Front Page | Editorial |Alpha Party | Ambassador for Peace | Archives | EU elections 2009

  Subscribe to my newsletter
  Keep yourself updated with the   latest news and events.

 

 

 
   
     



Il-Qorti tal-Familja
(Il-hames parti)
- Jikteb l-Avukat Dr. Emmy Bezzina


Irridu nkunu umani meta nharsu lejn il-Qorti tal-Familja w huwa importanti li hadd minna ma jiehu fastidju jekk jinkitbu jew jinghadu xi affarijiet li joqorsuna fil-laham il-haj kif jghid ilsienna imma li huma ta’ htiega li niktbu u nitkellmu dwarhom f’dawn il-parametri u f’dan il-kuntest tal-Qorti tal-Familja.

Trid tigi eliminata ghal kollox il-mentalita’ li xi hadd mill-mizzewgin qieghed hemm biex jabbuza minn naha l-ohra fl-eventwalita’ li z-zwieg jitfarrak jew ma jkunx hemm tama ta’ rikonciljazzjoni, jew koppja li jkunu qed jikkoabitaw flimkien jaraw illi din il-koabitazzjoni bejniethom m’ghadhiex aktar possibbli ghal raguni jew ohra, imma taht kull cirkostanza m’ghandniex l-ewwel u qabel kollox ninsew li jekk ikun hemm it-tfal u t-tfal ma jigux b’xi formola xjentifika li xi wiehed mill-koppja jew jahseb jew jikkontempla fuqha, imma t-tfal jigu mis-semplici att bijologiku jew att anotomiku li persuna li jkollha l-figura ta’ ragel titrazmetti b’komunikazzjoni intima ma’ persuna li jkollha l-figura ta’ mara li tilqa’ u tircievi go fiha dik il-komunikazzjoni zerriegha li jekk issib art fertili fil-mument opportun tinbed ix-xitla, ix-xitla hajja li tista’ twassal biex minn hemm tizviluppa kreatura vijabbli umana (hawnhekk wiehed imiss fit-tarf tal-analizi tal-argument dwar l-Abort li dwaru niktbu f’Artikli ohra jekk il-Bambin irid f’dan il-Gurnal l-istess).

Irridu nieqfu nahsbu li jekk zwieg ifalli, u jekk joghgobkom Sinjuri nisa mizzewgin tiehdux ghalikom, l-ewwel hsieb tal-maggior parti tan-nisa mizzewgin ikun issa jien xi drittijiet ghandi, kemm ser nehodlu u naqbadlu lir-ragel mill-paga, mis-salarju, mill-assi li jkollu, kif jien ser nghix minn fuq dahru ghall-kumplament ta’ hajti minghajr ma jkolli d-doveri ta’ mara mizzewga lejn zewgi?

Trid tieqaf il-mentalita’ bir-rispett kollu fl-irgiel illi malli tfarrak zwieg, il-mara tieghek ma saret xejn, saret zero, saret xi hadd li mhux biss ma tridx f’hajtek imma li trid titfa’ barra mill-proprjeta’ tieghek stess, li tinsa li minn dik il-mara inti ghandek l-ulied, u allura li l-mara ghandha drittijiet ugwali daqs zewgha, imma ghandha wkoll obbligi wkoll ugwali daqs zewgha u din il-formola li d-drittijiet u l-obbligi huma mizzewgin ma’ xulxin f’kull hin u f’kull mument, f’kull analizi ta’ kull sitwazzjoni, insibu li tintesa l-hin kollu meta nigu biex ngharblu l-kwistjoni tas-Separazzjoni. Jigifieri rridu naghmluha cara li meta ahna qed niktbu din il-katina ta’ Artikli dwar il-Qorti tal-Familja, m’hijiex xi krucjata, xi missjoni qaddisa biex immaqdru din l-Istituzzjoni tal-Qorti tal-Familja li ahna stess ghamilna snin nitkellmu u niktbu dwar il-htiega li din kellha titwaqqaf f’pajjizna. M’humiex intizi din il-katina ta’ Artikoli biex immaqdru jew li ssir riflessjoni kontra l-Gvern tal-gurnata jew il-Ministru partikolari responsabbli ghall-Gustizzja (u kif ghandna drawwa hazina hawn Malta ghall-affarijiet interni wkoll), jew xi objettiv illi nimmiraw lejn xi hadd mill-Amministrazzjoni attwali u prezenti tal-Qorti tal-Familja : certament dawn m’humiex l-objettivi ta’ dawn il-katina ta’ Artikoli fejn qeghdin ngharblu l-Istituzzjoni tal-Qorti tal-Familja f’pajjizna.

