ssaltnaw f`pajjizna fil-mument.

_

FATTI REJALI
H awnhekk ghandna stampa ferm liberali fejn tlifna kull sens ta' dicenza nazzjonali u hallejniha fid-disktezzjoni tal-individwa. Ifisser li mara ma jindahlila hadd x`tilbes Jew x`ma tilbisx. Kollox jiddependi mis-sens ta' dicenza taghha u tad-dinjita` personali li hija jkollha ghaliha nnifisha.

Il-mara maltija llum tohrog ghax-xoghol u pratikament twettaq kull tip ta' xoghol. Ilbisha jista` jkun ta' provokazzjoni ghal haddiehor fuq IL-post tal-hidma. Ghalhekk IL-post tax-xoghol jinhtieg li jkollu r-regolamenti tieghu dwar ilbies xieraq ghall-impjegati kollha. Huwa legalment necessarju li jidher li ma jkunx hemm element diskriminatorju bejn rgiel u nisa, li effettivament QED ikun hemm.Imma hafna ma jitkelmux dwar Dana.

Huwa fatt stabbilit li QED ikun hemm bosta abbuzi minn nisa haddiema fuq IL-post tax-xoghol pero` la hemm statistika pendenti fuq Dana l-punt fil-Qrati, lanqas fil-Korp tal-Pulizija. Raguni mgharufa dwar Dana huwa l-fatt li rgiel involuti ma jghamlu ebda rapporti minhabba ragunijit Jew socjali inkella personali. L-ilbies u mgieba huwa tnejn mill-fatturi l-izjed kwotati.

KULTURA ATTWALI
Li noqghodu niggeneralizzaw mhux korrett, biss IL-kazijit li johorgu fil-berah izjed jolqtu kazijit rigwardanti nisa milli rgiel, bhal kaz ricenti li mara mpjegati li ma tantx dehret diligenti fuq IL-post tax-xoghol, xorta rebhet kaz fuq fatt li deher li saret diskriminazzjoni fir-rigward taghha minhabba t-tqala li kellha. Ma gietx ristituwita fix-xoghol, imma nghatat kumpens. Dana kien kaz ricenti deciz mit-Tribunal tax-Xoghol.

Ilmenti b`bixra legali konnessi ma` kazijiet bhal dawna ghandhom procedura partikulari kif jitmexxew skond il-ligi. L-ewwel passi jsiru fid-Dipartiment jew mid-Dipartiment tax-Xoghol permezz ta' kommunikazzjonijit, imbaghad possibilment tentattiv ta' Arbitragg u fin-nuqqas ta' qbil, IL-kaz jista` jinbeda quddiem it-Tribunal. Naturalment, id-Dipartiment tax-Xoghol ghandu l-istatistika tal-kazijit li jidhlu izda ma jidhirx li tinzamm statistika dwar kazijit fejn nisa ikunu l-provokaturi.

IMGIEBA SOCJALI
MALTA, issa izjed u iktar minn mindu sirna Membri Shah tal-Unjoni Ewropeja fl-2004, erbgha snin ilu w xahrejn, tiftahar illi c-cittadini taghha ghal dik li hija sesswalita` huma lkoll indaqs : dak li bl-ingliz qedghin nirreferu ghalih bhala Equal Genders.Fil-prattika Dana mhux hekk,Jew ghal raguni Jew ohra. Inhallu Dana l-aspett, il-punt huwa li kull cittadin li qieghed jahdem ghandu jigi meqjus bl-istess kriterji......IL-verita` bir-rispett kollu hi li Dana mhux IL-kaz. Jew ghandna l-istess kundizzjonijit tax-xoghol Jew ma ghandnix, sija jekk inti mara, sija ragel: ma ghandux ikun hemm skuzi ta' l-ebda generu, ikunu x`ikunu. Il-fatt huwa li bosta nisa jippretendu li ghal ragunijit bijologici ghandu jkun hemm dawna l-iskuzi,bhal per ezempju tat-tqala Jew tax-xahar: Dana l-kuncett jimmilita kontra l-principju tal-ugwaljanza fejn sess qedghin nghatuh privileggi fuq sess iehor li bl-agenda ta' Equal Genders ma jghamilx sens u huwa provokattiv fuq is-sess maskill.

