|
|
|
|
|
|
|
||||||
| |
|
|
||||||||||
![]() |
|
|
|
|||||||||
|
|
|||||||||||
| |
||||||||||||
|
|
JIGGIELDU
GHAD-DEMOKRAZIJA AWTENTIKA |
|
|
|||||||||
|
PROTEST GUDIZZJARJU KONTRA L-AWTORITA’ TAX-XANDIR U L-KAP
EZEKUTTIV TAGHHA EMMY BEZZINA u NORMAN LOWELL dwar Ksur Diskriminatorju Anti-Kostituzzjonali.
Abbuzi Serjissimi mill-Awtorita’ tax-Xandir
Protest Gudizzjarju mill-Protestanti kontra l-Protestati A. PROTESTANTI 1. Avukat Dr EMMY D. BEZZINA personalment u fil-kwalita’ tieghu ta’ Kap tal-Partit Politiku ALPHA LIBERALI DEMOKRATIKU u NORMAN LOWELL pesonalment u fil-kwalita’ tieghu ta’ Mexxej tal-Moviment Politiku – Kulturali IMPERIUM EUROPA. Vs B. PROTESTATI 2. Chairman tal-Awtorita’ tax-Xandir personalment u bhala Chairman u in rapprezentanza tal-Bord fl-intier tieghu kollu tal-Awtorita’ tax-Xandir. 3. Kap Ezekuttiv tal-Awtorita’ tax-Xandir l-Avukat Dr Kevin Aquilina personalment u fil-kariga tieghu ta’ Kap Ezekuttiv.
Jesponu bil-qima u bil-gurament taghhom jikkonfermaw:- 1. Illi l-Protestanti DR EMMY BEZZINA u NORMAN LOWELL sejrin jikkontestaw bhala Kandidati fl-Elezzjonijiet Generali li sejrin isehhu nhar is-Sibt, 8 ta’ Marzu, 2008, u Dr Emmy D. Bezzina sejjer jikkontesta wkoll fl-Elezzjonijiet ghall-Kunsill Lokali tal-Belt Kapitali VALLETTA. 2. Illi Dr Emmy D. Bezzina sejjer jikkontesta fuq l-Ewwel Distrett Elettorali u cioe’ l-Belt Valletta, il-Furjana, il-Hamrun, Gwardamangia, Pieta’, u parti mill-Marsa u parti minn Santa Venera kif ukoll id-Disa’ Distrett Elettorali li jkopri l-Imsida, is-Swatar, San Gwann, Pembroke, is-Swieqi, tal-Qroqq u parti mill-Gharghur. 3. Illi Norman Lowell sejjer jikkontesta l-Hdax –il Distrett Elettorali u t-Tnax –il Distrett Elettorali li jkopru fihom in-naha ta’ fuq ta’ Malta fosthom Lija, Balzan, Attard, Mosta, San Pawl il-Bahar, Naxxar, u l-Mellieha u l-lokalitajiet fil-madwar ta’ dawn il-postijiet imsemmija. 4. Illi tul il-Kampanja Elettorali, l-Awtorita’ tax-Xandir u l-Kap Ezekuttiv taghha hejjew Skeda ta’ Xandiriet Politici li fiha huma suppost taw vuci lill-Kandidati li sejrin jikkontestaw f’isem Partiti Politici differenti jew bhala Indipendenti jew inkella persuni li jkollhom il-fakulta’ w is-setgha li jirraprezentaw tali Partiti Politici jew Kandidati Indipendenti. 5. Illi l-Protestanti Dr Emmy D. Bezzina li fid-Dokument tal-Votazzjoni sejjer jidher fuq nett fil-lista bhala Bezzina Dottor Emmy – Avukat u Xandar, u dan kemm fl-Ewwel kif ukoll fid-Disa’ Distretti, u Norman Lowell li fid-Dokument tal-Vot sejjer jidher bhala Lowell Norman, Awtur u Artist, in rapprezentanza tal-Moviment – Kulturali Imperium Europa, dawn il-Protestanti jhossuhom iddizgustati ghall-mod abbuziv, diskriminatorju u li jmur a dirittura kontra l-ispirtu tal-ligi li tirregola x-xandir u partikolarment fiz-zminijiet ta’ Elezzjonijiet Generali fejn ix-Xandiriet Politici ghandhom ikunu intizi biex iwasslu l-messagg ta’ kull min qed jaspira li jirraprezenta l-poplu taghna fl-oghla Istituzzjoni tad-Demokrazija taghna u cioe’ l-Kamra tar-Rapprezentanti tal-poplu. 