|
|
|
|
|
|
|
||||||
| |
|
|
||||||||||
![]() |
|
|
|
|||||||||
|
|
|||||||||||
| |
||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||
|
Huma ghamlu dan wara li l-Avukat Generali, il-Kummissjaru tal-Pulizija, il-Prim Minsitru u l-Kap tal-Oppozizzjoni ma wigbux ghall-protest gudizzjarju li huma kienu pprezentaw fis-6 ta’ Lulju, fejn kienu allegaw li fost il-kandidati li kkontestaw kien hemm min nefaq aktar minn €100,000 f’reklamar, meta l-ligi tishaq li l-kandidati ma jistghux jonfqu aktar minn €18,635 f’kampanja elettorali. Fil-Protest li pprezentaw, Lowell u Bezzina wrew id-dizapprovazzjoni taghhom ghall-fatt li l-Kummissarju tal-Pulizija baqa’ sieket ghal kollox, filwaqt li l-Kap tal-Oppozizzjoni u l-Prim Ministru ftehmu bejniethom ghax hekk jaqbillhom biex jghattu dak deskritt bhala “abbuz arroganti u l-agir illegali u kriminali ta’ whud mill-Kandidati li rraprezentaw liz-zewg partiti politici mmexxija minnhom, meta dawn kitbu lill-Ispeaker tal-Kamra u talbuh biex jorganizza laqgha ta’ wiehed mill-Kumitati tal-Parlament biex tigi evalwata l-Ligi Elettorali u aggornata ghal zminijietna”. Min-naha l-ohra huma qalu li meta l-Kummissajru Elettorali Principali wiegeb permezz ta’ kontro-protest dan “hasel idejh bhal Pilatu” meta tenna li huwa l-inkarigu tieghu kien biss li jkara li d-Dikjarazzjonijiet tal-Ispejjez tal-Kandidati jkunu dahlu. Fid-dawl ta’ dan kollu Emmy Bezzina u Norman Lowell talbu lill-Avukat Generali biex jinvestiga u jibda l-proceduri u “biex jigi assigurat li f’Malta t-thaddim tad-demokrazija jsir kif suppost”. Waqt konferenza stampa Emmy Bezzina allega li wiehed mill-kandidati kien moghti donazzjoni ta’ €500,000 minn negozjant ewlieni. Min-naha tieghu, Norman Lowell qal li l-ahhar Elezzjonijiet tal-Parlament gew misruqa. Dawn wassal biex skont hu politiku skreditat li ghamel hames snin "inewwah fuq il-burden sharing" rega’ qed jirraprezenta lill-poplu Malti fil-Paralment Ewropew. Sahaq li l-politikanti f’pajjizna huma mghejjuna minn negozjanti li min-naha taghhom qed jiddettaw l-agenda f’dan il-pajjiz. Rigward il-Protest Gudizzjarju Lowell qal li dan ipprezentat biex il-gustizzja f’pajjizna tirbah, filwaqt li wera fiducja fil-Qrati Maltin li fihom se jsib it-tarka biex jiggieled kontra t-tirannija li gabet lil Malta simili ghall-pajjiz tat-tielet dinja. Skont Lowell dan il-pajjiz huwa abbandunat minn kulhadd, mill-mexxejja spiritwali tieghu, miz-zewg partiti politici u mill-midja. Lowell rega’ tenna li fiz-zmien qarib se jhabbar ufficjalment it-twaqqif ta’ Partit li se jkun maghmul minn l-ahjar nies f’Malta. Habbar li Emmy Bezzina diga’ sar membru ta’ dan il-Partit flimkien ma’ diversi membri ta’ Allejanza Nazzjonali u l-Alternattiva Demokratika. "Dan se jkun partit li se jgib l-interess ta’ Malta l-ewwel
u qabel kollox" temm jghid Norman lowell. |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| Copyright
© www.emmybezzina.org | Terms
of Use |
|
|||||||||||