|
|
|
|
|
|
|
||||||
| |
|
|
||||||||||
![]() |
|
|
|
|||||||||
|
|
|||||||||||
| |
||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||
Illum sejrin nitkellmu dwar realta’ li kellha tinholoq fil-Qorti tal-Familja minhabba li ma kienx qed ikun dicenti biex nuzaw din il-kelma b’mod meqjus hafna li problemi ta’ bejn il-mizzewgin jew problemi ta’ bejn koppja li ghad illi ma jkunux mizzewga jkollhom it-tfal bejniethom, li dawn is-sitwazzjonijiet jigu migjuba quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta’ Gudikatura Kriminali biex nisa mizzewgin u ommijiet mizzewgin jew ommijiet mhux mizzewgin u l-irgiel mizzewgin jew l-irgiel mhux mizzewgin imma li wkoll ikunu missirijiet joqoghdu jpercu r-realtajiet hafna drabi ta’ qsim il-qalb li jkun hemm pendenti bejniethom. Nixtiequ niehdu sitwazzjoni ta’ omm partikolari li hija mizzewga imma legalment mifruda u li ghandha erbat itfal x’tiehu hsieb. Nixtieq niccita minn silta li din il-mara kienet tenniet dwar kif hija qeghda tghix fic-cirkostanzi ta’ Malta tallum : “Jiena qed nghix struggling hafna, qeghda nghix bir-relief jigifieri u relief kull ma ghandi erba’ mija u hamsa w ghoxrin Ewro fix-xahar, jigifieri b’dawn jiena rrid nghajjex tliet itfal u l-kbira, erbat itfal. I am struggling hafna. Jiena b’dan il-ftit la nista’ nixtri naqra frott ghat-tfal, very struggling. “Dawn l-erba’ mija u hamsa w ghoxrin Ewro fix-xahar huma assistenza socjali, u jinkludu c-childrens allowances. Jiena qed nghix billi niggebbed minn kullimkien. Tinsiex li jiena rrid inhallas id-dawl u l-ilma, it-tfal il-kollu jinhaslu jigifieri, issa gejjin l-iskejjel, tobba. Jien jekk ikolli bzonn tabib nipprova ninqeda jew mill-poliklinika. Jiena ghalija personali m’ghandix assistenza mill-Istat. Kull ma ghandi huma dawn l-erba’ mija u hamsa w ghoxrin Ewro li rridu nghaddu bihom l-erba’ uliedi u jiena......” Meta tara l-ghajnejn ta’ din il-mara f’nofs is-snin tletinijat taghha iharsu lejk bl-ghadam ta’ wiccha juru bic-car mhux programm ta’ dieta li qeghda taghmel imma s-sagrificcji tat-tbaghtija biex tkun tista’ tghajjex lil uliedha u maghhom tghix hi (u din il-mara ghandha tlett itfal mir-ragel li zzewget u wild iehor minn relazzjoni ta’ qabel : li jfisser b’kollox erbat itfal minuri bejn l-etajiet ta’ tnax –il sena u sentejn u nofs), thoss taghfisa ta’ qalb professjonalment ‘il ghaliex ma hemmx dik l-istruttura ta’ ghajnuna koordinata imma mmedjata, professjonali imma salvagwardata biex il-makkinarju tal-Istat fin-nisga ta’ kif jithaddmu dawn ir-realtajiet fis-socjeta’ taghna hija ghal kollox inadekwata u xejn umanitarja meta wiehed jara d-dimensjoni tal-problema socjali kbira li ghandu pajjizna! Ahna nippruvaw socjalment insoddu toqba imma umbaghad inhallu kwantitajiet ta’ toqob ohra miftuhin u hekk gara f’dak illi ahna nirreferu ghalih bhala l-Qorti Kriminali tal-Familja! Meta Avukat jigi wicc imb’wicc ma’ sitwazzjoni bhal din kif hawn fuq fil-qosor imfissra, fejn ghandek mara