Minn naha l-ohra ma nistghux ma nishqux illi jkollna kultura gdida li jekk ser nidhlu fl-impenn taz-zwieg irridu naccettaw li dan l-impenn jista’ ma jibqax impenn u anka jekk din tidher analizi li jikkontradixxi lilu nnifsu, irridu nkunu realistici lejn din il-verita’ u cioe’ il-verita’ li zwigijiet jitfarrku, li hsibijiet li jkollok u idejali li taghmel dwar persuna li tinghaqad maghha fiz-zwieg, ifallu u jisfumaw fix-xejn u dan ifisser bidla radikali sa minn qabel nitwieldu biex nghid hekk dwar il-mod kif dan il-pajjiz ihares lejn ir-relazzjoni sesswali bejn il-persuna ta’ ragel u ta’ mara, bejn it-tnissil tat-tfal, arugmenti fil-berah dwar l-Abort jew il-kontroll tat-twelid, dwar kif ghandha titmexxa familja, dwar id-drittijiet u obbligi indaqs tal-mizzewgin, dwar id-drittijiet u obbligi indaqs tal-persuni li jkunu qed jikkoabitaw flimkien, u dwar ir-realizzazzjoni li l-att sesswali m’huwiex kwistjoni ta’ caqliq anatomiku li jippenetra f’kavitajiet tas-sess oppost ghall-pjacir momentarju imma li nedukaw lill-poplu li hawnhekk qed nitkellmu fuq penetrazzjoni serja li jekk ma nkunux maturi tista’ twassal ghat-tnissil tal-ulied li maghhom igibu responsabilitajiet kbar li jidher car li hafna genituri fil-pajjiz taghna specjalment fil-generazzjonijiet iz-zghar m’humiex qed jirrealizzaw kemm huma gravi dawn ir-responsabilitajiet.

Il-mentalita’ llum hija qawwija mhux li xi tfajla jew xi mara tabordixxi imma li mit-tarbija li titnissel fiha u titwieled minnha hemm introjtu ekonomiku ghax l-Istat jaghmel tajjeb bl-assistenza socjali. Dan il-kuncett irid jitnehha darba ghal dejjem billi issa li Malta hija Membru Shih tal-Unjoni Ewropeja, irridu nitghallmu li l-piz m’huwiex aktar bejn erba’ mitt elf ruh li huma c-cittadini ta’ dan il-pajjiz imma l-piz irid jinqasam ma’ madwar hames mitt miljun ruh li hija aprossimament il-popolazzjoni tas-sebgha w ghoxrin Membru Stat tal-Unjoni Ewropeja, billi l-Unjoni Ewropeja ghandha erba’ libertajiet fundamentali li huma d-dritt tal-moviment hieles tal-persuna, id-dritt tal-moviment hieles tal-affarijiet, id-dritt tal-moviment hieles tas-servizzi u tal-kapitali, id-dritt illi jekk ghandek kwalifiki mehtiega u li jikkonformaw ruhhom mal-Ligijiet interni tal-Istat Membru individwali, kull persuna jista’ jmur u jistabilixxi lilu nnifsu jew lilha nfisha f’Membru Stat iehor tal-Unjoni Ewropeja : dak hu li jfisser l-Unjoni Ewropeja fil-qosor u cioe’ it-tghanniqa u l-accettazzjoni ta’ dawn l-erba’ drittijiet fundamentali li jikkostitwixxu l-erba’ libertajiet fundamentali tal-Unjoni Ewropeja, li pero’ ma’ dawn il-privileggi jigu wkoll l-obbligi li huma marbuta maghhom u jitnisslu maghhom : ghalhekk Malta ma tistax tibqa’ izolata fit-tifsira taghha tal-kelma Familja, Malta ma tistax tibqa’ izolata mal-ideja maghluqa taghha dwar xi jfisser zwieg, li ma jfissirx li jekk hemm xi knisja partikolari u jidhrilha li min jappartjeni lilha bhala Istituzzjoni ghandu jkollu fehmiet partikolari dwar xi jfisser zwieg – hadd m’hu qed jghid li dan m’ghandux ikun.

