Front Page | Editorial |Alpha Party | Ambassador for Peace | Archives | EU elections 2009

  Subscribe to my newsletter
  Keep yourself updated with the   latest news and events.

 

 

 
   
     


Intervista ma' Dr. Emmy Bezzina

Silta minn Intervista li saret lill-Avukat Dottor Emmy Bezzina fix-xahar ta` April, 2010, f`jum il-Gimgha, 23 ta` April, 2010, dwaru personalment, l-objettivi tieghu, u l-karriera professjonali:
L-intervista sehhet fl-ufficcju tal-istess Avukat fil-Belt Valletta.


Dwar il-kuncett tal-‘Cosmic Realism’
Fosthom Ambaxxaturi Internazzjonali ghall-Universal Peace Federation fejn allura kelli nsiefer il-Korea u kelli nsiefer l-Amerika u diversi pajjizi ohra kieku jiena my dream job huwa ta’ an International Ambassador il ghaliex niehu pjacir nivvjagga, niehu pjacir niltaqa’ man-nies, niehu pjacir naqsam kulturi differenti u l-iktar haga li nahseb dwari jifmuha hazin imma hija l-verita, jiena ma nabbinax lili nnifsi ma’ ebda twemmin jew religjon partikolari infatti niddeskrivi lili nnifsi bhala Kosmiku u b’ mod bi tbissima ma niddejjaqx meta jirreferu ghaliha bhala d-Divinita’ Kosmika. Allura my dream job huwa impjieg internazzjonali li filwaqt li nzomm il-professjoni Legali li fi hsiebni nibqa’ nahdem fiha sakemm ikolli s-sahha mentali l-ewwel u qabel kollox u dik fizika, niehu pjacir nivvjagga u niltaqa’ man-nies, naghti sehmi, nitghallem minghandom; filfatt ghandi konferenza gejja f’ Gunju fl-Irlanda fejn gejt mistieden mill-Ghaqda Internazzjonali li qieghda tahdem favur il-paci biex nindirizza fuq it-tema ta’ ‘Darwinism and its relation to our Cosmic World’. Huwa titlu li min jarah jew jitbissem ghax ma jkun qed jifhem xejn jew nkella jahseb illi qieghdin nirreferu ghal xi setta jew ghal xi komunita, l-verita Darwin kien il-bniedem illi origina t-tezi ta’ ‘The Origin of Speeches’ illi l-bniedem filfatt evolva, mhux nholoq minn issa ghal issa, tezi li jien nikkondividi ghax jiena nghid li l-bniedem ghadu qed jevolvi filfatt, ghad irridu naraw affarijiet kbar gejjien mil-holqien ta’ din il-krejatura tissejjah bniedem u naturalment qed issir realta’ li l-bniedem huwa marbut mal-cosmos, diga’ ghandna l-Obama ftit tal-jiem ilu qal illi kif kien ghamel Kennedy President iehor Demokratiku ta’ qablu fis-sixty nine illi hu jrid illi fi zmien hamsa w ghoxrin sena il-bniedem jirfes fuq Mars. Meta Kennedy ghamel din ir-rimarka qabel ma gie assassinat fl- 1962, Kennedy gie assassinat fl- 1963 kulhadd hasibha li din xi cajta, invece il-bniedem mar fuq il-qamar. Qed naraw il-bniedem dejjem jirrelata iktar inter-stellari, tiftix fl-ispazju, tiftix fil-cosmos, tiftix ta’pjaneti godda, mela hemm rabta bejn il-bniedem u l-cosmos u din it-tahdita li gejt mistieden naghti l-Irlanda fil-bidu ta’ Gunju dwar ‘Darwinism and the Concept of Cosmic Realism’ hija tema attwali hafna li jien ghandi l-unur li bhala ambaxxatur internazzjonali ghall-paci gejt mistieden naghti din it-tahdita lil diversi dinjitarji minn madwar id- dinja, inlkluz presidenti u prim ministry u l-ewwel wahda li ser tkun taf f’din il-laqgha go Dublin, fil- 5 ta’ Gunju, jiena ser ninghata gieh bhala wiehed mill-persuni li hdimt hafna f’dawn l-ahhar snin ghall-paci internazzjonali, u dan il-gieh ser jinghata lili, f’Dublin, nhar is-Sibt, 5 ta’ Gunju, 2010. Din hija xi haga s’issa esklusiva ghalik.


Facebook!?
Ser nghidlek il-verita’. Huma zewg networks illi huma ta’ periklu kbir, bhala Avukat nista’ nghidlek qed joholqulna problemi kbar, ghax dak li jkun tant qed ihossu hieles li jghid li jrid kemm fuq it- Twitter kif ukoll fuq il- Facebook illi qieghdin jigu zvelati hafna affarijiet u dan gieli jikkompromettu, bl-iktar mod gravi, certu persuni. Pero’mil- lat ta bejn Twitter u mil- lat ta’ Facebook il- Facebook narah iktar socjali u allura ghandu dak l-aspett pozittiv mil- lat ta’ socializing. It- Twitter huwa aktar konciz, iktar to the point u allura l-bniedem jiddixxiplinah biex jibghat messagg li ma jitkellimx b’iktar milli suppost (ghidha lil Emmy Bezzina din) imma fl-istess hin tippregudika lilek nnifsek ferm inqas bi Twitter milli bil- Facebook. Jien nippreferi onestament il- Facebook pero’ nzomm lili nnifsi minn dawn iz-zewg siti kemm jista’ jkun il ghalhiex kif qed nghidlek professjonalment naf kemm jistghu jkunu ta’ pregudizzji u inkrepattivi ghal certu nies, bil-kitba jew dikkjarazzjonijiet li jaghmlu fuqhom. Le m’ghandix profile, ghandi l-website tieghi illi dik allura nista’ nikkontrollaha jien, id- www.emmybezzina.org li hija maghquda mall- website tat-tifel iz-zghir tieghi li ghad ghandu hames snin, Teo, imma dan ghamiltlu website ghax narah illi, bejn l-eta’ tieghi u bejn l-eta’ tieghu, li hemm ocean jasam, hemm tant rabta intima ta’ bejn missier u iben anke fid-divergenza ta’ etajiet, illi hassejt li dan kien investiment li kelli naghmillu, ghax ovvjament irid nahseb ukoll fir-realta’ ta’ l-eta’ li ghandi u ta’ l-eta’ ta’ dan it-tifel.


X’kulur jghogbu lil Dr. Bezzina?
Il-kulur favorit tieghi huwa il-kulur li kont ghazilt ghal partit li waqqaft li ghadu officcjalment jezisti imma jidher ghad irid jibda itir, jigifieri l- Alpha u dan huwa il-partit vjola, il-kulur vjola.