mizzewga li kellha erbat itfal, l-ewwel wild minn relazzjoni ta’ qabel u tliet itfal ohra minn ragel li zzewget u fejn dan iz-zwieg ma rnexxiex u fil-kaz in ezami il-koppja kienu nfirdu legalment biex ifittxu “jehilsu” minn xulxin, u fejn il-mara allura accettat li ghaliha nnifisha hi ma tiehu ebda forma ta’ manteniment imma kien hemm manteniment miftiehem dwar tlieta mill-erbat itfal minuri, u cioe’ t-tliet itfal mir-ragel li kienet izzewget, x’taghmel mara bhal din illi bi tliet itfal zghar ta’ etajiet ta’ tliet snin, erba’ snin u sitt snin, u wild iehor minuri ta’ tnax –il sena? : mara bhal din la tista’ tmur tahdme, l-assistenza socjali li tiehu kemm tghaddi ‘il ghaliex fil-kaz in ezami l-Istat qed jghaddilha l-ammont ta’ erba’ mitt Ewro fix-xahar li kif nafu lkoll kemm ahna b’erba’ mitt Ewro fix-xahar, erbat itfal u ommhom, kif tridhom jghaddu b’mod illi jghixu? U allura f’kazijiet bhal dawn ghandu jkun hemm makkinarju fejn persuni bhal dawn jinghataw l-ghajnuna possibbli mill-Istat minghajr zvantaggi jekk jista’ jkun ghal hadd. Huwa evidenti jekk mara bhal din ha tmur ghand Avukat, maghfusa kif inhi diga’ finanzjarjament, ftit li xejn ser ikollha flus biex thallas ghas-servizzi professjonali u minn naha l-ohra wiehed ma jistax ilum lill-Avukat li ma jitlobx xi forma ta’ hlas anka jekk ma jkunx bosta lil min jigi jitolbu jew jitlobha ghas-servizzi professjonali, imma l-verita’ f’kazijiet bhal dawn, nisa bhal din l-omm li qeghdin naccennaw ghalihom ma jkunux jistghu jifilhu li jhallsu ghall-konsulenza professjonali u hawn tidhol l-istituzzjoni tal-Avukat tal-Ghajnuna Legali li nghiduha a dirittura minn diversi nies li jmorru biex ifittxu u jitolbu w isibu u jakkwistaw is-servizzi tal-Avukat tal-Ghajnuna Legali, dan huwa Dipartiment dghajjef hafna fl-istruttura tal-amministrazzjoni tal-gustizzja taghna. Diversi nies, inkluz din l-omm li marru biex ifittxu l-ghajnuna legali b’xejn sabu jew l-ufficcju tal-Avukat tal-Ghajnuna Legali maghluq, jew ma jitfacca hadd, biex isirilhom appuntament jghaddi zmien interminabbli, u litteralment dawn in-nies ihossuhom umiljati ‘il ghaliex jinterpretaw li huma qeghdin jigu itrattati ta’ dak li huma u cioe’ nies li ghal raguni jew ohra ma jkollhomx mezzi biex jiksbu ghajnuna legali b’xejn. Dan huwa ghajb ghall-amministrazzjoni tal-gustizzja f’pajjizna u certament huwa mistenni li l-Awtoritajiet Politici w Amministrattivi li jirregolaw dan id-Dipartiment fi hdan il-Qrati tal-Gustizzja taghna li ghalih jistghu jirrikorru wkoll persuni li jkunu nvoluti fi proceduri fil-Qorti tal-Familja, ghandu jkun hemm ezami ta’ ghala d-Dipartiment tal-Avukat tal-Ghajnuna Legali mhux qieghed jiffunzjona adekwatament, u nerga’ nirrepeti f’dan l-Artikolu li kien hemm katina ta’ nies jilmentaw illi jmorru regolarment u diversi drabi u jew ma jsibux l-ufficcju miftuh, jew isibu diffikultajiet biex jottjenu dan is-servizz, jew meta jottjenuh iridu jdumu hafna jistennew u hafna drabi