Imma iva, qieghed jinghad li din l-Istituzzjoni m’ghandha ebda dritt fi Stat lajk, f’Membru Shih tal-Unjoni Ewropeja li toqghod tipprova tindahal lill-Istat u tinfluwenza lill-politici tieghu b’theddida illi dawn jitilfu l-voti jekk l-Istat jirrifletti u jara kif sejjer jimplimenta dak kollu li jolqot intimament u mill-qrib lill-familja bit-tifsira pluralistika u kosmopolitana taghha, li ma tfissirx biss ragel u mara mizzewgin skond ir-rit tal-Knisja Kattolika, imma tfisser ragel u mara jew ragel u ragel jew mara u mara, mizzewgin jew le, li jghazlu li bejniethom iridu jiffurmaw nukleu li minnu jistghu ukoll jitnisslu uliedhom jekk ikun il-kaz, u li dak in-nukleu ghandu jigi meqjus bhala Familja : dan huwa il-kuncett li l-Unjoni Ewropeja qeghda thares lejh meta tigi biex tfisser il-kelma “Familja”.

Ghalhekk ma jistax ikollna fil-pajjiz taghna, din it-tikka ta’ pajjiz, Istituzzjoni w elementi zghar fiha li jridu jwaqqfu u jippruvaw irazznu ghall-objettivi egoistici taghhom din ir-realta’ li Malta trid taffaccja w allura ghandna b’effett immedjat ninsew illi l-Qorti tal-Familja bil-kumplikazzjonijiet kollha li fih qieghed hemm biss biex jara l-interessi ta’ ragel u mara li jkunu mizzewgin u generalment bir-rit nisrani u naraw kif dawn ha nzommuhom habsin ghal dan l-istat li huma jkunu dahlu ghalih tul ghomorhom bil-hafna krudeltajiet li koppja mizzewga li tkun qeghda fi proceduri ta’ Firda Legali jridu jghaddu minnhom fl-Istat Malti.

Imma dan ifisser illi kull mara u kull ragel illi jidhlu fiz-zwieg iridu jaccettaw illi kull naha trid tigbed biex dan iz-zwieg l-ewwel u qabel kollox jirnexxi, u jekk dan ma jkunx il-kaz li kull naha umbaghad ikollha r-rimedji fattwali u legali ta’ kif dik in-naha tista’ terga’ tibda l-hajja taghha mill-gdid, u dawn huma drittijiet li huma rikonoxxuti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, fil-Konvenzjoni Ewropeja ghad-Drittijiet u Libertajiet tal-Individwu li wkoll tifforma parti mill-Ligijiet ta’ Malta bhala Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta’ Malta, huma principji accettati fl-Unjoni Ewropeja u jekk tigi ratifikata t-Trattat ta’ Lisbona li dan huwa mistenni li jsir jekk mhux sal-ahhar ta’ din is-sena almenu fl-ewwel xhur tas-sena id-diehla 2010, din ghandha l-principji fundamentali taghha tad-drittijiet umani imnaqqxa f’dak li jissejjah Charter of EU Human Rights li fost id-drittijiet u libertajiet fundamentali li jitnisslu minn hemm huma d-dritt ghall-hajja privata, id-dritt ghall-familja tieghek, id-dritt li tizzewweg, li allura ghandna l-implikazzjoni li z-zwieg ma jfissirx familja u familja ma tfissirx zwieg, u li allura hija miftuha l-possibilita’ li zwieg j’Alla jirnexxi imma jekk ma jirnexxiex irid ikun hemm il-makkinarju legali f’kull Stat li dan iz-zwieg jigi xolt minghajr il-hafna kummiedji li qeghdin nutilizzaw f’pajjizna, f’Istituzzjoni anakronistika bhal ma huwa l-Annullament fejn allura mill-1975 Malta ghandha l-Annullament Civili u l-Annullament Ekklezjastiku, li dan tal-ahhar zgur m’ghandniex bzonnu fil-pajjiz, u fejn min qed imexxi lil pajjizna abbuza mill-fiducja tal-poplu Malti billi ta f’idejn Istituzzjoni partikolari ta’ twemmin dan id-dritt li tiddetermina hi kif tmexxi proceduri skond il-Ligi taghha dwar x’jaghmel zwieg validu jew le, tiddetermina hi x’avukati jistghu jidhru quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku, u dan tal-ahhar jaghmel hu il-procedura ta’ skond dan it-Tribunal x’jammonta ghall-gustizzja, procedura li a dirittura tmur kontra l-procedura tal-Ordinament Guridiku li nhaddnu hawn Malta, li tmur kontra l-principji demokratici ta’ kif jinstema’ kaz quddiem Gudikanti, tad-drittijiet ta’ kull min qed jigi processat, u wkoll imur kontra l-principji rikonoxxuti tal-gustizzja kif imhaddan mill-Qorti tal-Gustizzja fil-Lussumburgu, apparti u li m’ghandu x’jaqsam xejn mill-Qorti ghad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali kif iprattikati u mplimentati gewwa Strasbourg.