Films u Politika
Film favorit tieghi, jiena kieku nissuggerilek bhalissa l- Gladiator, ejja nghidu wiehed mill-films favoriti, il ghalhiex fih l-azzjoni pero’ fih l-emozzjoni, fih id-drama u fih il-kompassjoni, fih ir-realta’ tal-hajja umana u fih l-ikbar taghlima, illi fid-dinja ma takwista xejn fortunatament jew sfortunatament minghajr ma tissielet, u tibqa’ tissielet, u tibqa’ tissielet sakemm tiehu dak li trid anke jekk ikun hemm konkluzzjonijiet jew konsegwenzi li ma jkunux daqstant felici. U dan li qed nghidlek nemmen fih, ezatt proset, inhoss ukoll xi haga li staqsuni, illi hemm rabta bejn il-bniedem u l- cosmos u il-bniedem ghandu jaccetta li ma jippretendix dak kollu li jrid, u dak kollu li jixtieq, u dak kollu li johlom fih, u dak kollu li jahseb, illi hu l-iktar persuna adattata ghalih, ir-realta’ tar-rabta ta’ bejn il- cosmos u l-bniedem, tqghedek f’postha. Ghalhekk meta inti saqsejtni ftit ilu my dream job, m’ghetlekx president tal- Gnus Maghquda, m’ghetlekx Prim Ministru, ghad illi kien hemm darba, fejn kelli holma li ghad insir il- Prim Ministru ta’ pajjizi, imma mbaghad skoprejt illi l-hajja politika abbinata mad- direttivi li johorgu minn partit politiku, ma kinietx xi haga li tghodd ghall-karatteristici tieghi. Mhux ghax ma nhobbx id-dixxiplina, imma nhobb il-verita’, inhobb li dak li hu nghidu, u fil-hajja politika sfortunatament abbinata ma’ partit politiku, naha jew ohra materjali hemm hafna tghawwig. Tghawwig ta’ fatti, tghawwig ta’veritajiet, tghawwig ta’ dak li huwa reali, hafna nepotizmu. Kull min kien fil-makkinarju ta’partit, m’ghandix ghalfejn nelabora fuq din is-sentenza, allura ddecidejt illi nwaqqaf partit tieghi, immexxih bil-vizzjoni tieghi, min irid jaderixxi ghalih, affari tieghu jew taghha. Il ghalhiex dak il-partit kien intiz, illi dak li hu, ossia jekk hu favorevoli tal-partit, ossia jekk huwa kontra l-interssi tal-partit, johrog fil-berah. Jekk insemmu l-kwistjoni tad- divorzju, kwistjoni li m’ghandhiex x’taqsam imma hija realistika ta’ l-abort, tal- koabitazzjoni, tad-drittijiet ta’ l- omosesswali, tad- drittijiet ta’ genitur wiehed fil-veru sens tal- kelma, tad-drittijeit tat-tfal imwielda barra z-zwieg, tad-drittijiet ta’ wild iddikjarti bhala ulied missier mhux maghruf. Kollha aspetti socjali jaharqu li ghal dawn gejt ikkritikat jien, snin ilu, meta ghamilt programmi bhal Psico, bhal Anima, bhal Dialectic u diversi programmi ohra, fuq ix-xandir nazzjonali. U l-programmi fuq ir-radju; il-parlament tal-poplu, il-vuci tal-poplu, gejt ikkritikat hafna invece illum qieghdin naraq illi anke iz-zewg partiti l-kbar, f’pajjizna qed ibaxxu rashom ghal din ir-realta’. L-unika organizzazzjoni li ma taqbilx ma’dan id-diskors hija l-organizzazzjoni li ssejjah lilha nnifisha l-Knisja Kattolika, pero’ li qeghdin naraw illi dan qed taghmlu il ghalhiex kieku hija kellha taccetta din ir-realta’, il-konkluzzjoni tkun wahda, ma jkunx hawn skop li jkun hawn iktar din l-organizzazzjoni, la f’ pajjizna u lanqas fil-kumplament tad-dinja. Allura dina tibqa’ twebbes rasha rrispettivament minn kemm hawn miljuni ta’ nies f’ dawn ir-realtajiet u fic-cirkustanzi zghar ta’ Malta kemm hawb eluf li qieghdin ibatu. Min ma jkunx sincier mieghu nnifsu u maghha nnifisha jiena nemmen m’ ghandux ikun perti mid-dinja tal-politika attwali. Gvern jew opposizjoni li jridu jzommu l-posizzjoni taghhom sempliciment billi ma jghidux il-verita jew fuq l-iskuza li jekk nghid xi haga n-naha l-ohra se tikkupja dik ghalija mhux li taghti servizz lill-poplu. Illum il-verita urietna bic-car illi galadarba l-politici ta’ naha jew ohra jiffurmaw lilhom infushom fi crieki jibqghu jippruvaw ihokku dahar xulxin, din qed narawha fil-hatriet politici li qed ikollna minghajr ma nsemmi ebda kariga partikolari ghax ovvjament ma rridu lil hadd li joffendi lilu nniffsu, jekk tiehu l-karigi ewlenien tal-pajjiz kollha ghandhom evidenzi anke jekk ma jidhirx daqshekk car is-subghajn li jkun qieghed mdeffes f’ xi cirku jew influwenza jew satellita jew kulur politiku, u dan nerga’ nirripetielek li jghodd ghall-karigi kollha ta’ certu mportanza fil-pajjiz taghna.


Nitkellmu fuq Staguni ….
Jiena bhala persuna nippreferi x-Xitwa, bniedem illi dik il-kesha jew temp kiesah u specjalment naturalment f’ pajjizna ma nistghux nghidu li jkollna xi Xtiewi li jkunu vera keshin, imma tahdem iktar izzomm lilek innifsek iktar nadif, tghinek biex tkun iktar dixxiplinat, pero’ jkolli nistqarr illi naturalment peress illi gieli ghamilt xi zminijiet jew nistudja jew nahdem barra bhall-klima ta’ Strasbourg jew ta’ Brussels m’ hijiex klima li niehu tant pjacir kieku nghix fiha. Huma tip ta’ klimi li joholqulek hafna dipressjoni, trid izzomm lilek innifsek shun u l-iktar haga tal-biza f’ dawn it-tip ta’ pajjizi huwa li tkun qed tghix bhal ma go Strasbourg qisu go bozza b’ arja kkundizzjonata msahhna, fejn hemm il-Parlament Ewropew huwa ezempju tipiku, u ma tindunax li inti tkun qieghed tghix f’ dik il-klima artificjali sakemm tohrog barra minn din il-bozza u tiddobba rih li jekk ma tkunx attent malajr jigilek xi pneumonia jew xi bronchitis u dawn kienu esperjenzi li ghaddejt minnhom jien u domt inkaxkar ftit tas-snin ilu b’ wiehed minn dawn it-tip ta’ rjiehat ghal iktar minn xahrejn, illum sirt noqghod attent ferm.


Kwotazzjonijiet favoriti
Jien ghandi diversi kwotazzjonijiet favoriti tieghi, filfatt ukoll nizvelalek illi ghandi diversi volumi. Jiena kull sena nohrog erba’ volumi li jaghmluhomli l-assistenti tieghi u li jissejhu ‘Hsibijiet Divini imnebbha lil u Mitqala mid-Divinita Kosmika’. Dawn ilni naghmilhom ghal numru ta’ snin u huma gabriet ta’ kwotazzjonijiet li jigu in promptu mnebbha lili waqt li nkun qed nikteb xi Att tal-Qorti jew inkun qieghed f’ xi sessjoni ma’ xi klijenti jew nkun qed naghmel xi tahdita jew perezempju din li qed naghmel lilek, parti minnha ghax l-ewwel parti nsejtha qed tigi rregistrata, allura hemmhekk ghandi gabra ta’ kwotazzjonijiet tieghi, pero’ niehdu wahda li hija maghrufa ferm fis-sens illi: ‘Do onto others what you would do to yourself’, u din hija xi haga li nzommha quddiemi l-hin kollu il ghaliex b’ hekk minkejja li tista’ tigi nterpretata kif il-poplu, n-nies jew min janalizzak, jidhirlu jew jidhrilha li ghandhom jinterpretawk, inti ghandek bilanc fik innifsek li n-nies u lil haddiehor tittratahom fl-istess umanita’, djufija, emozzjoni, sensibilita’, rejalizmu u dixxiplina li kieku timponi fuqek innifsek.