jkun hemm ukoll min minkejja li s-servizz ikun bl-ghajnuna legali b’xejn li jitlob lil dawn in-nies biex jaghmlu tajjeb ghal xi pagamenti li jghidulhom ma jkunux jaqghu fl-inkwadratura tas-servizzi ta’ ghajnuna legali b’xejn : certament din hija taqsima illi l-Awtoritajiet Politici w Amministrattivi li ghandhom x’jaqsmu mal-Qrati tal-Gustizzja taghna jridu johduha bis-serjeta’. Hija xi haga tremenda li nies li litteralment qatt ma jkunu rifsu fuq l-ghatba tal-Qorti, f’daqqa wahda minhabba dizgwid mal-mara jew ir-ragel taghhom, mas-sieheb jew is-siehba taghhom, u ghada pitghada ghad ikollna kazijiet fejn imsiehba tal-istess sess iridu juzaw il-facilitajiet tal-Qorti tal-Familja, ghalhekk importanti li jkun hemm impenn serju, strutturat u professjonali fil-Qorti tal-Familja u jrid jinqata’ dan l-atteggjament li xi hadd jista’ jghaddilu biss minn mohhu li naha jew ohra qeghda tigi ffavorita minhabba certu atteggjamenti illi n-nies josservaw u jaraw, anka bil-mod kif jigu decizi u fiz-zmien li jigu determinati il-kwantita’ ma tintemm qatt ta’ applikazzjonijiet u Atti Gudizzjarji ohra li jigu pprezentati fir-Registru tal-Qorti tal-Familja. Hawnhekk nerga’ nappella (appell li ilu jsir diga’ issa ghal bosta drabi) li r-Registru tal-Qorti tal-Familja mhux qieghed sitwat fejn ghandu jkun : jekk ha nzommu il-Bini mhux adekwat fejn qieghed prezenzjalment il-Qorti tal-Familja, allura r-Registru tal-Qorti tal-Familja ghandu jokkupa post fejn ikun hemm aktar spazju u koordinament bejn il-membri assenjati ghar-Registru tal-Qorti tal-Familja u mhux per ezempju kif isir bhalissa li l-persuna li ghandha r-responsabilita’ ta’ kuljum fuq ir-Registru qeghda f’sular f’ufficcju ghaliha, u l-kumplament tal-istaff f’sular tahtha u li hafna drabi jintilef hin prezzjuz, u anka tintilef id-direzzjoni ta’ xi atti minhabba dan l-ispustament li jsir billi Atti Gudizzjarji m’ghandux ikun hemm trasport taghhom bejn is-sulari billi dan (minghajr ma jintefa’ dell ikrah fuq hadd) jista’ jfisser spostament ta’ xi dokumenti mportanti bhal per ezempju meta kellna kazijiet fejn Digriet ta’ manteniment tqieghed f’garzella u hadd ma nduna bih qabel sena u disa’ xhur wara, meta umbaghad il-persuna li kienet suppost obligata li taghti dan il-manteniment intqalilha li trid thallas bl-arretrati tax-xhur kollha li ma hallsitx, meta l-persuna ma kienet taf b’xejn li kien hareg dan id-Digriet. Din twassalna ghal problema ohra kbira u din tirrigwarda n-notifika tal-Atti Gudizzjarji, liema Taqsima li hija responsabbli ghan-notifiki ghandha tkun ferm aktar ikkoordinata w organizzata fl-interess ta’ kull parti involuta. Imma l-iffukar tal-Artiklu odjern huwa principalment dwar dawk in-nies involuti fil-kawzi ta’ Separazzjoni jew fil-kawzi li ghandhom x’jaqsmu mal-paternita’ jew id-denegata paternita’ (jigifieri ma’ kawzi li persuna titlob biex tigi konfermata bhala missier tifel jew tifla u l-ohra meta fi zmien sitt xhur minn mindu ssir taf, persuna titlob