6. Illi l-Bord kollu tal-Awtorita’ tax-Xandir inkluz ic-Chairman taghha, kemm f’libsa personali kif ukoll bhala Bord fl-intier tieghu kollu tal-Awtorita’ tax-Xandir, Istituzzjoni stabbilita u protetta legalment mill-Kostituzzjoni ta’ Malta, kif ukoll il-Kap Ezekuttiv tal-istess Awtorita’ tax-Xandir u cioe’ l-Avukat Dr Kevin Aquilina kemm personalment kif ukoll bhala Kap Ezekuttiv tal-istess Awtorita’ tax-Xandir qeghdin jinzammu responsabbli ghal kwalsiasi danni li l-Protestanti sofrew, qeghdin isofru u / jew ghad jistghu jsofru kagun tal-abbuz imwettaq mill-Protestati hawn indikati. 7. Illi l-poplu ta’ Malta u Ghawdex huma ddizgustati mill-mod kif iz-zewg Partiti Politici Ewlenin, il-homor u l-blu, mhux biss inghataw spazju kontinwu u bla limitu tant li qallghu lil hafna telespettaturi Maltin u Ghawdxin jew semmiegha fuq il-mezzi tar-Radju tax-Xandir Nazzjonali, imma tal-abbuzi li twettqu fuq l-istazzjonijiet tar-Radju u tat-Televizjoni tal-istess Partiti Politici ewlenin u s-sitwazzjoni prekarja fejn Partiti Politici ohra, apparti minn dawk li jirraprezentaw il-Protestanti hawn indikati kellhom ihallsu flus kbar anka jekk dawn ma ssemmewx biex dawn waslu u ressqu l-vuci taghhom fuq mezzi tax-Xandir alternattivi f’pajjizna. 8. Illi l-Protestanti qeghdin jiprotestaw bil-qawwa talli bhala Kapijiet tal-Organizzazzjonijiet Politici taghhom, jew inkella bhala Kandidati Indipendenti huma gew imzebilha mill-Awtorita’ tax-Xandir u mill-Kap Ezekuttiv taghha talli kull ma nghataw zmien biex iwasslu lill-poplu ta’ Malta u ta’ Ghawdex il-Messagg, il-Politika u l-Objettivi tal-Istituzzjonijiet Politici taghhom kien biss ta’ HAMES MINUTI (5 MINUTI) meta l-poplu kollu kien xhud tal-ispazju u l-granet shah (mhux sempliciment sieghat) li nghataw il-Partiti Politici Ewlenin meta dawn il-hin kollu jabbuzaw fuq il-Mezzi abbuzivi tax-Xandir rispettiv taghhom. Il-Kaz Partikolari ta’ Norman Lowell 9. Illi filwaqt li Dr Emmy D. Bezzina xandar il-hames minuti assenjati lilu f’jum is-Sibt, l-1 ta’ Marzu, 2008, f’hin wara l-Ahbarijiet fuq it-Televizjoni Nazzjonali (u simultanjament fuq ir-Radju Nazzjonali), il-Mexxej tal-Moviment Politiku – Kulturali Norman Lowell li jirraprezenta l-Imperium Europa gie ccensurat b’tali mod li skond l-Awtorita’ tax-Xandir u l-Kap Ezekuttiv taghha fi stqarrija li harget qabel ma suppost ixxandret ix-Xandira wkoll ta’ Hames Minuti (5 Minuti) tal-Protestant Norman Lowell, gie mhabbar li din giet iccensurata fuq parir tal-Konsulent Legali tal-istess Awtorita’ tax-Xandir meta bil-gurament tieghu l-Mexxej Norman Lowell qieghed jikkontendi li ma kien hemm xejn fl-istqarrija tieghu li b’xi mod kienet censurabbli, imma kien pass diskriminatorju deliberatament kontra tieghu biex il-Messagg tal-Moviment tieghu ma jitwassalx, Messagg li kien perfettament legittimu fid-Demokrazija taghna u li t-twaqqif u t-trazzin ta’ dan il-Messagg Politiku tal-Mexxej tal-Imperium Europa kiser vjolentament il-Ligijiet tax-Xandir f’pajjizna u partikolarment tal-Ligi Suprema u cioe’ l-Kostituzzjoni ta’ Malta Repubblika billi saret Diskriminazzjoni taht l-ebda cirkostanzi gusitifikata kontra l-Protestant Norman Lowell li ghaliha jinzammu b’responsabilita’ shiha l-Protestati hawn fuq indikati. 