|
|
|
|
|
|
|
||||||
| |
|
|
||||||||||
![]() |
|
|
|
|||||||||
|
|
|||||||||||
| |
||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||
Din hija l-ahhar parti f’din il-katina ta’ Artikoli li jiena ktibtilkom ghal dawn l-ahhar seba’ gimghat, din il-gimgha nkluza. Nirringrazzja lid-direzzjoni ta’ “IT-TORCA” ta’ din l-opportunita’ biex jiena nwasslilkom impressjonijiet tieghi dwar il-Qorti tal-Familja bbazata naturalment fuq ir-regolamenti, il-proceduri u l-ligijiet li ghandna li jirregolaw il-Qorti tal-Familja u l-fehmiet tieghi dwar dak li baqa’ jsir biex ikun hemm impenn l-ewwel u qabel kollox fuq livell politiku li l-Qorti tal-Familja m’hijiex xi haga li noqoghdu nilaghbu bid-diskors dwar min ghamel l-aktar minn liema amministrazzjoni tkun qed tmexxi lill-pajjiz minn zmien ghal zmien, u dan billi hemm htiega qawwija li l-Qorti tal-Familja tkun ferm aktar organizzata, ikun hemm kunsill ghal t’apposta li jara li t-tmexxija tal-Qorti tal-Familja qeghda ssir kif suppost billi bhalissa hemm lok ghal hafna abbuzi u dawn l-abbuzi intenzjonati jew le qeghdin isiru, hafna drabi bi zbalji fatali illi jigu affettwati c-cittadini ordinarji. Kif diga’ kelli l-opportunita’ intenni ma jistax ikun li jkollna zmien ta’ waqfien jew ta’ vaganza ghall-Qorti tal-Familja kif tidher li nghatat l-impressjoni li tul ix-xhur tas-Sajf jew tul il-perjodu tal-Milied u tal-Ghid, ikun hemm perjodu ta’ vaganza ghal min huwa inkarigat li jmexxi l-Qorti tal-Familja. Din hija xi haga hazina u qed thalli effett li huwa dizastruz bhal per ezempju Notizja li dehret fir-Registru tal-Qorti tal-Familja li kienet tghid li min ghandu l-intenzjoni li jsiefer tfal minuri fil-perjodu tax-xhur tas-Sajf, naturalment ghal dawk il-genituri li jkunu qeghdin fi proceduri ta’ Firda Legali bejniethom jew ta’ imsehbin li ma jkunux aktar ghadhom flimkien imma jkun hemm problema fuq l-ulied minuri, li dawn kellhom jaghmlu l-applikazzjoni taghhom sa jum partikolari f’Gunju per ezempju ta’ din is-sena. Din kienet decizjoni zbaljata, redikola u nazzarda nghid irresponsabbli, billi l-Qorti tal-Familja m’huwiex qieghed hemm biex jakkomoda l-esigenzi ta’ xi Gudikant, ta’ xi membri tal-istaff tar-Registru tal-Qorti tal-Familja, ta’ xi cirku ta’ nies li jiddeterminaw meta jkun hemm problemi matrimonjali jew bejn imsehbin jew le : il-Qorti huwa bhall-isptar, li jrid ikun hemm a disposizzjoni ta’ min irid juza l-facilitajiet tieghu erbgha w ghoxrin sena f’erbgha w ghoxrin sena nkluz is-Sibt u l-Hadd jekk ikun hemm bzonn. Naturalment dan ifisser illi l-Awtoritajiet Politici jridu jikkoordinaw mal-Awtoritajiet tal-amministrazzjoni ghall-Gustizzja fil-Qrati tal-Gustizzja taghna biex jaraw li jkun hemm programm koordinat illi dan ikun jista’ jsir. Ma jistax ikun u lanqas ma ghandu jkun li jkun hemm xi persuna partikolari li tirregola hi kif jimxu r-Rikorsi w il-Proceduri fil-Qorti tal-Familja : ebda persuna li hija membru tal-istaff amministrattiv ma ghandha tindahal jew tipprova tinfilza l-opinjoni jew l-influwenza taghha dwar kif Gudikant jiddetermina fuq Rikors imma ghandu jkun hemm staff illi lill-Gudikant izommu aggornat dwar l-izviluppi f’kull procedura li jkun hemm pendenti biex ma jkollniex per ezempju ripetizzjonijiet ta’ decizjonijiet zbaljati fejn kienet twaqqfet il-Medjazzjoni, il-kawza ma saritx fiz-zmien illi tesigi l-ligi (madwar xahrejn generalment), nel frattemp il-Qorti ovvjament bi zball tat Digriet fejn imponiet li manteniment kellu jaqbad u jinqata’ mis-salarju tar-ragel minn min kien qieghed ihaddmu. Meta r-ragel intebah b’dan (u r-ragel ma kienx effettivament notifikat b’dan imma kellu jqabbad lil min u jmur ifittxlu hu), min ihaddem lir-ragel qalulu li huma jkollhom jobdu d-Digriet tal-Qorti ghax hekk inghataw parir legali, li huwa parir korrett, pero’ d-Digriet tal-Qorti jrid ikun assoggjettat ghal makkinarju tar-revizjoni mmedjata jekk ikun il-kaz. Fl-ezempju li qeghdin insemmu, ir-ragel kien kostrett illi jaghmel Rikors lill-Qorti u flok il-Qorti li gharfet li sar zball qabdet u ddecidiet (kif fic-cirkostanzi kien ikun l-ahjar mod u l-aktar mod efficcjenti biex taghmel il-gustizzja), ordnat li tigi notifikata l-mara, li