Mela hawnhekk ahna qeghdin nishqu fuq il-fatt li koppja mizzewga trid tkun mgharrfa li jekk iz-zwieg jitfarrak u ma jkunx hemm tama ta’ rikonciljazzjoni trid tieqaf din il-politika li fl-imhuh ta’ hafna nisa mizzewgin l-ewwel hsieb huwa x’ser niehu, x’ser ingawdi, x’ser nerda’ mir-ragel ghal dak li huwa manteniment, u da parti tal-irgiel il-fatt li huma jqiesu li issa li z-zwieg spicca, dik li kienet il-mara taghhom u li setghet akkumpanjathom ghal numru ta’ snin u anka tathom it-tfal issa mhix rilevanti aktar fil-hajja taghhom : dan hu illi l-Qorti tal-Familja trid tiffoka fuqu, u mhux f’hela ta’ proceduri kif sfortunatament ghadu qed isir bhalissa f’certu kazijiet bhal per ezempju jekk kawza tkunx giet ipprezentata f’eghluq ix-xahrejn minn mindu inghalqet il-Medjazzjoni jew le, u dan meta ghandna kazijiet fejn anka l-istess Qorti meta ma kien hemm la proceduri ta’ Medjazzjoni ghaddejja u lanqas kawza miftuha, tat Digriet fejn imponiet manteniment fuq ragel meta l-proceduri lanqas biss kienu mexjin, b’ordni li l-manteniment impost fuq ir-ragel kellu jitnaqqas awtomatikament mis-salarju tieghu minn min ihaddmu u jigi mghoddi direttament lill-mara tieghu : b’Digrieti bhal dawn il-Qorti hija stess tkun qeghda tikser id-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-individwu u din hija xi haga li nerga’ nirrepeti rridu nahsbu fuqha fil-fond billi kif qieghed nghid regolarment f’din il-katina ta’ Artikoli certament l-Awtoritajiet Politici tal-pajjiz ma jidher li qatt ma hadu bis-serjeta’ l-Qorti tal-Familja, kienu kostretti li jwaqqfu lill-Qorti tal-Familja ghax il-problema kibret u kibret sew, imma dan ghadu ma wassalx ghall-mentalita’ professjonali w efficjenti kif titmexxa l-Qorti tal-Familja li l-ewwel priorita’ taghha hi kif sejrin mod jew iehor insolvu din is-sitwazzjoni bejn din il-koppja mizzewga jew bejn din il-koppja mhix mizzewga imma li ghandhom it-tfal u tabilhaqq inharsu u nissalvagwardaw l-interessi supremi tat-tfal minuri.