10. Illi fil-qosor, u ma jistax ikun aktar milli fil-qosor Messagg ta’ Hames Minuti, il-punti saljenti tal-Protestant Norman Lowell kienu li huwa ilu sa mill-bidunett jopponi din it-theddida gravi ghal pajjizna u l-poplu taghha, din it-theddida li hija siekta imma kontinwa tal-influss kontinwu ta’ Klandestini u cioe’ tal-Immigranti Illegali u li l-Protestant Norman Lowell tenna li bhal ma gara f’pajjizi ohra, galadarba dawn l-Immigranti jilhqu certu ammont ta’ nies, huma da parti taghhom jibdew jimponu l-kultura taghhom fuq dik ta’ pajjizna u tal-poplu taghha. 11. Illi l-Mexxej tal-Imperium Europa kompla jghid illi fl-Ingilterra kien hemm persuna prominenti jismu Enoch Powell li kien wissa lill-Ingilterra u lir-Renju Unit ta’ x’kien gej ghalihom jekk ma jaghtux widen tal-kliem tieghu w il-Protestant Lowell qieghed jaghmel proprju dak u allura Lowell tenna li huwa personali u l-Imperium Europa ghandhom kull intenzjoni li jiehdu lura lil pajjizna meta din kienet tabilhaqq pajjiz mhux iddominat skond kif inhuma c-cirkostanzi odjerni minn dawn l-Immigranti Illegali. Sqaq bi sqaq, triq bi triq, pjazza wara pjazza, xatt wara xatt, wied wara wied, gholja wara gholja : dan huwa pajjizna u Lowell ikompli jsostni li hu w il-Moviment tieghu jridu jiehdu lura pajjizna sal-anqas farka tieghu. Lowell ghalaq il-hames minuti tieghu billi tenna li huwa kien sejjer jikkontesta l-Hdax u t-Tnax –il Distrett u tefa’ r-responsabilita’ fuq il-votanti f’dawn iz-zewg Distretti biex isalvaw lil pajjizna fl-intier tieghu u ghalaq billi qal NORMAN LOWELL – L-UNIKU VOT ILLI FIL-VERITA’ FIH MERTU! 12. Illi dan fil-qosor kien li tenna l-Protestant Norman Lowell fix-Xandira Politika tieghu ta’ Hames (5) Minuti u li skond l-Awtorita’ tax-Xandir dan il-Messagg Politiku kien fih insiwazzjonijiet li jiksru l-Ligijiet ta’ Malta u r-regolamenti tax-Xandir Lokali billi kien fih diskors li seta’ b’xi mod jincita l-mibeghda razzjali, meta evidenti li dan ma kienx il-kaz imma li sar sforz deliberanti biex il-Protestant Norman Lowell jigi ccensurat biex ma jkunx jista’ jwassal il-Messagg Politiku tieghu anka fil-mizerja ta’ Hames (5) Minuti li gew allokati lilu. 13. Illi da parti tieghu l-Mexxej tal-Imperium Europa qieghed isostni li huwa ma waqafx hawn b’din l-azzjoni imma fi zmien limitat illi ghandu ghad-disposizzjoni tieghu huwa qieghed jintavola dan il-Protest Gudizzjarju biex il-poplu Malti u Ghawdxi ikun jaf x’tip ta’ Demokrazija ghandna renjanti f’pajjizna. Bezzina u Lowell 14. Illi b’rizultat tal-azzjoni diskriminatorja da parti tal-Protestati, minn fuq il-mezzi tax-Xandir ma kienx maghruf mill-ebda Membru tal-Elettorat li l-Protestanti kienu hergin bhala Kandidati biex jikkontestaw l-Elezzjonijiet Generali f’jum is-Sibt, 8 ta’ Marzu, 2008, meta kulhadd jaf l-influwenza li ghandhom il-mexxi tax-Xandir anka fil-pajjiz taghna u meta kien l-obbligu tal-istess Protestati li jgharrfu lill-Elettorat b’kull min hiereg b’Agenda Politika differenti, haga li l-Protestati naqsu li manifestament jaghmlu fil-konfront ta’ Dr Emmy D. Bezzina u ta’ Norman Lowell. 