allura meta l-mara giet notifikata din evidentament inghatat parir illi fic-cirkostanzi terga’ tiftah Medjazzjoni ohra, u hekk ghamlet. Gara umbaghad zball fatali li din it-tieni Medjazzjoni ma kienetx notifikata lill-parti affettwata u cioe’ f’dan il-kaz lir-ragel, il-Medjazzjoni ssejhet, ma saritx verifika li r-ragel gie notifikat, u l-Medjatur qabad u gharraf lill-Qorti li ma kienx hemm qbil wara li kienu saru diversi tentattivi ta’ laqghat bejn il-koppja nvoluta, li naturalment minn dan kollu ma kien minnu xejn. ‘L ghada li l-Medjatur ghamel dan ir-rapport, il-Gudikant ta Digriet fejn awtorizza lill-mara biex tinizzja l-kawza, u hekk ghamlet il-mara li fethet kawza ibbazata fuq Medjazzjoni li lanqas biss kienet giet notifikata lir-ragel u allura dawn il-proceduri huma kollha nulli w invalidi. X’ha jfisser dan? Ifisser li r-ragel malli gie notifikat bic-Citazzjoni li tinsab appuntata ghall-bidu tas-sena 2010, ser jinhela hafna zmien apparti mill-ispejjez illi jsiru (billi n-nies professjonali f’dan il-qasam mhux sejrin joqoghdu jindagaw u jaghmlu l-investigazzjonijiet u s-sottomissjonijiet legali ghal xejn), u allura ser ikun hemm hafna hela ta’ zmien b’inkonvenjenza u strapazz lill-partijiet involuti, ‘il ghaliex dawn il-proceduri huma a dirittura nulli w invalidi : u hawn fejn qed jizbalja l-Qorti tal-Familja. Il-Qorti tal-Familja kif huwa strutturizzat ghandu skala bhal piramidi fejn fuq nett ta’ dak il-piramidu, hemm persuna li tidher li tiddetermina hi meta d-Dokumenti jghaddu ghand wiehed miz-zewg Gudikanti, kif jigu regolati certu proceduri ta’ kif isiru l-Medjazzjoni u min ghandu jkun l-Medjatur, u dan kif ghidt minghajr ma ssir ebda riflessjoni negattiva fuq il-persuna li ghandha dan l-inkarigu, dan jista’ jwassal ghal abhuz. Ezempju prattiku huwa illi jekk giet ipprezentata Medjazzjoni urgenti fix-xhur tas-Sajf, huwa zball redikolu illi tigi mahtura Medjattrici li kienet sejra tkun nieqsa minn Malta prattikament is-Sajf kollu li allura tfisser li qeghdin nirredikolaw l-istess regolamenti u proceduri li jkunu nholqu, fejn allura Medjazzjoni suppost illi tigi appuntata sitt ijiem, umbaghad hemm Avviz iehor li ma jaghmilx sens illi l-Medjatur irid jgharraf lill-Qorti meta jmorru l-Avukati jew ma jmorrux l-Avukati u meta jmorru l-partijiet jew ma jmorrux il-partijiet, meta l-enfasi tal-Qorti tal-Familja la huma l-Gudikanti, la huwa min qieghed jorkestra t-tmexxija amministrattiva tal-Qorti tal-Familja, la huma l-Avukati, imma huma l-partijiet involuti li aktar ma jiddewmu l-proceduri, aktar ser jinholoq certu tensjoni bejniethom, u forsi da parti tal-Istat ikun hemm aktar raguni valida illi dawn ilissnu meta nigu ghal skopijiet ta’ statistika li n-numru ta’ separazzjonijiet m’humiex jizdiedu, meta din hija gidba fejn deliberatament m’ahniex nghidu lill-poplu l-verita’ li fl-obbligu li ahna nghiduha. Ghaldaqstant certament il-Qorti tal-Familja ma nistghux nghidu illi miexja tajjeb u dan ma jfissirx illi qeghdin nindikaw subghajna lejn xi hadd partikolari jew li nikkritikaw lil xi hadd partikolari, imma huwa ovvju li m’hemmx dik is-simetrija ta’ koordinament u organizzazzjoni li hija mehtiega biex katina twila ta’ zbalji li taghmel l-amministrazzjoni ma jibqghux ibaghtuhom il-partijiet involuti, bhal nerga’ nirreferi ghal kaz partikolari fejn omm zghazugha li mhix mizzewga qeghda titlob ghal manteniment minghand il-missier tat-tifel li din l-omm zghazugha kellha, u hawn fejn hawn nuqqas ‘il ghaliex ghal gimghat shah dan il-kaz ma giex deciz minhabba li ma hemmx koordinament organizzat biex galadarba kaz jigi inizzjat, l-istess Qorti tal-Familja ssegwih hi halli jkun deciz mill-aktar fis possibbli. Hawnhekk ukoll irridu nxejnu ideja zbaljata dwar dik illi tissejjah Firda Legali Konsenswali, jew kif inhija maghrufa s-Separazzjoni Bonarja fejn mhux ghalkemm Medjatur jipprova jew tipprova jwassal lill-partijiet ghal Separazzjoni Bonarja minghajr ma jigi imfisser lill-partijiet bl-ghajnuna tal-Avukati taghhom id-diffikultajiet li jista’ jkun hemm f’certu ghazla ta’ qbil bejn il-partijiet. Per ezempju wahda mill-akbar problemi hija meta fil-Kuntratt ikun hemm imnizzel fejn ikun