L-Imhallef fil-Qorti tal-Familja ghandu rwol radikalment differenti minn dak ta’ Imhallef li jippresjedi f’kawzi ohra. Ghalhekk shaqt f’din is-serje ta’ Artikoli li ma jaghmilx sens li l-Imhallfin assenjati ghall-Qorti tal-Familja, u minn dawn ghandna biss tnejn fil-Qorti tal-Familja, li xi hadd minnhom ikollu wkoll hidma gudizzjarja fi Qrati tal-Gustizzja ohra. L-Imhallef fil-Qorti tal-Familja ghandu mpenn illi ma jispiccax b’numru ta’ sieghat f’gurnata ta’ hidma partikolari imma ghandu impenn illi jrid jithaddem erbgha w ghoxin siegha f’erbgha w ghoxrin siegha mit-Tnejn sal-Hadd billi fejn jidhlu kazijiet li jmissu l-intimita’ tar-relazzjonijiet bejn individwi aktar u aktar jekk dawn ikunu fuq il-livell ta’ mizzewgin, decizjonijiet iridu jinghataw malajr, b’dixxiplina determinata, u b’tama illi jkun hemm soluzzjoni imposta mill-Qorti jew li jaslu ghaliha b’rieda tajba l-partijiet involuti imma ma jistax ikun li Decizjonijiet li jmissu kwistjonijiet bhal access ghat-tfal, kura u kustodja, manteniment, hrug ta’ passaporti meta jkun il-kaz, mard, tehid ta’ ammont ta’ flus mis-salarju ta’ dak li jkun, hajja privata, relazzjoni ma’ terzi, possibilita’ ta’ tfal ohra minn dawn ir-relazzjonijiet ma’ terzi, kawzi ta’ paternita’ li wiehed ikun illi jrid jingharaf bhala missier it-tarbija, kawzi ta’ denegata paternita’ fejn proprju missier li jkun gie rregistrat bhala missier tarbija jaghmel proceduri biex dan l-istatus jitnehhielu ‘il ghaliex ikun ta’ pregudizzju ghalih, u kwistjonijiet intimi bhal dawn : ma jistax ikun li l-Qorti tal-Familja taghna tibqa’ tikkontempla li dawn iridu jigu solvuti biss fil-medda ta’ snin u allura huwa mportanti li l-Awtoritajiet tal-pajjiz li jkunu kompetenti f’dan il-qasam minflok jibqghu jaharbu minn din il-problema, jiffaccjawha mhux ghal skopijiet ta’ politici biex umbaghad naha jew ohra toqghod tghid ghax fi zmieni sar hekk u fi zmien gie introdott hekk imma li ngharfu li hawn qed jigu mimsusa d-drittijiet intimi u fundamentali ta’ individwi li ghandhom dritt li dawn id-drittijiet abbinati ma’ obbligi jigu sorvolati mill-aktar fis possibbli.

Ghalhekk l-Imhallef ghandu jkun bhall-Prim Ministru, bhall-Kummissarju tal-Pulizija, bhall-Kap Kmandant f’Armata, bhall-kap ta’ familja u cioe’ li ma jista’ jsir xejn fi zvilupp ta’ problemi li jkunu qed jaffettwaw koppja mizzewga jew koppja li kienet tikkoabita flimkien minghajr ma l-Imhallef bhala Qorti jkollu Decizjoni jekk ma jkunx hemm qbil bi ftehim bejn il-partijiet involuti. Ghalhekk irridu nevitaw dan il-hela ta’ hin illi jsir fejn wara li kawza tigi assenjata lil Gudikant, u nerga’ nirrepeti dak li enfasizzajt li ma jistax ikun li l-ewwel noqoghdu nistennew grupp ta’ kawzi jinbnew umbaghad mill-Amministrazzjoni nghadduhom lill-Imhallef jew iehor : L-Imhallfin iridu jkunu aggornati kull hin u kull mument x’qed isir fil-Qorti tal-Familja u l-ebda ufficjal tal-Qorti tal-Familja m’ghandu jiehu rwol ta’ Imhallef billi dawn l-ufficjali huma ufficjali amministrattivi, impjegati tal-Istat, u m’ghandhom ebda dritt li jiehdu decizjonijiet li jappartjenu biss il-persuna, il-figura tal-Gudikant.

Ghalhekk l-Imhallef mhux biss irid jinghatalu kull taghrif, kull hin u kull mument f’kull zvilupp li jsehh f’kull kawza li tkun qeghda tappartjeni lilha jew lilu, imma jrid ikun hemm laqghat amministrattivi (u hawn jidhol ir-rwol tal-ufficjali ewlenin tal-Qorti tal-Familja) fejn l-Imhallef ikollu kollox imhejji b’mod imparzjali u mhux pregudikat ta’ x’qieghed isir f’kull kawza partikolari, biex l-Imhallef ikun jista’ wara li jikkonsulta jekk hemm bzonn lill-Avukati tal-partijiet jew jibghat ghall-partijiet illi tittiehed Decizjoni malajr kemm jista’ jkun. Biex dan isir irid ikun hemm ristrutturar mhux biss bil-mod ta’ kif jimxu l-kawzi quddiem il-Qorti tal-Familja, imma fil-mentalita’ l-ewwelnett tal-Awtoritajiet Politici tal-pajjiz li jridu jieqfu jimmaginaw ghal kull sekonda li huma ghandhom xi dritt f’idejhom li jitrattaw lic-cittadini ta’ pajjizhom bhala tfal; irid ikun hemm bidla fl-imhuh tal-Imhallfin li jridu jaghmluha cara lill-Awtoritajiet Politici li biex il-Qorti tal-Familja timxi huma ghandhom bzonn ta’ certu servizzi, ta’ certu facilitajiet, ta’ certu apparat u jekk hemm bzonn nies biex huma jkunu jistghu jaqdu d-dmir taghhom skond dak li jitlob fl-oghla livell tieghu ir-rwol ta’ Imhallef, ir-rwol ta’ Gudikant.