lill-Qorti biex ma tingharafx bhala l-genitur ta’ tifel jew tifla), u hawnhekk fejn jidhol il-Qorti Kriminali tal-Familja. L-ewwelnett hawnhekk ta’ min ifahhar lill-persuna tal-Magistrat Dr Antonio Giovanni Vella li bosta Avukati naqblu li Alla hares ma kienx hu li din il-bomba dejjem lesta biex tisplodi minhabba t-tensjoni li jkun hemm f’dawn it-tip ta’ kawzi, Alla hares ma kienx hemm il-persuna tal-Magistrat Vella li tikkontrolla b’mod dinjituz imma dixxiplinat (dejjem sa fejn jista’ il-Magistrat izomm id-dixxiplina lill-merhla ta’ Avukati u Partijiet li mhux dejjem facli tikkontrollahom), imma din hija taqsima delikata hafna ‘il ghaliex tinvolvi fil-psikologija ta’ hafna umiljazzjoni kbira, multi jew emendi li jistghu jigu mposti, pieni ta’ karcerazzjoni jew sentenzi sospizi u dawn igibu maghhom gwaj li jekk qatt kien hemm tama li rikonciljazzjoni bejn koppja li tkun qeghda tinfired per ezempju ssir, dawn il-proceduri hafna drabi jissiggillaw li din ir-rikonciljazzjoni zgur li ma ssirx. Huwa mportanti li semmejt il-persuna tal-Magistrat Antonio Giovanni Vella li naturalment jiena m’inix awtorizzat li nitkellem f’ismu u certament m’ghandu bzonn lil hadd biex jitkellem ghalih, imma nerga’ nirrepeti li Alla hares ma kienx hu li dawn il-kawzi li jkunu litteralment bil-gzuz quddiemu, ma jigux sorvolati bil-mod kif imexxihom u jigwidahom hu. Din hija taqsima sensittiva li wkoll kemm l-amministrazzjoni tal-Qorti kif ukoll l-Awtoritajiet Politici m’humiex qed jiehdu bis-serjeta’ u qed ihallu l-piz kollu (li certament mhux gust) fuq l-ispallejn tal-Magistrat Antonio Giovanni Vella u l-istaff habrieki imma simpatiku li tabilhaqq ghandu. Hawnhekk ukoll ghandna problema ta’ spazju billi l-ufficcju tal-Magistrat Vella li qieghed fil-Bini tal-Qorti tal-Familja (kif suppost ikun) huwa maqtugh mill-ufficcju fejn hemm il-membri tal-istaff tieghu u dan ifisser illi m’hemmx dik il-kontinwita’ u d-diskrezzjoni biex jekk ikun hemm bzonn xi haga (kif inevitabilment dejjem ikun hemm) ikun hemm aktar access facli bejn il-Magistrat u n-nies illi jrid jahdem bihom ghall-iskopijiet tat-tmexxija tas-seduti li ghandu. Il-Magistrat Vella wkoll inghata l-piz illi jrid jiehu hsieb diversi generi ohra ta’ kawzi kriminali quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta’ Gudikatura Kriminali proprju u dan ifisser illi l-Magistrat Vella ma jistax jikkoncentra b’mod impenjattiv fuq dawn il-kawzi kriminali li jappartjenu lill-Qorti tal-Familja li ma jieqfu qatt, dejjem dehlin, u f’maggioranza minnhom dejjem jinvolvu l-istess ucuh. Hawnhekk ghandna problema kbira li tinhtieg l-ghajnuna ta’ psikologi u psikjatri, specjalisti fuq il-psikologija tat-tfal, u nies imharrga biex lill-partijiet involuti jwassluhom b’mod logiku li dawn it-tip ta’ kawzi mhu qed jaghmlu gid lil hadd u qed jiswew lill-Istat mijiet ta’ eluf ta’ Ewro minhabba li jinvolvu ufficcjali fil-Korp tal-Pulizija, l-istaff tal-Magistrat Antonio Giovanni Vella