hemm tfal minuri illi l-partijiet genituri taghhom ghandhom jithallew fil-liberta’ dwar meta jkun hemm l-access ghall-ulied minuri, imbasta jkun hemm qbil bejn il-partijiet. Fid-deher din tidher konkluzjoni sabiha, imma fil-prattika tista’ tohloq hafna diffikultajiet u twassal ukoll ghal abbuz minn xi hadd mill-genituri ‘il ghaliex il-verita’ hi illi biex ikun hemm ftehim, irid ikun hemm qbil bejn il-partijiet. Allura x’jigri jekk ma jkunx hemm qbil bejn il-partijiet u fil-Kuntratt minn dan kollu ma jkun imnizzel xejn? : Jigri li l-partijiet ikunu jridu joqoghdu jaghmlu applikazzjoni ohra ghal Medjazzjoni, jew jekk ikun hemm Kuntratt diga’ ffirmat, iridu xorta wahda jifthu l-proceduri tal-Medjazzjoni bi problemi kbar ghaliex jekk wahda tikkontendi li la issa l-Kuntratt huwa ffirmat, biex jaqa’ l-Kuntratt wiehed irid jaghmel kawza normali biex jipprova jwaqqa’ Kuntratt u skond ir-ragunijiet li Kuntratt jista’ jitwaqqa’ b’kawza skond ma jghid il-Kodici Civili tal-Ligijiet ta’ Malta, allura nkunu dahhalna lill-genituri fi problemi ghal xejn meta bi ftit enfasi u spjegazzjoni, dan seta’ gie imfisser lilhom din il-konsegwenza jekk huma ghazlu li fil-Kuntratt inizzlu biss illi access ghall-ulied minuri huwa hieles imbasta jkun hemm qbil bejn il-partijiet, u fejn allura ghandna kaz li dak illi jidher ferm civilizzat ghall-ghajnejn, fil-prattika jispicca biex johloq hafna problemi ghal xejn. Allura koordinament li zgur ghandu jsir huwa illi jekk per ezempju dahlet Medjazzjoni fix-xhur tas-Sajf, huwa redikolu li min qed imexxi r-Registru jghid imma dan il-Medjatur jew din il-Medjattrici jmissha skond it-turn, u jkun ben maghruf li dan il-Medjatur jew din il-Medjattrici ha tkun imsiefra jew mhux ghad-disposizzjoni tar-Registru tal-Qorti tal-Familja per ezempju sa Ottubru minn Gunju jew Lulju ta’ dik is-sena partikolari : ghaldaqstant irid ikun hemm arrangament biex il-Medjatur jew Medjattrici li tkun a disposizzjoni tal-Qorti fix-xhur tas-Sajf, jinghazel jew tinghazel dak il-Medjatur galadarba l-ligi taghna timponi (u hafna ma jaqblux ma’ din is-sistema) illi l-ewwel procedura ghal dawk li huma proceduri li ghandhom x’jaqsmu mal-Qorti tal-Familja trid tkun bilfors Applikazzjoni biex jinhatar Medjatur : allura qeghdin noholqu ingustizzja kbira illi ma qeghda tkun ta’ valur u vantagg xejn ghall-applikanti infushom! X’inhuwa l-iskop li wara snin nittitubaw jekk inwaqqfux Qorti tal-Familja jew le, fl-ahhar kien hemm almenu qbil mal-Awtoritajiet politikament kompetenti fil-pajjiz li jitwaqqaf Qorti tal-Familja? Kien hemm qbil ‘il ghaliex l-Awtoritajiet Politici tal-pajjiz intebhu li dak li nies bhali konna qeghdin nghidu f’kitbietna u fuq il-mezzi tax-xandir, minkejja l-kurrenti kontra ta’ min ma jahmilx li l-verita’ tohrog fil-berah, u ghandna Istituzzjonijiet shah fil-pajjiz taghna illi jridu li tinstema’ biss il-kelma taghhom u ta’ haddiehor johonquha, imma fl-ahhar gie deciz li jkollna bini li jkunu iddedikat bhala Qorti tal-Familja li hija Qorti specjalizzata u li jrid ikollha fiha nies mhux biss kompetenti imma ddedikati bi staff li jkun jista’ jghinhom proprju biex diffikultajiet bejn il-mizzewgin jew diffikultajiet f’dik li tissejjah fl-Unjoni Ewropeja l-Familja Pluralistika wiehed ikun jista’ jirregola dawn id-diffikultajiet tal-koppji nvoluti mill-aktar fis possibbli bl-anqas tbaghtija ghat-tfal minuri jekk ikun il-kaz, avolja sfortunatament anka tfal li legalment ma jkunx ghadhom minuri imma jkunu qabzu t-tmintax –il sena jhossu l-iskomfort tal-familja taghhom meta din tibda titfarrak. Kif wiehed qed jara dan m’ghandu x’jaqsam xejn mad-Divorzju kif xi Istituzzjonijiet u Individwi jippruvaw ibieghuh lin-nies, billi d-Divorzju jidhol biss meta diga’ kull rimedju li z-zwieg jigi salvat ikun sfuma fix-xejn, u allura hija krudelta’ ghal min joqghod jargumenta li min irid id-Divorzju, imissu jew imissha ma zzewgu qatt : argument banali billi hadd ma jizzewweg biex jiddivorzja imma jekk iz-zwieg ma jirnexxiex ghal xi raguni jew ohra, ghandu jkun hemm ir-rimedju tad-Divorzju. L-istess hadd ma jiehu pjacir imur l-isptar ghal xi kirurgija serjissima u lanqas prattikament ghal xi kirurgija