15. Illi Emmy Bezzina u Norman Lowell qeghdin jiprotestaw fic-cirkostanzi bl-aktar mod kategoriku w assolut kontra l-Protestati Awtorita’ tax-Xandir u l-Kap Ezekuttiv ghal dan l-agir abbuziv kontra taghhom meta l-poplu ta’ Malta w Ghawdex xeba’ jisma’ l-hnizrijiet li ntqalu fuq il-mezzi tax-Xandir Nazzjonali jew fuq l-Istazzjonijiet Privati mill-Partiti Politici ewlenin u Partiti Politici anqas ewlenin imma li fil-verita’ specjalment miz-zewg Partiti Politici l-kbar hlief deportament u mgieba xejn dinjituza ta’ persuni li qeghdin jaspiraw li jkunu Rapprezentanti tal-poplu jew li jkunu l-Gvern il-gdid ta’ pajjizna, kienu xeni deplorevoli li zgur ma jimmeritax lil kull min qed jaspira biex ikun rapprezentant tal-poplu illi jkun hemm imgieba xejn lodevoli bhal dik, u li l-Protestati Awtorita’ tax-Xandir u l-Kap Ezekuttiv taghha ma ghamlu xejn biex irazznu dan l-agir, ma ghamlu xejn biex jaghtu vuci lil min ghandu kuragg jikkontra dan l-Abbuz fil-Wicc tal-Poplu Malti w Ghawdxi, il-Partiti il-kbar thallew jaghmlu li jridu ghaliex fil-Bord tal-Awtorita’ tax-Xandir minkejja dak kollu li tghid il-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Ligi li tigverna x-Xandir f’pajjizna xorta ghadu monopolju taz-zewg Partiti Politici l-kbar , u l-vuci tac-cittadin, il-vuci ta’ min hu zghir numerikament imma li l-principji li qeghdin jippruvaw jitwasslu jolqtu parti sostanzjali mill-poplu ta’ Malta u Ghawdex, u dan jghodd kemm ghall-Partit Politiku Alpha Liberali Demokratiku u ghall-Moviment Politiku – Kulturali Imperium Europa, dwar dan skiet perfett. 16. Illi fic-cirkostanzi il-Protestanti Bezzina u Lowell qeghdin jipprotestaw bil-qawwa kontra l-Protestati Awtorita’ tax-Xandir u l-Kap Ezekuttiv tal-Awtorita’ tax-Xandir u qeghdin izommuhom mhux biss responsabbli ghall-atti ta’ Abbuz, Qerq, Diskriminazzjoni, u Arroganza fil-konfront taghhom imma personalment u fil-kwalita’ ufficjali taghhom qeghdin ukoll jigu mizmuma ghal kull forma ta’ danni li sofrew, qeghdin isofru u ghad jistghu jsofru l-Protestanti odjerni u minn issa qeghdin jintimaw illi qed jigu ikkunsidrati proceduri ulterjuri quddiem il-Qrati tal-Gustizzja taghna u jekk hemm bzonn quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropeja mhux biss biex jinghata rimedju lill-Protestanti imma anka bil-possibilita’ li l-Elezzjonijiet Generali 2008 li sejrin isehhu f’jum is-Sibt, 8 ta’ Marzu, 2008 jigu eventwalment dikjarati nulli w invalidi, ineffettivi u mhux enforzabbli u dan f’isem id-Demokrazija li suppost pajjizna jhaddan imma li jirrizulta manifestament li l-Protestati Awtorita’ tax-Xandir u l-Kap Ezekuttiv taghha dan ma josservawhx! Av. Dr Emmy D. Bezzina: Norman Lowell: 1. Protestat Chairman : Awtorita’ tax-Xandir, Numru 7, Mile End Road, Hamrun : HMR02. 2. Kap Ezekuttiv : Dr Kevin Aquilina, LL.D., Awtorita’ tax-Xandir, Numru 7, Mile End Road, Hamrun : HMR 02.
|
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| Copyright
© www.emmybezzina.org | Terms
of Use |
|
|||||||||||