INKWADRATURA LEGALI
IL-Kostituzzjoni ta' Malta giet emendata numru ta' snin ilu biex fit-Taqsima tal-Kapitlu IV, fejn tidhol id-Diskriminazzjoni that Artikolu 45, huwa kkunsidrat bhala ksur tad-dritt u liberta` fundamentali tal-individwu jekk ssir diskriminazzjoni fuq IL-post tax-xoghol Jew ghazla ghax-xoghol fuq kriterji ta' sess: mela ma ghandux ikun hemm diskriminazzjoni jekk intix mara Jew Le, lanqas jekk intix mizzewwga Jew Le, kif ukoll jekk intix tqila Jew Le, Jew ghandekx lil XI hadd intimu fil-hajja privata tieghek: forsi hawn XI hadd jitbissem izda huma veritajit abbuzivi li jsehhu fil-qasam tad-dinja tax-xoghol inklus f`pajjizna.

Naturalment mad-drittijit ghandna ninkludu r-risponsabilitajiet, u jekk nghazlu li nidhlu ghal xoghol ghandna nonoraw l-obbligi taghna ukoll. Mhux gust li nidhlu ghall-hidma, imbaghad nippretendu li naha twettaq ix-xoghol kollu, u n-naha l-ohra ghaliex tkun f`certu kundizzjoni dik il-hidma ma ghandix twettaqha.

Il-ligijit taghna tax-xoghol kollha gew aggornati biex jqeghdu l-mara fuq l-istess pedestall tar-ragel, izda jsiru abbuzi kontinwament bhal per ezempju hrug ta' twissijit lil XI haddiema meta Dana ma jkunux gustifikati. Bosta minn dawna jghaddu mhux rapportati ghal ragunijit ovvji u allura difficli li jkun hawn statistika koretta u f`hafna kazijit ma ghandna statistika ta' xejn.

Ghandna strutturi mwaqfa bil-ligi biex min ihossu aggravat jista` jirikorri ghalihom, izda l-maggoranza tan-nies affettwati ma jkunux iriedu jghaddu minn dawna l-proceduri minhabba l-konsegwenzi li jkun hemm that raguni Jew ohra.

KONKLUZJONI
Nikkonkludi billi nghid li huwa fatt tal-hajja li rriedu nahdmu biex nghixu f`dinja li dejjem qedha ssir iktar kompetitiva` u definitivament konsumeristika u materjalistika, nghidu x`nghidu. Biex issir dina l-hidma, hemm htiega ta' nisa kif ukoll rgiel li allura rriedu nitghallmu li hemm il-hinijit regolati tal-hidma, u hinijit ghall-htigijiet ohra f`hajjitna.

Waqt iL-hin tal-hidma, ghandna ninsew il-hajja privata taghna u nghatu sehmna halli l-hidma ssir sewwa u s-sessi ghandhom jirispettaw lil xulxin b`kull mod kif fil-qosor imfisser hawn fuq. Min QED jipprovdilna x-xoghol ghandna nghatu s-sehem taghna mill-qalb; u min QED jistana minn fuq IL-hidma ta' tbghatija ta' haddiehor, ragel Jew mara, ghandu jkun rikonoxxut Dana l-fatt ukoll. Kollha ghandna bzonn xulxin. Jekk inzommu dina l-istampa f`mohhna, ghandhom jigu kkontrollati l-abbuzi li iva qedghin isieru fuq IL-post tax-xoghol.

Min ihoss li ma jafx x`inhuma d-drittijit tieghu/ taghha jirikorri ghall-parir minn fejn Dana jista` jinkiseb. Ma nibzghux nissieltu ghall-ingustizzji li jsehhu fil-konfront taghna. Dana ghandu jsir skond IL-ligijit kif qedghin minghajr ma nabbuzaw minnom. Abbuz huwa ukoll provokazzjoni fuq IL-post tax-xoghol kontra min ma jridx jabbuza. Wara kollox dik li tfisser l-ugwaljanza fuq il-post tax-xoghol billi nghixuha fil-prattika, nirrispettaw lill-Ligi u r-Regolamenti u b`hekk inkunu qedghin tabilhaqq nirispettaw lilna nfusna....fin-nuqqas ikollna l-gwaj li qieghed isehh regolarment.

 

Back  


 
Copyright © www.emmybezzina.org | Terms of Use