minimilissima, imma kollha nafu bhala bnedmin illi difficli biex nghixu l-hajja ta’ bnedmin u jekk mhux illum imma ghada u jekk mhux ghada pitghada, ma jkollniex bzonn nirrikorru ghal tabib u xi kultant ghall-isptar ukoll! Diga’ ghidt illi li jkollok Qorti tal-Familja bazikament intiz biex jiehu hsieb il-kawzi tal-Firda Legali hija diga’ xi haga antikwata u llum diga’ ghandna decizjoni mportanti mill-Qorti Suprem fil-Germanja li din il-Qorti ddecidiet li ma jistax ikollok Membru Stat tal-Unjoni Ewropeja jekk ma jaccettax il-fatt baziku u jassodah bil-ligijiet tieghu illi d-Divorzju huwa xi haga integrali fil-hajja ta’ kull persuna mizzewga : u l-argumenti li noqoghdu ndahhlu xi religjon partikolari jew xi twemmin jew noqoghdu naghmlu kwotazzjonijiet bibblici li anka kif fisser tant tajjeb habib tieghi li huwa sacerdot meta dan tenna illi l-kuncett taz-zwieg fi zmien per ezempju Kristu jew fil-parametri bibblici ma ghandu x’jaqsam xejn mal-evoluzzjoni tat-tifsira u l-implimentazzjoni taz-zwieg fi zminijiet li gew ferm wara. Il-Qorti tal-Familja trid tkun mibnija biex ma jkunx hemm hela ta’ zmien procedurali imma lanqas ma jrid ikun hemm possibilitajiet li xi hadd fin-nisga tal-amministrazzjoni tal-gustizzja tipprova tabbuza bhal per ezempju t-tkeccija ta’ ragel mid-Dar Konjugali, aktar u aktar jekk dik id-dar tkun proprjeta’ parafernali tieghu u dan meta ma jkunx hemm ragunijiet serjissimi bhal ma nghidu ahna ragunijiet ta’ Vjolenza Domestika. Il-Qorti ghandha obbligu specjali fil-kaz li xi parti bejn mizzewgin titlob l-allontanament nghidulha jew aktar cara t-tkeccija mid-Dar Konjugali ta’ wiehed mill-mizzewgin. Tistghu tifhmu l-umiljazzjoni li wiehed ihoss li jkun il-proprjetarju tad-dar hu, li jkun fiha dahhal lil martu u hemmhekk bena l-familja tieghu, u jsir lilu nnifsu mkecci minn go daru mill-Qorti ghax tkun hekk ghamlet talba l-mara tieghu. Il-ligi taghmilha cara li f’kazijiet bhal dawn, il-Qorti trid tisma’ l-provi hi stess, fl-Awla u jekk tittiehed decizjoni trid tittiehed f’Awla, biex il-parti involut jkollu d-dritt baziku li jista’ jappella u anka jekk hemm bzonn li jitlob referenza ghall-Qorti tal-Gustizzja fil-Lussumburgu. Il-verita’ hi li ghandna decizjonijiet fejn irgiel proprjetarji parafernali tal-proprjeta’ taghhom li umbaghad saret id-Dar Konjugali, tkeccew minn go darhom permezz ta’ Digriet li l-Qorti tat privatament fil-kamra taghha, minghajr ebda possibilita’ ta’ appell, u fejn il-persuni koncernati kellhom jirrikorru ghall-Qorti Kostituzzjonali : din zgur mhux kif il-Qorti tal-Familja ghandha tithaddem billi bniedem jidhol biex jipprova jirrikoncilja z-zwieg tieghu u jekk jara li dan mhux possibbli, il-Qorti tghinu biex jasal ghall-Firda b’gustizzja ghaz-zewg nahat, jispiccaw il-partijiet involuti li jigu f’livell ta’ kriminalita’, ikunu qeghdin jahdmu jittiehdilhom is-salarju mill-pagi taghhom, jigu mcahhdin minn uliedhom, obbligati li jhallsu l-manteniment inkella jintbaghtu l-habs, u anka jitkeccew minn go darhom : nerga’ nirrepeti din zgur mhux il-vizjoni ta’ kif ghandu jithaddem Qorti tal-Familja, fejn allura f’cirkostanzi bhal dawn aktar tkun tixbah Qorti Inkwizitorjali milli Qorti ta’ Gustizzja biex tara illi dak li ma kienx possibbli biex isalva dan iz-zwieg, almenu l-partijiet involuti w uliedhom ma jispiccawx ikkuluriti qishom saru kriminali u b’pika u mibeghda ma taqta’ xejn b’mod illi lil xi hadd din l-esperjenza li z-zwieg tieghu jew taghha jkunu tfarrku tispicca veru fi tragedja personali! Irrid naghmilha cara li jiena nemmen bi shih f’din l-Istituzzjoni tal-Qorti tal-Familja u li dejjem shaqt fuqha tul it-tlieta u tletin sena kwazi li ilni niprattika ta’ Avukat. Iva meta nxebbah is-sitwazzjoni kif beda dak li kellu jinbed bhala Qorti tal-Familja bla dubju ta’ xejn is-sitwazzjoni hija ferm differenti meta dawn it-tip ta’ proceduri kienu jibdew f’kamra fil-Bini Ewlieni tal-Qrati tal-Gustizzja taghna, b’kuritur dejjaq biswit mizghud bin-nies, b’mod illi apparti mit-tensjoni u l-frustrazzjoni li kien ikun hemm, wiehed tabilhaqq anka jekk bir-rispett kien isejjahlu dak iz-zmien is-Suq tal-Baqar minhabba t-tegwigija w in-nuqqas ta’ koordinament li kien ikun