L-awtorita’
Jiena, nahseb li f’ dan il-pajjiz, almenu dejjem kif nahseb jien, f’ Malta nofs il-pajjiz ghandhom certu ammirazzjoni kbira ghall-istil tieghi li nitkellem bil-miftuh, illi nitkellem b’ mod kif jghiduli ta’ zaqqi f’ fommi, u hemm ohrajn li ma jistghux ghal dan l-attegjament ghax jahsbuni arroganti, jahsbuni supperv, jahsbuni li jiena jidhirli li jiena xi haga, li rrid nehodha kontra l-Organizzazjoni partikolari li semmejt jigifieri dik li ssejjah lilha nniffisha l-Knisja Kattolika, li mmur kontra dak li huwa stabbilit fil-pajjiz. Filfatt ma huwa xejn minn dan kollu, jiena hafna drabi nirrifletti fuq dak li jkun se jintqal anke jekk jidher illi gej spirtu pront, l-esperjenzi tal-hajja, l-eta’ li ghandi, s-snin li ghamilt issa nahdem bhala Avukat issa awtomatikament jaghmlulek gabra u hazna mprezzabli ta’ esperjenza u qed insib fil-verita li dak li qieghed nghid mod jew iehor u fit-triq it-twila qieghed jigi attwat, perezempju semmi Malta meta tkellimt ufficjalment u pubblikament dwar id-divorzju tista’ tghid ezatt kif lhaqt Avukat, jigifieri qieghdin nitkellmu lejn it-tmiem tas-snin sebghinijiet fejn allura kien hemm mhux biss oggezzjoni imma jien illi studjajt il-Ligi Kanonika kont, wiehed mill-ahhar korsijiet illi studjana il-Ligi Kanonika ghax kellna l-Latin dak iz-zmien l-Universita’ bhala parti mill-Kors tal-Ligi u l-ghalliem ewlieni tieghi kien illum l-Isqof Annetto Depasquale, jiena li ghamilt it-teologija, mal-fakulta’ tat-Teologija tal-Virtu’, meta l-fakulta tat-Teologija kienet tkecciet mill-Universita’ ta’ Malta wara l-iskontru bejn l-Istat u l-Knisja dwar l-Att ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-1974; jiena li kont l-ewwel wiehed li ghamilt il-Kors introdott mill-Kurja ta’ Malta ghall-proceduri quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku fil-kaz ta’ Annullament, jiena kont wiehed mill-ftit Avukati li ghamilt dan kollu u ma nghatajtx il-warrant minkejja li kwalifikat biex nirraprezenta lill-klijenti tieghi quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku. Ghandi hafna Certifikati u Diplomi imma wiehed minnhom qieghed proprju warajk iffirmat mill-Arcisqof Mercieca, Monsinjur Bajada u Nunzju Appostoliku li jien bid-data tas-16 ta’ Dicembru, kif qed tara hemmhekk 1994, barra li ilni mithla jien tal-Ligi Kanonika min-1977 mbaghad hadt din id-Diploma fit-Teologija fin-1980 u ghamilt dan il-Kors, jiena ma nghatajtx il-warrant li nidher ghall-klijenti tieghi quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku; u din ghal liema raguni, ghax ghidt pubblikament li jiena naqbel li d-divorzju huwa dritt fundamentali ta’ l-individwu u ghandu jkun parti mil-Ligijiet ta’ kull Stat. Sal-gurnata tal-lum il-vigarju gudizzjarji li hemm imexxi lill-Kurja li m’ huwiex
l-Arcisqof u lanqas huwa
l-Assistenti tieghu imma huwa Monsinjur Arthur Said Pullicino li dan huwa mahtur mill-Vatikan jigifieri anqas l-Isqof taghna stess, lanqas l-Arcisqof taghna stess m’ ghandu gurisdizzjoni fuqu jibqa’ jinsisti fuq din il-posizzjoni jigifieri x’ irrid nghidlek, l-intenzjonijiet huma retti llum il-poplu jtini ragun illi d-divorzju ma jistax jibqa’ barra, qed izommuh barra issa kapriccozament il ghaliex bi dhul taghna bhala Membri Shah ta’ l-Unjoni Ewropeja u anke l-fatt illi jien issa mithla tal-Ligijiet ta’ l-Unjoni Ewropeja il ghaliex ghamilt il-Kors tal-Magister Juris u gradwajt fih in EU and Comparitve Law, illum ghandna Brussels II Regulation li hija enforzabbli fuq l-Istati Membri kollha illi kull min imur f’ pajjiz membru w igib id-divorzju llum l-Awtoritajiet Maltin ma jistghu jaghmlulu jew jaghmlulha xejn biex jirregistra dak id-divorzju jkun effettiv fil-pajjiz. Mela llum m’ ghandhiex iktar la twemmin u lanqas politika tal-partit fl-amministrazzjoni u lanqas politika tal-partit fl-Opposizzjoni. Dan huwa dritt ta’ kull cittadin ta’ l-Unjoni Ewropeja li huwa enforzabbli f’ pajjizna allura saret issa kwistjoni ta’ diskriminazzjoni: jekk jiena ghandi l-flus, jekk jiena ghandi l-mezzi, jekk jien ghandi l-kuntatti biex immur ingib id-divorzju perezempju mill-Germanja, il-Qorti Federali Tedeska tat sentenza mportanti f’ daw l-ahhar snin fejn qalet illi persuna li applika ghad-divorzju u jottjenih f’ pajjiz Membru Stat ghandu kull dritt illi jenforza dak id-divorzju f’ kull pajjiz Membru Stat iehor u dana fil-parametri anke ta’ Brussels II Regulation, mela Malta ma tistax tahrab din ir-realta’ bhal ma Malta numru ta’ snin ohra ma tahrabx ir-realta’ ta’ l-abbort. Din hija sentenza li nghatat mill-Germanizi u jekk inti tris kopja taghha nista’ nibghatlek kopja taghha wkoll, jiena ghandi l-original bit-tedesk wahda mir-ragunijiet ukoll ghala qed insegwi kors fit-tedesk il ghaliex it-tedesk ghandu rwol importanti hafna f’ decizjonijiet ta’ kif se titmexxa l-Unjoni Ewropeja kemm issa u ghas-snin illi gejjin pero’ tlabt Esperti Lokali li ghamluli traduzzjoni taghha u certament nkun nista’ nibghatlek anke kopja ta’ din is-sentenza li redghet lill-Unjoni Ewropeja giet accettata u Malta ma jrid isemmiha ghal ta’ l-apposta hadd. Din is-sentenza nghatat madwar tlett snin ilu, issa nibghatlek id-dokument relatat, u taghmilha cara l-posizzjoni kif ghadni kif fissirtlek.


Zwieg u mhux zwieg!?
Qabel it-2004 din id-domanda li sqsejtni kienet tkun soggettiva ghad-diskrezzjoni tar-Registratur taz-Zwigijiet li naturalment kien jikkonsulta ‘his political superior’, generalment il-Ministru ghall-Gustizzja u ta’ l-Intern. Illum la r-Registratur Lokali taz-Zwigijiet u lanqas il- Ministru ghall-Gustizzja u ta’ l-Intern jew il-Prim Ministru jew il-Kabinet ma jista’ jzomm cittadin ta’ l-Unjoni Ewropeja nkluz cittadin Malti li jottjeni sentenza favorevoli ta’ divorzju il ghaliex il-Brussels II Regulation ta’ l-Unjoni Ewropeja, nerga’ nirripetilek il-Brussels II Bis Regulation, din taghmel obbligatorja l-enforzabbilita’ ta’ kull sentenza ta’ divorzju moghtija skond il-Ligijiet tal-pajjiz Membru Stat li fih tkun giet ottenuta, mentri qabel Malta konna nqajmu l-posizzjoni ta’ jekk kontx domiciljat, jew jekk kontx residenti, jew ‘a permanent resident’, illum m’ hemmx differenza bejn dan u l-Awtoritajiet Maltin ghalhekk saru totalment impotenti in fatti kif taf inti ma nistghux nitkellmu iktar fuq l-Unjoni Ewropeja jekk ma nirrikonoxxuwx illi ftit ftit Brussels l-Kummissjoni, qieghdin jieklu iktar w iktar w iktar mis-sovranita’ tal-pajjiz. Ara, perezempju din il-kwistjoni ghandha x’ taqsam mal-kacca, l-kwistjoni tad-divorzju meta qajjimnija, ghax jiena mort Brussels fuq dan il-punt u dawn issuggerew li ahna niktbulhom, iddiskutejniha kemm qabel ma sirna Membri u talbuna biex ma noqghodux inqajmu din il-kwistjoni issa ghax kollox kien lest biex il-kandidatura ta’ Malta tiddahhal, u filfatt ahna onorajna l-kelma li tajna. Sa ftit tas-snin ilu l-Commission kienet twiegeb illi dawn huma affarijiet interni tal-pajjiz, imma llum grazzi ghall-Brussels II Regulation lanqas ghandna bzonn iktar il-Commission, jekk inti ggib id-divorzju skond il-Ligi tal-pajjiz fejn tottjenih, u f’ dan jien semmejtlek ezempju l-Germanja u se jkollok kopja ta’ din is-sentenza biex tahdem u timxi fuqha, allura m’ hemm ebda kwistjoni li d-divorzju tieghek ma jistax jigi rikonoxxut. Filfatt nghidlek, nahseb li inti taf, imma tista’ tikkonferma wkoll mar-Registratur taz-Zwieg, li diga ghandna madwar 600 persuna Malta bid-divorzju taghhom irregistrat b’ dan il-mod, jigifieri a bazi ta’ Brussels II Regulation, u kull ma jaghmlu dawn huma jgibu Certifikat mimli li huma jkunu gabu tali sentenza minn tali Qorti ta’ tali pajjiz Membru Shih ta’ l-Unjoni Ewropeja u kopja tas-sentenza jew kopja tad-Digriet. Jekk ir-Registratur taz-Zwieg jikkonferma li inti u l-persuna li hemm indikat f’ dan ic-Certifikat allura jirregistrak li inti ddivorzjat u jaghmel dan l-annotament skond il-Kodici Civili fic-Certifikat taz-Zwieg tieghek. Dina twassal ghal punt iehor importanti li Malta qed insiru iktar u iktar bi htiega li jkollna Kodici tal-Familja, Kodici li jiggverna dak kollu li hu marbut mill-Familja sa mill-mument taz-Zwieg, mhux kellna nistennew hdax-il sena qabel kellna l-Marriage Act ahna taghna: sirna ndipendenti September 1964, f’ August tan-1975 kellna l-Marriage Act jigifieri stennejna hdax-il sena biex kellna ligi taz-Zwieg taghna, sa dak iz-zmien din l-Organizzazjoni msejjha Knisja Kattolika riedet tikkmandana hi. Malli fin-1975 gibna dan l-Att taz-Zwieg kif ahna sejjahnilha, fejn allura kien hemm distinzjoni bejn l-annullament fil-Qorti Civili, u l-annullament quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku, kien hemm halfa min-naha tal-Monsinjuri u jekk trid tara min huma dawn in-nies tista’ tmur fir-Registru Pubbliku u tara ritratt ta’ tnax minnhom li kienu prezenti meta fl-1 ta’ Marzu 1995, jigifieri ezatt ghoxrin sena wara li kellna l-Marriage Act, regghu ghamlu tpacija ta’ dan il-punt u llum persuna li tkun izzewget bir-rit Nisrani jekk trid iggib l-annulament fil-Qorti Civili taghha imma n-naha l-ohra tigri wahda sat-Tribunal Ekklesjastiku u din tghidilhom irrid niftah l-annullament jien dik il-procedura tissospendi l-procedura quddiem il-Qrati Civili. Dan huwa Att Sagriliku li jmur kontra s-sovranita’ u l-indipendenza tal-Qrati taghna, illi kien sar minghajr ma d-Deputati taghna la ta’ naha u lanqas ohra ma kienu jafu ghajr tnejn min-nies, wiehed li kien il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin li dak iz-zmien kien ukoll Vici Kap u l-iehor kien l-Ambaxxatur taghna ghall-Vatikan li t-tnejn ghadhom hajjin, u dawn flimkien ma’ din il-klikka ta’ Monsinjuri kienu strumentali biex biddlu l-ligijiet taghna taz-Zwieg. In fatti meta Deputat fuq in-naha tal-Kap Laburista kixef x’ kien qieghed isir l-amministrazzjoni Nazzjonalista ghaglet u filfatt l-ewwel Ligi tan-1995 kienet proprju dan l-Att li giet fl-1 ta’ Marzu tan-1995. din hija sitwazzjoni li ghandha tigi sfidata quddiem il-Qrati Kostituzzjonali taghna u sfidata anke ghad-danni ghal hafna nies li tant naghtew b’ din is-sitwazzjoni. Naturalment il-fatt li jien kont wiehed mill-esponenti principali li ili naghmel kampanji shah fuq dan l-iskandlu ma jzommnix fi stat ta’ elevatazza kbira ma’ dawn id-dinjitarji fit-Tribunal Ekklezjastiku, imma dana jorbot ma’ dak li ghidt kemm mill-aspett tal-Partit li waqqaft jien, kemm mill-aspett tat-twemmin tieghi li jiena nemmen il-verita ghandha tohrog irrispettivament mill-konsegwenzi.