apparti mill-Magistrat innifsu, u diversi drabi jkun hemm problemi wkoll ta’ spazju fejn sejrin jinstemghu dawn il-kawzi billi kemm l-Awla numru 23 u l-Awla numru 24 m’humiex adekwati ghal dawn it-tip ta’ kawzi u allura hafna drabi nsibu nies involuti li jkunu qeghdin imferrxa fuq it-tarag li jaghti mill-Ewwel Sular tal-Qorti tal-Familja ghat-Tieni Sular tal-Qorti tal-Familja, sitwazzjonijiet illi hafna drabi jkunu mimlijin b’tensjoni u bil-possibilita’ ta’ incidenti serji illi jistghu jinqalghu. Ma nistghux nibqghu nitrattaw lin-nies b’dan il-mod u huwa importanti li jkun hemm hsibijiet strutturati kif din il-problema tal-Qorti Kriminali tal-Familja sejra tigi ssorvolata, billi huwa evidenti li noqoghdu nibaghtu l-irgiel il-habs talli ma jhallsux il-manteniment, u minn naha l-ohra noqoghdu naghtu hafna twissijiet lil nisa li joholqu kull skuza immaginabbli biex ma jghaddux lill-ulied lill-missirijiet (mara qisu aktar difficli biex tibghatha l-habs minn ragel, ghad illi kellna kazijiet fejn nisa ommijiet intbaghtu l-habs), huwa evidenti li qeghdin noholqu sitwazzjoni li taghmel mill-istruttura tar-regolamenti li jigwidaw kif jinhadem il-Qorti tal-Familja xejn pjacevoli. Filwaqt illi wiehed jikkondona jigifieri jfahhar u jaqbel illi giet mahluqa din is-sitwazzjoni fejn kawzi ta’ natura kriminali bejn il-mizzewgin jew bejn imsehbin li tkun tinvolvi wlied li kellhom bejniethom jinstemghu mill-Qorti tal-Magisrati pero’ f’udjenza ghalihom, ma jaghmilx sens umbaghad illi jekk ikun hemm il-htiega ta’ Appell, l-Appell jitqieghed mal-lista ta’ Appelli ta’ Kawzi Kriminali ohra : fejn hawnhekk hemm dinja ta’ procedura totalment differenti u ragel jew mara mizzewgin ma jistghux jigu ppregudikati jekk ghall-grazzja tal-argument il-Qorti tal-Appell Kriminali jidhrilha li l-format kif sar ir-Rikors tal-Appell ma kienx skond il-kriterji stabbiliti mill-Gurisprudenza tal-Qrati taghna w allura l-Appell ma jigix mismugh per ezempju ‘il ghaliex il-Qorti jkun jidhrilha li l-fatti kif gew impostati ma ssodisfawx il-vot tal-Ligi [Artikolu 419 sub-artikolu (1) tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta’ Malta – il-Kodici Kriminali]. M’inix f’din il-katina ta’ Artikli dwar il-Qorti tal-Familja ha nidhol fuq l-istruttura kif isir jew ma jsirx ir-Rikors tal-Appell Kriminali imma li qieghed nghid hu li ma taghmilx sens illi mxejna pass ‘il quddiem billi kawzi li jappartjenu lill-mizzewgin ghal ragunijiet li ghidt jinstemghu f’sala wahda, maqtugha mill-kumplament tas-swali l-ohra fil-Bini tal-Qorti tal-Familja, beix umbaghad min jappella irid imur mal-kawzi l-ohra ta’ kull generu li jistghu ikunu qtil, serq, stupru, kull reat li huwa fil-Kodici Kriminali u li l-Appell tieghu jinstema’ mill-Qorti tal-Appell Kriminali, kawzi li jappartjenu lill-Qorti Kriminali tal-Familja jigu abbinati maghhom jekk ikun hemm il-htiega ta’ Appell, allura l-logika tghidilna jew ha nzommuhom eskluzi minn kawzi ohra l-kawzi li jmissu