|
|
|
|
|
|
|
||||||
| |
|
|
||||||||||
![]() |
|
|
|
|||||||||
|
|
|||||||||||
| |
||||||||||||
|
|
Norman
Lowell irid li l-Ewropej jaghmlu pellegrinagg f’Malta |
|
|
|||||||||
|
Norman Lowell, IL-mexxej ta’ l-Imperium Europa li jikkonsidra lilu nnifsu bhala awtur, artist u profeta vizjonarju, irid li madwar biljun Ewropew ikunu obbligati li ta’ l-inqas darba f’hajjithom jaghmlu pellegrinagg f’Malta biex jaraw it-tempji ta’ dik li huwa jsejhilha “Sacred Island” (IL-Gzira Qaddisa). U biex jaghmlu Dan iridu jibbukkjaw minn hames snin qabel. Huwa ghamel din l-istqarrija l-bierah filghodu meta quddiem IL-bini tal-Qorti indirizza lill-mezzi tax-xandir biex ihabbrilhom li permezz ta’ l-avukat tieghu Emmy Bezzina, kien appella mis-sentenza ta’ sentejn habs sospizi ghal erba’ snin li taghtu ftit tal-jiem ilu l-Magistrat Consuelo Scerri Herrera wara li sabitu hati li waqt laqgha fir-Rabat u ohra f’San Pawl IL-Bahar, kif ukoll b’artiklu fuq l-Internet, qal kliem li bih seta’ jqajjem MI- beghda razzjali. F’diskors li ghamel bi tliet lingwi (IL-Malti, l-Ingliz u t-Taljan), Lowell beda biex qal: “Faccio un discorso politico (se nitkellem b’mod politiku) because I’m a politician after all (ghax wara kollox jien politiku)”. Huwa kkritika lill-‘establishment’ billi l-ewwel qal li wara 20 sena ta’ Soçjalizmu skwallidu taht “salvatur” li matulhom id-direttorju tat-telefon kien fih mas-60 pagna bl-isem “J.Borg” minghajr ma kont tkun taf jekk Dan hux IL-kappillan Jew IL-“q***a tar-rahal”, illum qeghdin nghixu taht Gvern Demokristjan immexxi minn eks-President ta’ l-Azzjoni Kattolika”. Huwa sostna li wara li l-ewwel kellna lil zijuh (l-Arçisqof Mikiel Gonzi) li kien jitfa’ n-nies ghall-eternità fl-Infern talli kienu jaqraw çerta gazzetta, issa ghandna lin-neputi tieghu (Lawrence Gonzi) li ghandu l-“unur dubjuz” li jitfa’ n-nies IL-habs talli jkunu kitbu artikli geo-politiçi. Waqt li qal li Malta u ç-Çina Komunista huma l-uniçi pajjizi fid-dinja fejn in-nies jintefghu l-habs talli jiktbu fuq l-Internet, Lowell qal li wara li kien elett Lawrence Gonzi, Dan semma l-kandidati kollha li hargu ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew minbarra lilu. “Piu patetico di così is crepa, jghidu t-Taljani,” huwa sostna. Lowell sostna li ghalkemm jghajruh Nazist u Faxxist huwa l-uniku wiehed fil-pajjiz li verament QED jiggieled ghall-helsien u sostna li jekk l-appell tieghu jigi miçhud, pajjizna se jmur lura fil-Medjuevu. Waqt li qal li madwar xahar iehor se johrog IL-ktieb li jgib l-istess isem ta’ l-ghaqda tieghu – “Imperium Europa”, Lowell qal li Malta hija mkasbra u ttraduta mill-Knisja Kattolika u mill-politiçi. “Se nigbidha minn xaghar-ha (lil Malta) u npoggiha fil-quççata ta’ l-Ewropa”, huwa sostna waqt li qal ukoll li jrid jaghmel lil Malta “a paradise in the centre of the Mediterranean (genna f’nofs IL-Mediterran)”. Huwa temm id-diskors tieghu billi qal “ave” u sellem lill-gurnalisti li kienu qeghdin jisimghuh. Min-naha tieghu l-Avukat Bezzina qal li Dan IL-kaz kien irrapportat f’divesi siti minn madwar id-dinja inkluz fl-Istati Uniti. Sostna li huwa u Lowell ghamlu gimgha maqfulin gewwa biex ihejju l-appell li pprezentaw IL-bierah lill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali. L-Avukat Bezzina sostna li l-appell fih 64 pagna bi 23 talba li 14 minnhom jittrattaw IL-possibbiltà li s-sentenza tithassar u d-disgha l-ohra fl-eventwalità li s-sentenza tigi kkonfermata. Mistoqsi x’jaghmel jekk is-sentenza tal-Magistrat Scerri Herrera tigi kkonfermata kif inhi, l-Avukat Bezzina qal li huma behsiebhom jappellaw fil-Qorti Kostituzzjonali u jekk ikun hemm bzonn anke jiehdu l-kaz quddiem il-Qorti Ewropea. Waqt li fisser is-sentenza ta’ sentejn habs sospizi ghal erba’ snin bhala wahda li ghamlet lil Lowell “prigunier f’pajjizu”, l-Avukat Bezzina rrimarka li zied jghid li Lowell ma setax jinstab hati ghax bniedem li ma tifhmux ma tistax tiggudikah
|
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| Copyright
© www.emmybezzina.org | Terms
of Use |
|
|||||||||||