Il-konfront mal-Knisja Kattolika
Kieku l-aqwa forza ghandha tkun n-naha ta’ l-Opposizjoni fil-fehma tieghi il ghaliex hija qawwa Politika li ghandha nfluwenza kbira. Dana jidher li mhux se jsir u lanqas ma jridu se jsir u r-raguni jiena nifhimha il ghaliex il-Partit Laburista, P.L. kif issa huwa maghruf, ma jrid ebda konfront iehor ma’ din l-Organizzazjoni msejjha Knisja Kattolika, allura sta jew ghal nies bhali jew ghal cittadini li jkunu nvoluti jekk jista’ jkun f’ kaz simili fis-sens ragel u mara mizzewgin, r-ragel fetah l-annullament quddiem il-Qorti Civili, l-mara tieghu biex tisfidah marret quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku u dan ifisser illi l-proceduri quddiem il-Qrati Civili gew sospizi quindi ghandu jkun hemm xi hadd li jkollu l-kuragg li jisfida dana l-Att Sagrileku.

Il-ligijiet taz-Zwieg
Illum ghandna dikjarazzjonijiet, ejja nibdew min-naha tal-Partit Nazzjonalista, ghandna certu Deputati li llum hargu fil-berah li huma ghandhom is-siehba taghhom, li huma wkoll mifrudin legalment jigifieri mhux sempliciment naha marret il-Lvant u n-naha l-ohra marret il-Punent illi qalu diversi drabi nkluz il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista illi jaraw li d-divorzju huwa xi haga li Malta ma tistax tibqa’ iktar zzommu lil hinn mid-diskussjoni, lil hinn mill-kotba tal-Ligi taghna. Meta qed naraw din ir-realta’ nara sitwazzjoni ta’ skandlu u daqsxejn ambigwa li nisma’ lil Prim Ministru taghna li jkolli nistqarr huwa habib personali tieghi, illi qal illi ha jikkontempla issa dak li kien tnizzel fil-manifest elettorali ta’ snin ilu ta’ l-1998 dwar il-koabitazzjoni. Illum is-sitwazzjoni tant hija kaotika f’ pajjizna b’ eluf ta’ nies illi officjalment u mhux officjalment qed jikkoabitaw ma’ xulxin li tghid wasal iz-zmien li nillegislaw ghan-nies, kif nghidu pogguti flimkien, ma taghmilx sens il ghaliex il-kaos illi ghandna huwa r-rizultat ta’ eluf ta’ nies mifrudin, ta’ eluf ta’ nies li raw li z-zwieg taghhom ma rnexxiex, ta’ eluf ta’ nies li jridu li jkollhom opportunita’ illi huma jiddettaw hajjtina u dan huwa kuntrast kbir meta ghandna tlett ligijiet daqshekk importanti bhal Kostituzzjoni ta’ Malta, bhal Konvenzjoni Ewropeja ghad-drittijiet u Libertajiet ta’ l-Individwu, u issa l-EU Charter of Fundamental Rights illi b’ effett mill-1 ta’ Dicembru 2009 huwa enforzabbli hawn Malta li dawn jaghmluha cara li kulhadd ghandu dritt li jkollu l-familja tieghu u jekk inti trid familja stabbli l-ahjar haga ghal dan huwa naturalment iz-zwieg. Ma jistax ikollok zwieg jekk l-ewwel zwieg li ghamilt ma rnexxiex u ejja nkunu prattici jiena rrid riforma kbira mhux biss li l-politici taghna jitkellmu car fuq id-divorzju u dana hawnehekk ikolli nimplika li lil Joseph Muscat bhala mexxej tal-Partit Laburista li jien ma naqbilx mieghu li jghid ‘Jiena jekk nkun fil-Gvern ha naghti a free vote’, mhux ma naqbilx mieghu li ha jaghti a free vote, jiena naqbel illi hu ghandu johrog stqarrija: Jekk jien inkun Prim Ministru, bhalma l-Gvern ta’ Fenech Adami minghajr ma qal lil hadd qabad u emenda l-Ligi taz-zwieg u ghamel din l-oxxenita’ li ghadni kif fissirtlek bl-istess dritt il-Partit Laburista jghid car u tond: jekk jien inkun fil-Gvern jiena ha nemenda l-Ligi u naghmilha possibli li ndahhal id-divorzju. Il-makkinerju Legali diga qieghed hemm kull ma rridu hu kelma iktar fl-Att taz-Zwieg tan-1975 kif gie emendat fejn nghidu li jista’ jkollna l-proceduri ta’ divorzju f’ pajjizna.