hemm, minkejja li l-isforzi kbar ejja nghiduha tal-istaff li kienu jaghmlu hilithom biex jakkomodaw is-sitwazzjonijiet illi inevitabilment relazzjonijiet li jkunu tqarrsu bejn il-mizzewgin jinvolvu. Biss meta tqies illi formalment fis-sena 2003, nhar is-16 ta’ Dicembru l-Onorevoli Tonio Borg li dak iz-zmien kien Ministru ghall-Gustizzja w ghall-Affarijiet Interni inawgura l-Bini tal-Qorti tal-Familja, kien mistenni li fi kwazi sitt snin dan il-Qorti jiehu bixra tabilhaqq professjonali, u din il-bixra ghadu ma hadhiex. Per ezempju m’hemmx fid-dehra ta’ hafna koordinament serju bejn it-Taqsima tal-Medjazzjoni u l-Gudikanti, m’hemmx Gudikanti bizzejjed billi effettivament hemm zewg Imhallfin li formalment huma assenjati ghall-Qorti tal-Familja u minn dawn Imhallef wiehed trid tlahhaq ma’ kawzi u proceduri ohra tal-Qorti tal-Familja u ma’ xoghol iehor ta’ kawzi li m’ghandhomx x’jaqsmu u li jinstemghu anka f’Bini differenti b’mod illi l-Imhallef partikolari m’hijiex iffukata biss fuq il-hidma konnessa mal-Qorti tal-Familja. Il-Gudikanti fil-Qorti tal-Familja ma jistghux jahdmu izolati minn xulxin ‘il ghaliex qed ikollna kazijiet fejn litteralment kaz jibdieh Imhallef partikolari, umbaghad jinqaleb fi stadju partikolari ghal Imhallef iehor, u dan ma jaghmilx sens, bhall-kaz illi semmejt fejn kellna kontestazzjoni li Digriet illi nghata ma kienx validu skond il-ligi w ghalhekk null u mhux enforzabbli skond l-istess ligi, u meta dawn il-proceduri kienu qeghdin jigu evalwati quddiem Gudikant partikolari biex titteiehed Decizjoni dwar zball amministrattiv ikrah u ngust illi kien sar, flok is-sitwazzjoni giet irrimedjata biex wiehed jara kif ingustizzja li nholqot tigi kkontrollata u jekk sar zball amministrattiv ma noqoghdux nisthu, u l-affari tigi kkjarifikata billi l-Atti jigu dikjarati nulli, ghaxxaqniha aktar billi l-kaz intbaghat quddiem il-Gudikant l-iehor, li din tat Digriet fejn qisu issanat kollox u wahda mill-persuni nvoluti spiccat ivvittimizzata! Wiehed jiddejjaq jghid dawn l-affarijiet imma anka jibda jidhol dak is-serp velenuz ta’ dubju jekk kollox huwiex ezatt kif qed jidher, jekk kollox huwiex qieghed isir ghax hekk zviluppaw l-affarijiet, jew hemmx xi id li tista’ qeghda tipprova tinfluwenza l-andament ta’ xi proceduri naha fil-konfront ta’ naha ohra : Alla hares dan huwa l-kaz, Alla hares dan jirrizulta li huwa l-kaz, u nemmen bis-shih li m’huwiex il-kaz, imma rridu neliminaw kull suspett, kull dubju, li jista’ jkun certu proceduri qeghdin jigu decizi b’mod anormali fid-dawl ta’ certu konkluzjonijiet li jinghataw, fid-dawl ta’ certu dewmien illi jkun hemm bejn prezentata ta’ Rikors u Decizjoni dwaru fejn sadanittant in-naha l-ohra taghmel Rikors iehor u jkollha d-Decizjonijiet fuq dak ir-Rikors li jinnewtralizzaw it-Talbiet tan-naha l-ohra : u allura hemm dan in-nuqqas ta’ trasparenza li tant huwa mehtieg fir-rigward ta’ dawn il-proceduri hekk delikati u fejn bazikament trid tinzamm quddiem ghajnejn l-emenda kbira li kienet saret f’dik li ahna nghidu l-Ligi tal-Familja fl-1993, fejn mill-1 ta’ Dicembru, 1993 tant kien sar ftahir li kienet giet aggornata l-Ligi tal-Familja fejn l-interessi, id-drittijiet u l-obbligi ta’ bejn il-mizzewgin ingabu fuq l-istess livell f’ghajnejn il-ligi, pero’ fil-prattika ghad hemm hafna nuqqasijiet fejn l-irgiel jghidu li l-andament tal-proceduri imorru aktar favur in-nisa u fejn in-nisa jghidu wkoll li l-andament tal-proceduri imorru aktar favur l-irgiel, u ninsew l-aktar haga importanti li l-proceduri fi hdan il-Qorti tal-Familja ghandhom ikunu nisga ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn numru ta’ nies dedikati u esperti, fejn ikun hemm il-facilita’ li dawn in-nies jikkonsultaw u jgharblu l-fatti u kaz ma’ xulxin, fejn hemm il-htiega ta’ impenn assolut biex zgur jimxi ahjar il-Qorti tal-Familja billi wara kollox qeghdin nitkellmu fuq entitajiet individwali, entitajiet li fihom infushom jiffurmaw kull wiehed minnhom ambjent ta’ demokrazija zghira, fejn kull naha tista’ tkun serjament imwegga’ minhabba ingustizzji li saru maghha u l-istess tghid il-kontro-parti tal-istess entita’ apparti mill-htigijiet tal-ulied illi jkun hemm : zid ma’ dawn ir-realta’ tas-socjeta’ Maltija moderna, fejn ghandna tfal illi dejjem qed jizdiedu fit-twelid barra dik l-unjoni li tissejjah zwieg, fejn qed ikollna tfal li qeghdin jizdiedu minn relazzjonijiet bejn naha tal-genitur ikollha certu eta’ u n-naha l-ohra jkollha eta’ ferm izghar, fejn ghandna kulturi differenti u cioe’ m’ahniex nitkellmu biss dwar valuri jew kuncetti partikolari kif ahna mdorrijin hawn Malta imma qeghdin nitkellmu f’nisga ta’ nies li jahsbuha u jharsu u jikkonkludu differenti fuq l-istess haga, u dan jihtieg Qorit tal-Familja li mhux biss tigi dejjem aggornata, li mhux biss tkun professjonali fl-andament taghha, trasparenti pero’ b’mod illi l-affarijiet ikunu koordinati, u dan ifisser grupp anzi nsejjahlu tim strategiku ta’ nies li qeghdin hemm biex iservu l-htigijiet ta’ dawk li veru jkollhom bzonn l-objettivi li ghalih suppost twaqqaf il-Qorti tal-Familja! Hawnhekk nixtieq nghid kelma dwar l-Assistenti Gudizzjarji assenjati mal-Qorti tal-Familja li naturalment meta jiena qieghed nikteb din is-serje ta’ Artikoli dwar il-Qorti tal-Familja, m’ghandi intenzjoni li nwegga’ lil hadd imma rrid nghid ir-realta’ ta’ dak li tabilhaqq qieghed isehh : jidher il-Qorti tal-Familja mhix qeghda tutilizza l-Assistenti Gudizzjarji ghar-rwol li suppost inholqu ghalih, u cioe’ li jghinu lill-Gudikant, u tghin lill-Gudikant ma jfissirx illi l-Qorti f’mument minnhom titlaq il-kawza minn taht idejha biex tassenjha f’idejn Avukat iehor li jkun impjegat bhala Assistent Gudizzjarju, billi nkunu qeghdin nikkumplikaw flok intaffu sitwazzjonijiet potenzjalment mimlija tensjoni. Il-Gudikanti u ghalhekk ghidt illi zewg Gudikanti biss m’humiex bizzejjed, aktar u aktar meta wiehed minn dawn il-Gudikanti qed taghmel xoghol f’bixra ta’ kawzi ohra fil-Bini l-iehor tal-Qrati tal-Gustizzja, u l-ufficcju ta’ dan il-Gudikant qieghed f’Bini waqt li d-dmir tal-Gudikant fil-Qorti tal-Familja jrid isir f’Bini iehor (dana kjarament huwa nuqqas amministrattiv illi jrid jigi rrimedjat ghall-kumdita’ u l-konvenjenza tan-nies li ghandhom htiega tal-uzu tal-Qorti tal-Familja), billi diga’ ghidt li l-Qorti tal-Familja m’hijiex qeghda hemm biex takkomoda nies li jridu jahdmu u jmexxu l-Qorti tal-Familja, imma qeghda hemm biex takkomoda n-nies li jkollhom htiega, u imminenza ta’ decizjonijiet mill-istess Qorti tal-Familja. Allura l-Assistenti Gudizzjarji suppost ikollhom il-funzjoni li l-Gudikant ikollu staff professjonali illi jtih n-nisga ta’ kif kaz jimbed fir-Registru tal-Qorti tal-Familja u kif qed jigi segwit, li l-Gudikant jaghmel il-prioritajiet mehtiega f’dak il-kaz partikolari umbaghad f’lista ta’ kazijiet veru qosra, bl-ghajnuna tal-Assistent Gudizzjarju, naturalment mghejjun mill-Avukati tal-partijiet, certu hidma tigi sottolineata f’kull kaz illi galadarba din tigi identifikata, progress enfatiku isir fuqha biex kaz ifittex jintemm, u mhux gieli jkollok Rikorsi li jdumu jkaxkru sakemm jigu notifikati, sakemm tidhol ir-Risposta, sakemm ikollok decizjonijiet, gieli jinghataw decizjonijiet in camera, li l-parti interessati trid tmur toqghod tigri u tistaqsi kull darba jekk ikunx hemm xi decizjoni dwar Rikors partikolari, u certament hija sitwazzjoni li thalli n-nies li ghandhom htiega ghall-uzu tal-Qorti tal-Familja f’insigurta’ w incertezza kbira li certament dana mhux sewwa, dan huwa ingust, dan irid jigi rrimedjat! Il-Qorti tal-Familja li forsi wkoll wasal iz-zmien li nibdlulha isimha u nindikawha bhala t-Tribunal tal-Familja jew l-Istituzzjoni Legali tal-Familja biex innafrulha r-referenza w it-tifsira ghal implikazzjoni fl-imhuh tan-nies tal-kelma tal-uzu u t-tifsira tal-kelma Qorti, din il-Qorti trid tkun Qorti umana imma inkwadrata b’Dixxiplina Trasparenti, Dixxiplina Trasparenti li ma tezistix fl-istruttura attwali tal-Qorti tal-Familja taghna ‘il ghaliex hafna decizjonijiet jittiehdu minghajr ma naha jew ohra fil-persuni implikati ma jkollhom b’mod trasparenti deciz quddiemhom dak illi umbaghad jiskopru fir-Registru tal-Qorti tal-Familja li jkun gie deciz. Din l-umanita’ u l-kompassjoni inkwadrata fid-dixxiplina legali trid tkun orkestrata mill-Gudikant li jkun qieghed jippresjedi fuq dik