l-Familja jew inkella ha nibqqghu inhalluhom jithalltu flimkien : u hawn ghala nerga’ nirrepeti fejn nghid illi l-Awtoritajiet Politici u l-Amministraturi tal-Qrati tal-Gustizzja ma jarawx bizzejjed il-htiega li jrid ikun hemm koordinazzjoni profonda w impenn kostanti kif tabilhaqq sejjer ikollna Qorti tal-Familja li tiffunzjona ahjar. Aspett importanti li ma nistax ma nsemmix huwa n-nuqqas lampanti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn il-Qorti Civili : Sezzjoni tal-Familja u cioe’ l-Qorti tal-Familja li tiehu hsieb il-proceduri ta’ natura civili bejn il-partijiet involuti u l-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta’ Gudikatura Kriminali li hija dik it-taqsima tal-Qorti Kriminali tal-Familja li tiehu gharfien tal-kazijiet li fihom ikun hemm akkuzi li b’xi mod inkiser il-Kodici Kriminali, partikolarment fin-nuqqas li xi naha ma thallasx manteniment lin-naha l-ohra u jkun hemm ordni ta’ Qorti dwar dan jew tkun imnizzla fil-Kuntratt tal-Firda Legali Konsenswali w akkuzi ohra komuni huma n-nuqqas ta’ access ta’ ulied minuri lill-parti li jkollha dritt ghal dak l-access. Huwa importanti li l-persuni jiftakru illi meta jaghmlu Kuntratt ghall-Firda Legali, m’ghandhomx jaccettaw Artikoli fejn jghidu illi ghandu jkun hemm access liberu ghat-tfal minuri skond ftehim il-partijiet. Wiehed mid-difetti fis-sistema taghna tal-Kuntratti ghall-Firda Legali huwa li jkun hemm koppji li jkunu jridu “ifittxu jehilsu”, u din l-ghagla hafna drabi ddahhalhom f’aktar problemi wara ‘il ghaliex ejja niehdu dan il-kaz partikolari fejn ikun hemm access liberu ghall-ulied minuri skond ftehim bejn il-genituri, u kif jigri regolarment u ripetutivament f’dawn il-kazijiet ikun hemm xi forma ta’ inkwiet bejn naha jew ohra mil-genituri u allura jibda jsir l-abbuz ghax in-naha li suppost taghti t-tfal ghall-access lill-genitur l-iehor tibda tghid illi hija ma taqbilx ma’ dak li qed jissuggerixxi n-naha l-ohra, u jekk il-genitur li jkollu dritt illi jara lill-uliedu imur biex jirrikorri quddiem Avukat halli jaghmel xi Kwerela jew imur ghand il-Pulizija (l-ahjar li wiehed imur id-Depot tal-Pulizija fejn hemmhekk jitkellmu mar-rapprezentanti tat-Taqsima tal-Kwereli jew sitwazzjonijiet bejn mizzewgin jew shab dwar ulied minuri), kemm l-Avukat kif ukoll il-Pulizija sejrin jghidulu illi galadarba m’hemmx ftehim espress dwar granet u hinijiet meta huwa jista’ jaccedi ghat-tfal imma hemm qbil biss dwar access liberu, dak li jkun deher fil-bidu bhala xi haga ta’ vantagg, tispicca sitwazzjoni ta’ zvantagg. Ghalhekk irridu noqoghdu attenti mhux ghal kemm nghidu ejja “ifittxu nehilsu” ghaliex hafna drabi dan ma jsirx u dak illi seta’ fid-deher giek malajr u bl-irhis, fit-triq it-twila ssib li holoqlok aktar problemi u certament nefqek aktar flus! Ghalhekk irridu noqoghdu attenti illi meta ahna rridu nrawmu l-kultura tal-Firda Legali Konsenswali, mhux biss inkunu nafu x’qeghdin naghmlu imma nifhmu x’qeghdin naghmlu ‘il