Rebecca Gompers
Lil Rebecca Gompers jiena ntqajt maghha l-ewwel darba f’ Settembru tas-sena 2000. kont qieghed konferenza Berlin u hemmhekk iltqajt maghha dak iz-zmien kienet mal-partner taghha, li ghad ghandha sal-lum u li minnu ghandha zewgt itfal sbieh hafna, irid nemfasizza din li hija omm ezemplari hafna, u kellu proprju diskussjoni mqanqla hafna dwar dan il-progett taghha dwar Women onWaves. Hija fissritli car u jiena nemmen li kienet qieghda tghid il-verita illi l-objettiv taghha kien wiehed sincier u cioe’ nisa li ma jridux it-tqala li kellhom li giet fuqhom f’ cirkustanzi li huma ma setghux ikollhom kontroll fuqha bhal perezempju stupru jew inkella skoprew li kellhom xi kundizzjoni fiziku li t-tarbija setghet iggib id-deformazzjoni taghha jew li nkella giet minn relazzjoni li huma ma xtaqux u dina harget bit-teorija li dan huwa dritt sagru tal-mara meta dan l-ammassazjoni ta’ celloli go fiha ma jkunux ghadhom vijabli ta’ hajja ndipendenti li l-mara jkollha d-dritt li hi hija dik l-massa ta’ celloli li ma jkunux ghadhom vijabli ta’ hajja ndipendenti. Qed nghidilhom massa ta’ celloli ghax fil-bidu huwa kkalkulat skond il-Ligi mill-inqas erbgha w ghoxrin gimgha llum infatti dik hija l-iktar perjodu twil li ghandha l-Ingilterra. Gieli jmorru up to the 32nd week. Illum pajjiz iktar konservattiv bhall-Italja joqghodulek anke nizlu down to 8 weeks u pajjizi moderati bhall-Spanja, Portugal li kollha huma pajjizi nsara dawn qieghdin bejn 12 u 14 weeks. Ilum l-Ingilterra jirragunaw, ghad illi l-Ligi taghhom ghadha tippermetti erbgha w ghoxrin gimgha illi kemm jista’ jkun beyond 21 weeks ma jmorrux. Issa dan huwa dritt tal-mara, il-mara ghandha trid li tghid illi jiena se jkolli responsabbilita ta’ xi hadd illi jekk jizviluppa fiha din ix xi haga, din il-massa ha ssir hlejqa, din il-hlejqa ha ssir bniedem jew ha ssir bniedma u jien minhabba c-cirkustanzi ta’ hajti ma rridx illi nkun responsabbli ghat-trobbija ta’ din l-entita li ha ssir vijabbli bhala hajja ndipendenti go fija. Tkellimni fit-tul u naturalment bqajna nikkorrispondu u nikkomunikaw ma’ xulxin, kellha rivoluzzjonijiet shah l-ewwel nett go pajjizha stess l-Olanda, ghamlet revoluzzjoni u gew attakkati fis-South America fejn marru f’ pajjizi bhall-Paraguay, bhall-Argentina, bhac- Chile, bhall-Brazil, li kollha huma pajjizi Kattolicissimi dawn nassigurak, kellha attakki horox fil-Polonja, kellha attakki horox fi Spanja, kellha attakki horox fil-Portugal pero’ l-verita hi li anke issa li l-Gvern Olandiz ipprojbilhom li jibqghu juzaw dawn il-vapuri, naturalment hemm sistemi alternattivi, llum hawn pakketti li pilloli tkun tista’ tnehhi inti dak li jkollok go fik, pakkett illi effettivament anke jservuh hawn Malta. Dan huwa pakkett partikolari, ma nsemmix ismu, imma meta giet Rebecca Gompers hawn Malta stajna mmorru u nixtruh mill-ispizerija across the counter mhux underthe counter, din hija proprja medicina li tintuza’ ghal xi haga ohra imma jista’ jkollha dan l-effett. L-ghada li giet Rebecca Gompers meta ghamlet d-diskors taghha f’ lukanda partikolari u giet rrapurtata li qalet dan id-diskors, dawn il-pakketti tnehhew b’ ordni ta’ l-Awtoritajiet milli jistghu jinbieghu over the counter pero’ jiena m’ ghandi ebda dubju, qed nitkellem b’ mod professjonali li effettivament dan it-tip ta’ abort ghadu jsir u qieghed isir fil-pajjiz taghna anke jekk jintuza lingwagg jew referenza li jkunu partikulari. Jien qieghed nghid ukoll li dan huwa dritt ta’ kull mara illi tiddetermina r-rwol taghha jekk tridiex tkun ta’ omm jew ta’ omm ta’ iktar minn persuna wahda llum nafu ghax mbaghad gejt mistieden fis-sena 2005 go Brussels u mort indirizzajt fil-bini tal-Parlament Ewropew konferenza dwar l-abort, ihossni urtat hafna li hadd mill-5 rapprezentanti Maltin naturalment ma gie ghal din il-konferenza imma bghatu lil xi hadd biex tiehu notamenti jew tispjuna biex jaraw dak li kont se nghid jien, u filfatt gabu rapport ta’ dak li ghidt jien, naturalment ghawguh kif qablilhom, illum nafu li tista’ tghid fil-pajjizi kollha ta’ l-Unjoni Ewropeja l-abbort huwa taht forma jew ohra permess ghajr ghal tlieta li huma l-Polonja li xorta jsir hafna abort klandestin jew across the border, l-Irlanda li m’ ghandhom ebda problemi ghax kull m’ ghandhom jaghmlu hu jridu jaqsmu l-fruntiera w imorru jew Northern Ireland jew f’ xi klinka l-Ingilterra, u Malta. Tajjeb ukoll nghidlek illi minn hawn u ftit jiem ohra l-Qorti fi Strasbourg se taghti sentenza mportanti ta’ tlett nisa, tnejn minnhom Irlandizi u l-ohra ta’ nazzjonalita ohra li ghamlu kawza kontra l-Gvern Irlandiz ta’ l-istrapazz, l-ispejjez u l-periklu li kkagunalom biex qasmu ghall-Ingilterra halli hemmhekk jaghmlu l-abbort. Il-Qorti ta’ Strasbourg u anke l-Qorti tal-Gustizzja fil-Lussemburgu diga ppronunzjaw ruhhom fuq il-kwistjoni li fejn l-abbort huwa legali m’ hemm xejn li wiehed jista’ jghid li l-persuni li jaghmlu l-abbort imorru kontra l-Ligi. Din ikkonferma wkoll il-Ministru tal-Gustizzja taghna meta kien dak iz-zmien l-Avukat Tonio Borg, illum il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u Deputat Prim Ministru li qal ‘Jekk mara Maltija tmur u taghmel abort barra x-xtut Maltin, m’ hemm xejn li l-Awtoritajiet Maltin jistghu jaghmlu fil-konfront taghha, jista’ jsir biss jekk ikun hemm provi li xi mara Maltija ghamlet l-abbort hawn jew xi hadd assistiha li taghmel dan l-abbort’. Illum nafu li Maltin imorru taht ‘one day shopping spree’ Catania fejn hemmhekk taht numru jistghu jaghmlu abort u kellna diversi kazijiet fejn nisa mizzewgin jew tfajliet gew lura Malta b’ hafna demm fihom il ghaliex ovvjament riedu jhaffu u kif waslu Malta kellhom imorru jigru fi Klinici Privati, li tajjeb li nghidlek ukoll li dak li hallsu biex ikkurawhom hawn Malta minhabba l-emorogija li kien qed ikollhom u d-deni li telghalhom sewa’ ferm iktar mill-procedura ta’ l-abbort li ghamlu Catania.


Jiddefendi lil min hu ppersegwitat

Jiena ma naqbilx mieghek illi jiena maghruf, jiena bniedem li ghamilt snin bhala Konsulent Legali, mhux li waqqaft jew li kont ic-Chairman, ta’ l-Ghaqda ghad-drittijiet ta’ l-Irgiel. Dan kien sar fi zmien meta l-irgiel kienu prigunieri f’ Malta, li kien sa l-1 ta’ Ottubru ta’ l-1995, fejn l-inqas inkwiet li kien ikun hemm bejn koppja mizzewga mara setghet u taghmel impediment ta’ partenza u ragel anke jekk kien qed jahdem barra, jew kellu xi negozju barra jew jekk kien xi travel agent jew kien min kien, kien jinzamm kapriccosament hawn Malta. Din qajmet problemi kbar il ghaliex meta Malta kienet ga kienet qieghda taspira li tidhol fl-Unjoni Ewropeja kien qed ikollna problemi ta’ hafna delays fl-ajruport ta’ Malta ghax jekk ghandek lil xi hadd jismu perezempju, Anthony Borg jew Joe Vella jew Joe Abela, dak iz-zmien kellhom Registri enormi u kienu jdumu s-sieghat jiccekjaw jekk intix il-Joe Abela jew Joe Borg jew Anthony Abela li inti mizmum bl-impediment tal-partenza w allura kien hemm bzonn li jqajmu Kampanja Nazzjonali fuqha din. Din il-Kampanja Nazzjonali rraportajniha lil Dipartiment ta’ l-Istat l-Amerika, rraportajniha lil Kummissjoni ta’ l-Unjoni Ewropeja u dawn gew Malta minghajr ma qalulna xejn ghamlu rapport sabu li eluf ta’ rgiel kienu qieghdin jinzammu prigunieri hawn Malta sempliciment ghax ghandhom kwistjoni mal-mara u kienu talbu lill-Prim Ministru ta’ dak iz-zmien biex jirratifika din il-posizzjoni, tajjeb illi nghidlek li l-Ministru ghall-gustizzja ta’ dak iz-zmien illum mejjet li kien Dr Joseph Fenech, fuq ordni tal-Kabinet kien ghamel ir-rimedji mehtiega biex il-Kodici ta’ Organizzazjoni u Procedura Civili jigi mibdul bhala parti minn riforma Nazzjonali li tmiss id-drittijiet tal-koppji mizzewga u fl-1 ta’ Ottubru 1995 wara mija u hamsa u tmenin sena l-impediment tal-partenza tnehha mill-kotba Legislattivi, naturalment konna ghamilna mpatt kbir u forsi f’ dak il-mantell ta’ Konsulent Legali ta’ Ghaqda ghad-Drittijiet ta’ l-Irgiel li jien hadt din il-fama. Pero’ bazikament jiena naqbez u nipprotegi skond il-Ligi d-drittijiet kemm ta’ l-irgiel kif ukoll tan-nisa.