il-kawza assistit b’taghrif aggornat mill-istaff amministrattiv li jkollu l-Gudikant b’koordinazzjoni mal-Avukati tal-partijiet biex jekk ikun hemm xi decizjoni iebsa li ha tittiehed, il-partijiet ikollhom hjiel ghal din id-decizjoni u jkollhom ir-rimedji prattici u legali kif jekk ikun il-kaz sejrin isibu alternattivi fid-dawl tad-decizjoni jew inkella rikorsi ghal appelli minn din id-decizjoni : dan huwa l-kaz fejn persuna issib lilha nfisha imkeccija mid-Dar Konjugali fejn huwa a dirittura inuman li persuna ssib lilha nfisha mkeccija minn darha meta ma jkunx hemm ragunijiet trasparenti ghala dan ikun sar u allura jibdew jinhmew hafna suspetti u dubji fl-Avukati, fil-Gudikant, fl-istaff amministrattiv tal-Qorti, u wiehed jibda jgharrex jekk jistax ikun li gew ukoll ikkunsidrati jekk l-involviment ta’ certu nies kellu x’jaqsam ma’ dik id-decizjoni aktar milli ragunar u logika legali bbazati fuq fatti sostanzjati : kliem difficli dan ghax huwa perikoluz li tnisslu, imma dak hu li jghaddi mill-imhuh tan-nies u allura hawn aktar u aktar wiehed irid joqghod attent li l-Qorti tal-Familja tkun umana u kompassjonata imma inkwadrata f’dixxiplina skond il-ligi u bbazata fuq fatti sostanzjati. Irridu naraw li jinqata’ l-abbuz illi jekk xi parti mill-mizzewgin jew minn imsehbin imma li jkunu per ezempju xtraw id-dar fejn qed joqoghdu flimkien (drawwa li qed issehh pero’ fejn il-Kuntratti li jsiru tant ikunu neqsin minn certu dettalji u provizjonijiet fuq l-iskuza li ma rridux ikollna Dokumenti twal u li jtuna hafna strapazz biex naqraw, u allura naghmlu Kuntratti li jkunu frivoli tista’ tghid u allura jinqalghu hafna diffikultajiet legali umbaghad li dak li wiehed jifranka meta jkun dahal ghall-Kuntratt inizzjalment irid jonfoq it-triplu jekk mhux erba’ darbiet aktar biex umbaghad wiehed jipprova jirrimedja n-nuqqasijiet li jkunu sehhew fil-binja tal-ewwel Kuntratt) u allura m’huwiex facli li taqbad u tirreferi ghal Istituzzjoni bhal ma hija l-Qorti tal-Familja li bil-kliem malajr tirreferi ghaliha, imma fl-implikazzjonijiet komplikati, sensittivi taghha hemm hafna tidwir u kumplikazzjonijiet li l-Qorti tal-Familja taghna ghadha lanqas biss bdiet tahseb kif ha tirrimedja ghalihom f’socjeta’ lokali li diga’ saret hafna komplessa mhux biss minhabba l-pluralizmu u l-kosmopolitanizmu, imma anka minhabba l-fatt illi l-bixra u l-andament ta’ kif inhi mibnija s-socjeta’ Maltija taghna fi zminijietna hija ferm u ferm differenti anka f’medda ta’ dawn l-ahhar kwart ta’ seklu : il-poplu Malti jghix stil ta’ hajja li m’huwiex l-istil formalment ippromogat mill-politici taghna jew mill-mexxejja ta’ Istituzzjonijiet ta’ natura religjuza, hemm dikotomija cara bejn dak li nghidu u dak li hu, kif wara kollox perswaz li jafu l-qarrejja kollha ta’ dan il-gurnal. Ma nistghux ma nsemmux f’din il-katina ta’ Artikoli l-kuncett tal-Vjolenza Domestika li m’hijiex xi stat ta’ fatt attribwibbli biss lil generu ta’ naha jew ohra mill-ispektrum tal-hajja mizzewga. Il-Vjolenza Domestika hija xi haga li tinbena biz-zmien fejn naha tista’ tkun inkejjuza u provokanti u n-naha l-ohra fl-ahhar jitlghulha u twettaq xi att illi fl-ghajnejn tan-nies u fl-ghajnejn tal-ligi jista’ jkun dak l-att li jidher ikrah u jaqla’ l-istmerrija tas-socjeta’, imma l-verita’ generalment tkun li l-Vjolenza Domestika tinbena b’katina ta’ incidenti bejn koppja li xi darba anka meta l-anqas mistennija tizbroffa bil-kbir u bl-ikrah, kif naraw ukoll fis-socjeta’ taghna minn zmien ghal zmien. Din hija raguni ohra ghala l-Qorti tal-Familja trid tkun organizzata ‘il ghaliex diversi drabi n-nuqqas ta’ din l-organizzazzjoni, twassal lil xi hadd mill-partijiet kontendenti fi proceduri quddiem il-Qorti tal-Familja li tibda jew jibda jissuspetta li l-affarijiet sejrin jiehdu liwja li tmur kontra l-interessi tieghu jew taghha, u allura din tinfexx f’livelli differenti ta’ Vjolenza Domestika. Aspett iehor li ma nistghux ma nikkunsidrawx huwa d-drawwa li qeghda dejjem tizdied fejn naha jew ohra mill-partijiet jaqbdu u jabbandunaw id-Dar Konjugali u jmorru jghixu x’imkien iehor u jipretendu li n-naha l-ohra li ser tkun giet imnezza’ minghajr ebda awtorizzazzjoni