ghaliex hafna drabi meta ahna nibdew ninsistu biex xi haga titlesta malajr, naha jew ohra sejra tigi zvantaggjata. Biex jinbidel il-Kuntratt tal-Firda Legali m’huwiex facli jekk ma jkunx hemm qbil bejn il-partijiet involuti f’dak il-Kuntratt, u lanqas il-Qorti tal-Familja jista’ ma jkollha s-setgha li tbiddel Kuntratt ta’ Firda Legali Konsenswali billi Kuntratt huwa Kuntratt u kif nghidu fid-djalogu bejn l-Avukati “pacta sunt servanda”, li tfisser galadarba jkun hemm ftehim dak il-ftehim ma jistax jinkiser jew jigi mibdul jekk mhux bi qbil bejn il-partijiet, inkella b’kawza quddiem il-Qorti sakemm wiehed jinghata Sentenza, u l-procedura tal-ahhar mhux biss sejra tiehu numru ta’ snin biex tigi sorvolata imma anka zzid konsiderevolment l-ispejjez. Diga’ ghidt f’Artikli precedenti f’din is-serje dwar il-Qorti tal-Familja illi fil-verita’ qeghdin nitilfu u nilghabu bil-hin u bil-hajja tan-nies meta nitkellmu fuq Firda Legali ‘il ghaliex ma jaghmilx sens li koppja li ma tridx tibqa’ mizzewga ma’ xulxin ghax iz-zwieg ikun tkisser irrimedjabilment, l-Istat jimponi fuqha illi jibqghu hekk mizzewgin, jew inkella jirrikorru ghar-rimedju artificjali ta’ Kawza Civili ghall-Annullament. Dwar l-Annullamenti u d-Divorzju, jiena bi hsiebni li nikteb ghal dan il-gurnal katina ohra ta’ Artikoli fejn nidhlu fid-dettal fl-Annullamenti Civili, l-Annullamenti Ekklezjastici li jiena ma naqbilx illi dawn ghandhom ikunu abbinati mal-Ligi li tirregola z-Zwieg f’pajjizna, u naturalment dwar id-Divorzju li aktar minn qatt qabel hawn htiega mmens ghalih f’pajjizna u l-Parlament Malti ghandu l-obbligu li jillegisla biex f’Malta wkoll ikollna l-Ligi li tirregola d-Divorzju peress illi ahna l-uniku fost il-Membri Stati tal-Unjoni Ewropeja li m’ghandniex l-Istituzzjoni ta’ Ligi li tirregola d-Divorzju f’pajjizna. Illi kif kont qed nikteb aktar ‘il fuq in-nuqqas ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn kif jitmexxa l-Qorti Kriminali tal-Familja u l-Qorti Civili : Sezzjoni tal-Familja jista’ jwassal ghal ingustizzji kbar kif sejjer nispjega fl-Artikolu illi jmiss, is-seba’ wiehed f’din il-katina ta’ Artikoli dwar il-Qorti tal-Familja. Mela fl-ahhar Artikolu f’din is-serje ta’ Artikoli, jiena sejjer nitkellem dwar in-nuqqas kbir bejn il-Qorti Kriminali tal-Familja u l-Qorti Civili : Sezzjoni tal-Familja u naghmel is-suggerimenti tieghi dwar kif is-sitwazzjoni tista’ tijieb. Nikteb ukoll dwar prekawzjonijiet li koppja ghandha tiehu meta tigi biex tifformola Kuntratt ta’ Firda Legali Konsenswali minhabba diffikultajiet legali serji u prattici li jistghu jinqalghu ghal dawk li ma jkollhomx esperjenza kif jaghmlu dawn il-Kuntratti kemm minn naha tal-partijiet involuti w anka kemm minn naha ta’ min ikun qed jaghti l-parir jew jigi biex jiktbu (ahna nghidulhom jirredigu) il-Kuntratti tal-Firda Legali Konsenswali |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| Copyright
© www.emmybezzina.org | Terms
of Use |
|
|||||||||||