Il-Ligi tal-Familja
Kont qieghed nghidlek fejn tidhol koppja mizzewga naturalment hemmhekk hemm ir-rabta taz-zwieg, hemm l-obbligi reciproki min-naha ghall-ohra u vice versa, allura f’ kuntest bhal dak iva r-ragel li huwa prezunt il-missier tat-tarbija jrid illi jigi kkonsultat quindi f’ cirkustanzi bhal dawk mahniex nichdu li r-ragel mjkollux dritt li jigi kkonsultat pero’ decizjoni ahharija trid tkun tal-mara il ghaliex jekk il-mara perezempju, kif kellna kazijiet, issib illi f’ mument tat-tqala partikolari hija determinata li tibda bi proceduri ta’ firda il ghaliex iz-zwieg zgur tkun qed tarah li mhux sejjer jigi salvat ghala din il-mara ghandha tidhol f’ dan il-piz, ghala din il-mara ghandha tghabbi bit-tensjoni lill-istess tarbija, ghala din il-mara ghandha titghabba bl-obbligi biex tiehu hsieb din it-tarbija meta hi tkun qieghda tibda tfassal illi f’ forma jew ohra tibda hajja gdida ghaliha. Jiena nahseb illi f’ dan il-kuntest in-nisa ghadhom lura hafna biex jitkellmu fuq dak li jappartjeni bl-iktar mod intimu ghaliha. Il-maternita u l-istint matern huwa privilegg esklussiv tal-mara, wiehed irid jew ma jridx jaghraf dan il-fatt u ghalhekk il-kuncett ta’ ugwaljanza tan-nisa u l-irgiel irid jittiehed f’ din il-perspettiva rejalistika illi l-fatturi u l-ingredjenti li jaghmlu mara huma ferm differenti minn dawk li jaghmlu ragel ghalhekk qed nghidlek li hemm bzonn modifikazzjoni tal-Ligi tal-Familja.


L-Abbort
Jiena naqbel ma’ l-abbort sakemm tkun ghad hemm massa ta’ ingredjenti, celloli li qieghdin jersqu biex jaghmlu dik l-entita qabel ma jkollha l-vijabilita’ tal-hajja. Ta’ erbgha w ghoxrin gimgha huwa stabbilit effettivament illi l-persuna umana tkun diga giet iffurmata fl-aspetti kollha taghha fil-guf tal-lum imma ma tkunx ghadha vijabli, tkun ghadha tiddependi ghall-ghixien taghha mill-gisem ta’ l-omm li fih tkun qieghda tghum. Illum nafu li rarissimu li jitwieldu tfal qabel ilwiehed u ghoxrin jew tnejn u ghoxrin gimgha u jsalvaw, jippruvaw bl-ghajnuna ta’ l-izviluppi teknologici fil-medicina illi jsalvawhom imma l-verita dawn huma rari. Jiena nghid sakemm jigi stabbilit u dana mhux qed nghidu jien imma qed jghiduh esperti medici meta ahna nitkellmu dwar ‘The Royal College of Surgeons’, li ghandhom fama u reputazzjoni internazzjonali u li hafna mit-tobba specjalisti taghna u li ghamlu isem maghruf mhux biss Malta, fl-Ingilterra imma anke madwar id-dinja ghandhom Certifikati mir-Royal College of Surgeons UK meta dawn qieghdin jghidu li l-vijabilita mill-aspett xjentifiku ma ssehx qabel l-erbgha w ghoxrin gimgha, jiena nghid li sa l-erbgha w ghoxrin gimgha dak illi ahna nifhmu bi drittijiet specifici, din li qieghda tissejjah ‘The Rights of the Unborn Child’ jibdew mill-mument ta’ vijabilita. Jiena naqbel ma’ l-abbort fit-termini xjentifici jekk l-esperti xjentifici jghidu li sa l-erbgha w ghoxrin gimgha m’ hemmx vijabilita allura niehu dik il-fehma ta’ l-esperti.

Jiena bhalissa naqbel li l-abbort huwa privilegg esklussiv ghall-mara fil-parametri ta’ kif fissirtlek u fil-parametrri ta’ dak li n-nies esperti f’ dan il-qasam jghidu; kwistjonijiet ta’ moralita dawk innehhijom totalment ghas-semplici raguni li l-moralita hija xi haga soggettiva, l-moralita ma tistax tigi priedkata jew imposta, illum ghandna ezempju waqt li qieghed inkellmek ghaddejja kontroversja l-Amerika dwar certu qassis Fr Murphy li allegatament abbuza aktar minn mitejn tifel u l-Vatikan li suppost trid tghallimna l-moralita’ ta’ kif nghixu qieghda zzomm il-files ta’ dan Fr Murphy sigrieti. L-argumenti li qamu dwar dan l-abbuz da parti ta’ qassisin li qed jissejjah l-iskandlu pedofelu, ghad hemm hafna affarijiet li rridu nsiru nafu, u llum nirringrazjaw biss lill-media li inti tifforma parti minnha, u li huwa t-tema ta’ ktieb li qed nikteb bhalissa illi ‘Democratic Media is the Real Government in Action’. Kieku ma kienitx il-media waqt iz-zjara ricenti li ghamel il-Papa fostna ma kienx jiltaqa’ mal-vittmi, kienet il-media u rapporti fil-media internazzjonali li b’ mod partikolari, ghax Malta ahna ghadna kawti minhabba li kien hawn fostna, li hargitha l-Hadd filghodu li kien ghajb illi l-Papa ma kien lissen xejn jew ma ltaqax ma’ dawn il-vittmi li gew abbuzati. Kien mbaghad li hareg press release minhabba l-ewwel u qabel kollox mill-media internazzjonali mbaghad kkonfermat mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni Lokali li l-Papa f’ laqgha mhux mistennija biddel il-programm tieghu, issa taf x’qed nghidu hux biex l-Istat tal-Vatikan ibiddel program fuq persuna li ghandha 83 sena mhijiex xi cajta, imma biddlu l-programm biex ikun jista’ jiltaqa’ ma’ dawn it-tmienja min-nies u dan huwa assodat mill-fatt li mbaghad ghax gara hekk l-Arcisqof iltaqa’ maghhom, Isqof iehor, il-President tar-Repubblika, dan kollu gie bis-sahha tal-media, mela jiena qieghed nghidlek ebda Awtorita’ ma tista’ timponi moralita’ fuq l-esigenzi u htigijiet ta’ l-individwu ghax kull individwu ghandu t-tifsila, l-interpretazzjoni, l-implimentazzjoni, u l-mod kif jenforza l-hajja tieghu jew taghha. Li taghti konsultazzjoni, li taghti pariri, li tesprimi opinjoni huwa wkoll parti mid-drittijiet liberi, mil-liberta ta’ espressjoni li ghalija hija sagra, imma xi hadd jimponi moralita’ meta nafu min qieghed jimponi l-moralita’ ghandu hafna iktar xi jxomm minn dak li qed jipprova jghallmu jew jghallimha kif tghix, dik ghalija hija inaccettabli. Barra minn hekk ghandna dawn il-Ligijiet li jishqu fuq l-liberta’ ta’ l-individwu, semmejtomlok lokalment tlieta minnhom, hawn ohrajn minn dawn mifruxin madwar id-dinja, jekk il-mara fejn jidhol nerga’ nirrepetielek l-izjed affarijiet intimi tal-persuna taghha u li se tibdlilha l-orjentament ta’ hajjitha kollha ghax tarbija anke jekk ghandek iktar minn wahda iktar u iktar, ha tibdel l-orjentament fil-hajja kollha ta’ mara, kemm mil-lat ta’ karriera, kemm mil-lat ta’ personalita’, kemm mil-lat tal-mod kif tghix allura ghala din il-mara m’ ghandhiex ikollha vuci, vuci mhux biss li hija taf ghalxiex inhi diehla imma vuci illi tasserixxi jekk tridx dak l-istil ta’ hajja jew le.