legali minn drittijiet u l-aspettattivi taghha tal-hajja mizzewga per ezempju, issib lilha nfisha obbligata li thallas manteniment meta din l-imposizzjoni legali tkun giet minghajr biss ma l-Qorti tkun semghet la naha u lanqas ohra dwar x’ezatt gara : umbaghad noqoghdu niktbu fuq il-valuri taz-zwieg fejn x’valur jista’ jkollu zwieg jekk naha jew ohra x’hin tiddeciedi, taqbad u titlaq mid-Dar Konjugali taht skuza jew ohra, taht raguni jew ohra li whud minnhom jistghu ma jkunu validi xejn imma sempliciment kapricc ghax wiehed jew wahda tkun xebghet, u allura jsiru proceduri kontra n-naha l-ohra fejn in-naha l-ohra tigi kkastigata u ma jkun hemm lanqas farka ta’ smiegh quddiem xi Gudikant biex jigi determinat li jekk ser tittiehed xi decizjoni din tkun saret bil-gustizzja. Dawn umbaghad iwasslu ghal abbuzi ta’ Mandati ta’ Sekwestru, Mandati ta’ Inibizzjoni, Mandati ta’ Qbid, u nirringrazzjaw lil Alla li wara glied intensa li konna ghamilna fis-snin tmeninjiet u disghinijiet fl-1 ta’ Ottubru tas-sena 1995 kien tnehha dak il-Mandat li tant kien isir abbuz minnu u cioe’ l-Mandat ta’ Impediment tal-Partenza. Ma nistghux ma nsemmux dawn il-punti kollha li fihom infushom jistghu jifthu din il-katina ta’ Artikoli ghal katina ta’ Artikoli ohra fuq diversi temi li direttament u / jew indirettament ikunu abbinati intimament mal-funzjoni jew in-nuqqas taghha ta’ din il-Qorti tal-Familja. Ma jistax ikun li nies li b’urgenza jintavolaw Applikazzjoni ghall-Medjazzjoni biex il-problema taghhom tigi meqjusa bl-urgenza li inevitabilment kull kaz fih u xahar wara li jaghmlu l-Applikazzjoni, u aktar gieli, ma jkunux ghadhom ircevew ebda informazzjoni mir-Registru tal-Qorti tal-Familja ghal meta l-Medjazzjoni tkun giet appuntata u allura diga’ qeghdin niksru r-regola li suppost fi zmien sitt ijiem minn mindu ssir Applikazzjoni ghal Medjazzjoni, il-proceduri jkunu gia gew appuntati u notifikati, u jitqeghdu f’qaghdiet ferm imbarazzanti l-Avukati li jkunu ghamlu l-Applikazzjoni fl-interess tal-klijent jew klijenta jew klijenti taghhom, u jkunu qalulhom li suppost fi zmien immedjat ghandhom jircievu Avviz mir-Registru tal-Qorti tal-Familja dwar il-Medjazzjoni taghhom, u jibdew icemplu regolarment lill-Avukati tal-Fiducja taghhom u jistaqsuhom kif huma wara li ghaddew tliet gimghat, erba’ gimghat, hames gimghat u gieli aktar ghadhom ma rcevew xejn. Huwa dan li jiena bl-akbar rispett qieghed nishaq fuqu li m’hemmx koordinazzjoni kif titmexxa l-Qorti tal-Familja billi l-ewwel lok m’ghandha qatt tigi assenjata Medjazzjoni lil xi Medjatur li ghal ragunijiet tieghu jew taghha ikunu neqsin mill-Qorti tal-Familja ghal zmien konsiderevoli twil, li m’ghandux ikun hemm qies ta’ xi vaganzi fejn tidhol il-Qorti tal-Familja billi bhal sptar dan huwa erbgha w ghoxrin siegha f’erbgha w ghoxrin siegha li ghandu jkun hemm servizz lest biex jaqdi lin-nies illi jkunu nvoluti fi problemi intimi u personali, u fit-tielet lok irid ikun hemm koordinazzjoni biex min qieghed inkarigat mit-taqsima li ghandha x’taqsam mal-Medjazzjoni, jara jew tara il-progress ta’ kull Medjazzjoni fejn ikun, mhux iridu jmorru n-nies joqoghdu jistaqsu ghala huma ghadhom ma rcevew xejn jew joqoghdu jcemplu b’ritmu regolari lill-Avukati taghhom u jsaqsuhom ghala huma ghadhom ma rcevew xejn imma semghu li haddiehor li ‘l ghada jew jumejn wara li saret l-Applikazzjoni tal-Medjazzjoni kienu diga’ gew notifikati! Din hija dehra li ma hija professjonali xejn u ma tlumhomx in-nies illi jissuspettaw li xi haga mhux tiffunzjona tajjeb qeghda tigri fil-vini ta’ kif suppost ghandu jiccirkola x-xoghol fil-Qorti tal-Familja! Il-lista tibqa’ ma tieqaf qatt u bl-istess mod jiena nista’ ma nieqaf qatt naghmel partijiet illi jsegwu ghal din is-serje ta’ Artikoli dwar il-Qorti tal-Familja, imma ddecidejt illi nwaqqaf din il-katina ta’ Artikoli biex issa bil-koperazzjoni tal-editur ta’ dan il-gurnal, nibda niktbilkom serje ta’ Artikoli aktar specjalizzati fuq aspetti partikolari u li wkoll direttament u / jew indirettament jaffettwaw il-Qorti tal-Familja. |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| Copyright
© www.emmybezzina.org | Terms
of Use |
|
|||||||||||