L-Abbort, il-Knisja u l-iStat
Il-Knisja mhijiex parti mill-istruttora tat-tmexxija ta’ l-Istat taghna pero’ nara li ghandha strategija fina kif izzomm il-posizzjoni taghha f’ wahda flaxxendent, illum nafu u jekk irridu ezempju ghal dan ghadu kif kellna z-zjara tal-Papa kif l-ordni pubbliku kollu ta’ l-Istat Malti baxxa rasu ghall-esigenzi ta’ din l-Organizzazjoni l-Knisja Kattolika. Ahna nghidu li r-religjon Kattoliku huwa parti mill-Kostituzzjoni ta’ Malta. Dawn ma huwa minnu xejn, dik hija anomalija ohra, il-klawsola ta’ l-Artiklu 2 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta dik li ahna nafu bhala l-Kostituzzjoni ta’ Malta Repubblika li giet fis-sehh fit-13 ta’ Dicembru ta’ l-1974 niftakarha sew jiena, dik kellha sservi ta’ pond ta’ fejqan immanipulata minn Prim Ministru ta’ l-affari tieghu li kellna dak iz-zmien li jrid iserrah ras din l-Organizzazjoni li l-Partit Laburista fil-gvern ma kellu ebda intenzjoni li jpattija ghal dak li bghata fis-snin sittinijiet fejn cittadini Maltin b’ ordni ta’ xi hadd gew ikkundannati ghal infern ghal ghomorhom u midfuna f’ post mhux sagru li ahna nirreferu ghalih bhala l-mizbla. Din l-Organizzazjoni dejjem riedet taghmel taghha illum nafu u dan hu pruvat storikament illi d-dirigenti ta’ din l-Organizzazjoni f’ pajjizna ibda mill-Arcisqof Caruana meta hu kien qed imexxi l-Knisja Lokali u l-Inglizu kienu se jiehdu over mill-Francizi ghalhekk importanti li n-nies taghna jkunu jafu l-istorja ta’ dan il-pajjiz, li dan sar qbil bejniethom illi huma jhallu l-Gvern Ingliz jaghmel li jrid fil-pajjiz b’ kundizzjoni wahda: Tmisslix il-pajjiz bhal Arcisqof ta’ din l-Organizzazjoni l-Knisja Kattolika biex ir-Religjon u allura r-ruh tal-fidili u l-intimita’ tal-hajja ta’ dawn il-fidili tikkontrolla spiritwalment din l-Organizzazjoni biss l-istess gara fejn kien imdahhal l-Arcisqof Mikiel Gonzi. Hemm dokumenti li juru li f’ Malta qal mod u meta kien l-Ingilterra qal mod iehor u dawn id-dokumenti ghal t’ apposta mhux qed jinhargu fil-berah imma storici li ghandna maghrufin u li kitbu u tkellmu diversi drabi fuq dan l-episodju dan il-fatt jikkonfermawh. Din il-knisja mela dejjem uriet illi f’ Malta hija riedet ikollha imposizzjoni fuq l-imhuh hielsa tal-fidili u c-cittadini Maltin. Anke jekk insemmu ricenti diversi ezempju kwazi l-Isqof f’ Ghawdex iktar mill-Isqof f’ Malti, fuq kull kwistjoni li ghandha bixra kontroversjali jrid isemma lehna, ahna nghidu ghandu kull dritt li jsemma’ l-fehma tieghu bhala cittadin ta’ dan il-pajjiz imma m’ ghandu ebda dritt li jbezza’ lin-nies jew jaghtu xi implikazzjonijiet kif dejjem jaghmlu f’ kull elezzjoni generali jew elezzjoni ghall-Parlament Ewropew bhal meta fl-ahhar Elezzjonijiet li kellna qalu car u tond lin-nies fil-pastorali taghhom, ivvutaw ghal dawk il-kandidati li se jharsulkom il-valuri nsara taghkom u li jipprotegu l-valur tat-twemmin taghkom jigifieri bil-pulit qieghdin jghidu dawk li huma iktar liberali jew li vera jishqu fuq d-dritt ta’ l-individwu, fuq it-tifsira tal-pluralizmu lil dawn qieghdin jghidulu tivvutalux: dan huwa ndhil sfaccat fl-affarijiet interni tas-sovranita u l-Indipendenza tar-Repubblika ta’ Malta. F’ dan is-sens jiena iva urtat hafna, dawna huma cittadini ordinarji u normali u nerga’ nghidlek jekk ridna prova hekk x’ jigifieri jigi qassis akkuzat b’ pedofelija u l-Istat Malti u l-Indipendenza tal-Qrati taghna tidfen il-kaz biex tghaddih ghand Kumitat imexxi mill-Kurja ta’ din l-Organizzazjoni fil-Knisja ta’ Malta. X’ gara? L-istess Vatikan ftit tal-gimghat ilu hareg stqarrija li qal li le dan m’ghandux iktar isir, il-qassisin li jkunu akkuzati b’ dawn ir-reati ghandhom jitqieghdu ghad-disposizzjoni tal-gustizzja trasparenti u visibli ta’ l-Istat li fihom iwettqu dawn ir-reati u f’ dan is-sens jiena nifrah lill-President tar-Repubblika li fid-diskors meta laqa’ lil Papa ricentament qal car u tond li l-gustizzja trid tidher li qieghda ssir u jekk hemm kawzi pendenti quddiem il-Qrati taghna fuq din il-materja ghandhom jibqghu jinstemghu minn Qrati u decizi mill-Qrati Maltin, kif isir ma’ kull cittadin iehor li jkun akkuzat b’ xi reat u jitressaq quddiem il-Qrati Maltin. Ahna ghandna fiducja fl-Indipendenza u trasparenza tal-Qrati Maltin u m’ ghandna bzonn ebda organu fi hdan din l-Organizzazjoni biex tiddetermina hi mbaghad izzomm kollox mistur dwar il-htija jew le ta’ dawn il-qassisin, ezempju ta’ dan hareg anke fid-dinja internazzjonali ricenti.


Alpha Liberal Party
Dan il-partit Alpha ghadu jiffunzjona naturalment. Illum inhossuna iktar konvinti li dak illi tkellimna dwaru, ktibna dwaru, gejna mghajjra dwaru, gejna ostrisizzati minhabba dan id-diskors, tnehhejna minn possibilita’ li nkunu f’kumitati jew f’karigi li ghandhom certu posizzjoni pubblika hafna propju minhabba dak illi ahna konna nemnu fih. Dawn illum saru parti realistici tas-socjeta’ Maltija u iktar minn qatt qabel hemm htiega li partit bhall-Alpha jibqa’ jxejjer il-bandiera tieghu anke jekk il-poplu taghna ghadu mahkum biz-zewg kuncetti taz-zewg partiti l-kbar il ghalhiex il-poplu taghna qed ibati u ibati bl-iktar mod sincier il ghalhiex dak li huwa ovvju u dak li qed isehh mhux qed jigi ndirizzat. Per ezempju jien ilni nghid hafna illi l-mod kif qed jitmexxa l- Qorti tal-Familja, hemm hafna difetti fl-istruttura tieghu. Min sejjer jindirizzahom dawn jekk ma jkunx xi partit bhal tieghi li jitkellem car minghajr biza’ illi ser jaqlaghha dak jew ser taqlaghha dik jew il-voti jew inkella l-popolarita’ ma’ certu taqsimiet tal-poplu sejrin jitnaqqsu. Ghal dan is-sens iva importanti li dan il-partit jibqa’ jsehh.


Il-partit bhalissa ufficjalment qed nghidlek, ghandu madwar erba’ mitt membru. Sfortunatament u nghid sfortunatament certu weggha, l- spokesman ufficjali tieghu, f’kull kategorija dejjem qisni nibqa’ jien, mhux ghax nixtieq li nkun jien jew irrid illi nibqa’ jien, imma hawn dan ic-certu biza’ fil-pajjiz taghna, illi hafna jghidulek naqblu ma’ dak li qed tghid imma ma nixtieqx nohrog fil-berah, ghalhiex? Il ghalhiex dan il-kult tan-nepotizmu, dan il-kult li dak jigi minn dik u dik tigi mill-ohra, u l-ohra ghandha influwenza hemm, u l-iehor ghandu influwenza hemm, hija xi haga terribli fil-pajjiz. Ahna irridu nikbru biex filwaqt li lkoll kemm ahna jista’ jkollna fehmiet differenti, naccettaw illi din hija socjeta’ pluralistika, din hija socjeta’ li ghandna kull jedd li nitkellmu bil- miftuh u quindi m’ghandux ikun hemm ebda riperkussjonijiet u konsegwenzi jekk xi hadd inissel jew jesprimi opinjoni semplicement ghax ikun qal dik l-opinjoni. Bhal per ezempju nerga’ nghidlek, il-kaz tieghi illi ghax ghidt li jiena naqbel li d-divorzju huwa dritt fundamentali, fatt illi din l-organizzazzjoni msejha il-Knisja Kattolika m’ghandi ebda dubju taqbel dwaru, privatament sewwa, imma ufficjalment iridu jzommu l-istatus quo tal- annullament, li fil-verita’ ma tantx hemm differenza bejn l-annullament u d-divorzju. Iz-zewg strumenti legali jxolju z-zwieg, imma wiehed hemm il-fittizju li dan iz-zwieg qatt ma ezista u l-iehor hemm ir-realta’ li dak iz-zwieg jigi ddikjarat xolt. Ejja nkunu iktar sincieri, nirrispettaw il-maturita’ tan-nies, biex b’hekk nigu rrispettati ahjar ahna u dan il-messagg jghodd kemm ghal din l-Organizzazjoni msejha il-Knisja Kattolika li kontra taghha m’ghandi ebda animosita’ anke jekk hija thobb b’mod vendikattiv tpattiha, kif ukoll iz-zewg partiti ewlenin illi ma jistghux jibqghu jilaghbu bis-sentimenti tan-nies. In-nies iridu politici serji, politici li jirrapprezentaw l-interessi tal-poplu kollu u mhux nibqghu nuzaw din il- frazi l-emarginati jew il-minoranza, mhi vera xejn din il-kwistjoni tal- minoranza. Jekk irridu nitkellmu fuq il-minoranza llum il-Knisja Kattolika qeghda f’minoranza il ghalhiex l-attendenzi ufficjali fil-Knisja Kattolika skond rapporti taghhom stess dejjem qeghdin jonqsu. Il-furur li qam ghax gie Benedittu XVI kien iktar furur imqanqal mill-kurzita’ in fatti li gie fi tmiem il-gimgha allura l-poplu haduh bhala harga u naturalment il-poplu malti li fil-massa tieghu m’ghandux biex jheda, inqeda b’dina l-okkazzjoni biex ikollu fejn imur u jippartecipa. Ejja naraw ir-rizultati fit- triq it- twila ta’ kemm din iz-zjara vera kellha effett pozittiv jew le.


Il-Futur ta’ l-Alpha
Certament bhala Alpha qed nippjanaw li nohorgu fl-Elezzjoni Generali li jmiss, nassigurak ukoll li hemm diversi movimenti ohra li mhumiex abbinati ma l-Alpha imma jaghmlu parti mill-faxxa tal-20% mill-elettorat li la jridu wiehed mill-partiti l-kbar ul-anqas il-partit l-iehor. Pero’ qeghdin il-boghod hafna milli dawn id-diversi movimenti jinghaqdu flimkien biex jifformaw forza politika wahda. Sakemm tibqa’ din ic- cirkustanza allura L-Alpha nohorgu, jekk ic-cirkustanzi jinbidlu sa l-elezzjoni li jmiss u dawn id-diversi movimenti f’din il- faxxa t’20% ta’nies li la jridu l-partit fil-Gvern u l-anqas il-partit li hemm fl-Opposizzjoni ghax qed jarahom li mhux kredibbli, allura ic-cirkustanzi jistghu jinbidlu pero’ sa issa jistghu jinbidlu fis-sens illi dawn il-movimenti jinghaqdu taht kappa ta’ partit wiehed mhux necessarjament nibqa’ l-mexxej jien, jien ghandi bizzejjed x’naghmel u diga’ ghitlek illi x-xewqa tieghi hi li nkun disponibbli biex naghmel kemm jista’ jkun affarijiet minghajr ma nkun marbut f’qaghda ta’ mexxej u allura jekk jinbidlu c-cirkustanzi l-Alpha jinbidel u jaggorna ruhu mat-tibdil taz-zmien.



Il-Qorti tal-Familja

Facli l-ewwelnett fejn jidhlu kawzi ta’natura privata u intima bhal dawk li jappartjenu l-Qorti tal- Familja certament ma jsiru qatt konferenzi stampi f’dak ir-rigward biex ahna nipprocedu l-privazija ta’dak illi jkun. Pero’ jekk ikun hemm kaz fejn ahna naraw li l-Awtoritajiet Kompetenti qed jaghmlu certu pressjoni fuq dan il-kaz, bhal kaz ta’ Alain Schmitt dan il-franciz issa propju sejjer naghmel laqgha dwaru mad- Direttur tal- Habs allura ahna dehrilna li l-mod kif dehrilna li l-mod kif gie ttrattat dan ir-ragel u s-siehba tieghu li minhabba t-tifel taghha ta’ tmien snin cediet l-proceduri kollha u marret lura lejn Franza fejn bhalissa qeghda tiskonta prigunerija ta’ hmistax-il xahar, imma s-sieheb taghha, dan ghadu qed jikkontestah. Issa ahna dehrilna illi l-mod kif saru l-proceduri quddiem il-Qorti tal-Kriminal meta litteralment beda jkollna udjenza wara l-ohra, jum wara l-iehor, decizzjonijiet jinghataw meta kien hemm spazju biex ikun hemm iktar rifflessjoni fuq dawn id-decizzjonijiet, ghaddejjin bi proceduri kostituzzjonali.qed nistennew sentenza fit-30 t’April, u dan ir-ragel wara 107 ijiem ghadu kkarcerat, ragel ta’ 99% ghama, ragel ta’ 95% dizabilita’, ragel li ghandu diabete qawwija, ragel illi ihobb ikun fit ghalhiex huwa martial arts expert u l-martial arts mhux kif ninterpretawha ahna; biex wiehed jiggieled u jkun aggressiv, imma propju biex ikun strumentali halli tikkontrolla lilek innifsek u tnissel il-paci anke fost l-aggressuri ta’ madwarek. Dawn huma l-ideat tat-Tai Chi u ta’ dawn l-arti marzjali. Dan ir-ragel ahna hassejna li kien hemm gustifikazzjoni li naghtu konferenzi stampi kemm ikun hemm bzonn, u ohrajn ghadhom gejjin biex ingibu l-kawza tieghu b’mod pubbliku. Rigward biex nigbed l-attenzjoni naturalment, ghalhekk isiru l-konferenzi ta’ l-istampa biex ahna nigbdu l-attenzjoni, mhux biex nigbed l-attenzjoni fuqi il ghalhiex jien nerga’ nghid, nigbed l-attenzjoni fuq diffikultajiet fil-mertu ta’ dik il-kawza li ahna jidhrilna ma jkunux qeghdin jigu ndirizzati. Li tindirizza konferenza stampa mhijiex xi haga facli u jien ma rrid ncekken lil hadd. Irid ikun hemm certu kuragg biex taghmel konferenza stampa. Ma jsirux iktar konferenzi stampi fuq oqsma ohra legali, il ghalhiex kif ghidtlek fil-korsa ta’ din l-intervista, li hemm hafna gruppi li ghandhom interessi, ma’ din in-naha, jew ma’ naha ohra, mal-Lvant jew mal-Punent u allura kulhadd joqghod kawt ta’ kif jitkellem. Min hu hieles biex juza l-kelma tieghu b’mod responsabbli imma minghajr irbit u fl-interess vera tal-mertu li a bazi taghha tkun qed issir il-konferenza stampa, m’ghandux ghalfejn jibza’ li jaghmel konferenzi stampi u j’Alla l- mezzi ta’ komunikazzjoni jitghallmu iktar illi llum l-media mhux biss hija l-aqwa organu tat-tmexxija tal-istat imma kif qed nghid f’dan il-ktieb li qed nikteb, huwa l-veru Gvern ta’ pajjiz, semmi li trid, huwa l-media li llum torjenta u tqieghed lic-cittadin fuq il-binarju biex jaccetta dak li ikun gej. Jekk illum gie minhabba l- speaker il-gdid, il-poplu ga kien ilu jaf, dan l-ahhar hmistax, tliet gimghat, min kien ser ikun l-speaker il-gdid jigifieri l-media hija l-iktar organu sagru li rridu niehdu hsiebu u parti mill-frustrazzjoni tal- Awtoritajiet Kompetenti hu li dawn m’gharfux fiz-zminijiet meta huma kellhom dominju assolut dwar l-importanzi tal-media. Issa li dak li huma jsejhu taqsimiet emarginati qeghdin jaghmlu uzu ferm ahjar mill-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-mezzi ta’ komunikazzjoni qed taghti l-facilita’ lil dawn in-nies li jesprimu l-opinjoni taghhom, ghalhekk kulhadd irid ikun iktar ppreparat u quindi iktar professjonali u speccjalizzat u jaf fuq xhiex qed jitkellem. B’daqshekk nahseb illi nkunu qed naghmlu gid lill-kuncett ta’ demokrazija vera u mhux demokrazija kkontrollata min-nies awtokraci.


Id-Divinita Kosmika
Jien m’hiniex qed nghidlek li niehu gost li jghiduli d-Divinita’ Kosmika. qed nghidlek illi nitbissem ghax nahseb huwa tifsira realistika ta’ dak li jien intimament nemmen fih. Jien nemmen illi l-atitudini u l-attegjament tal-hajja tieghi huwa marbut bl-iktar mod intimu ma’ dak li jsehh li lhinn anke mid-dinja pjaneta taghna. Quindi iktar ma zzomm lilek innifsek hieles u miftuh ghal kull forma ta’ smiegh, ta’ argumenti, fehmiet, kulturi, opinjonijiet, twemmin, religjonijiet, iktar thoss li inti tappartjeni lid-dinja tal-bnedmin. Jien ma nqisx lil Malta esklussivament bhala Malta, anke jekk lil Malta nhobbha hafna, imma nhobb niddeskrivi lili nnifsi bhala cittadin tal-villagg kosmiku, wiehed minn diversi ahwa kosmici li huma n-nies tad-dinja kollha u dak huwa l-izball li pajjizna qieghed jaghmel il ghalhiex hu mhux qieghed jaccetta u jien nemmen li dan hu l-izball taghna illi ahna Malta ghandna nemmnu wisq li ahna ic-centru ta’ l-univers, li ahna nistghu niddeterminaw x’inhu tajjeb u x’inhu hazin u ninsew li d-dinja llum ghandha 9 biljuni, u li ahna 400,000 ruh u tuzzana minnha jridu jiddecidulna x’nemmnu u ma nemmnux, x’inhu tajjeb jew x’inhu hazin u nharsu lejn il-kumplament tad-dinja u nghidu allura ahna biss. Jien nghid li s-success taz-zjara tal- Papa f’Malta kienet orkestrata tajjeb hafna f’mument meta din l-organizzazzjoni tal-Knisja Kattolika ghaddejja fl-iktar mumenti tad-djufija’ taghha u b’rizulat ta’ dan riedet taghmel uzu minn Malta biex qisha tuza l-mezzi tal-komunikazzjoni.

 

Back  


 
Copyright © www.emmybezzina.org | Terms of Use