Dana mhux biex jiehu fastidju hadd, imma dan m’huwiex qieghed isir, billi kif ghidt huwa inaccettabli fil-Qorti tal-Familja li jsir Rikors biex missier jara lil bintu u sena wara dan ir-Rikors ghadu ma giex iddekretat, ghad m’hemmx Decizjoni fuqu ‘il ghaliex naha jew ohra tohloq diffikultajiet li l-Gudikant biss jista’ jissorvolahom, u allura sitwazzjonijiet bhal dawn ghandhom jigu ssorvolati billi l-Gudikant issejjah laqgha apposta mal-partijiet u mal-Avukati taghhom jekk hemm bzonn, ma’ Esperti li l-Qorti tal-Familja ghandu jkollha ghad-disposizzjoni taghha, mal-istaff tal-Qorti u f’seduta wahda tigi sorvolata kwistjonijiet li ghandhom x’jaqsmu per ezempju ma’ accessibilita’ ghal tifel jew ghal tifla li jkunu ghadhom minuri, jew kwistjoni ta’ manteniment, jew kwistjoni ta’ kura u kustodja, jew kwistjoni ta’ rqad fir-residenzi rispettivi tal-genituri, billi wiehed minn nuqqasijiet il-kbar tal-Qorti tal-Familja fil-medda ta’ snin kien illi per ezempju Gudikant ma jidholx fil-fond f’kaz partikolari, genitur jigi kkastigat intortament, u llum ghandna esperjenzi ta’ tfal li gew imqaccta minn kuntatt ragjonevoli ma’ naha jew ohra tal-genituri u llum kibru w huma stess ghandhom idejat ferm negattivi dwar il-hajja mizzewga, u dwar genitur partikolari ‘il ghaliex qatt ma nghataw l-opportunita’ li jghixu hajja ta’ tfal ma’ dak il-genitur, u l-Qorti qatt ma kienet hemm biex tara li l-interess suprem ta’ dawn l-ulied minuri tabilhaqq jigi mhares.

Hawnhekk nuru kemm huwa bla bazi kull min jargumenta illi bid-dhul tad-Divorzju fis-sistema legali taghna, per ezempju t-tfal ibaghtu aktar meta dan ma huwa minnu xejn : din hija hrafa vvintata minn min ghandu interess li jibqa’ jitratta lill-individwi fis-socjeta’ taghna bhala tfal biex huma jibqghu jzommu s-setghat u l-privileggi li ghandhom fic-crieki socjali li jappartjenu ghalihom!

Ma jaghmilx sens illi ghal kull problema li tinholoq bejn il-mizzewgin jew inkella bejn nies li kienu siehba ta’ xulxin imma issa m’ghadhomx li joqoghdu jsiru Rikorsi, u li r-Rikorsi jkunu jridu jigu nnotifikati in-naha l-ohra, u jistghu jigu notifikati u mhux notifikati, u jekk trid notifika bil-purtier trid thallas extra, u li trid toqghod tmur regolarment fir-Registru tal-Qorti tal-Familja biex tara hemmx xi ezitu, hemmx xi zvilupp, hemmx xi ahbar fuq ir-Rikors li tkun ipprezentajt, meta dan ghandu jkun hemm makkinarju li b’mod dixxiplinat, ikkoordinat, u minghajr ma jistrapazza lil hadd, meta jinqalghu problemi ghandu jkun hemm appuntament iffissat mal-Gudikant tal-Ghassa illi jkun jappartjeni l-Qorti tal-Familja u jigi ffissat appuntament wara li l-Avukati tal-partijiet jew il-partijiet jinghatalhom terminu biex iressqu l-punti rilevanti ghal dik id-diffikulta’ li tkun inholqot u f’seduta wahda jigi ssorvolat kollox, u mhux bhal ezempji kif diga’ ghidt illi hemm min ghandu interess li jinqeda bil-proceduri fir-Registru tal-Qorti tal-Familja biex itellef jew ifixkel, biex jinganna jew jizvijja lill-Qorti, meta dan m’ghandux isir : ghandu jkun hemm kullegg fejn taht il-koordinament, taht id-direzzjoni tal-Gudikant kull kawza tkun qeghda taht kontroll u mhux hafna kawzi jintilef il-kontroll fuqhom proprju minhabba din l-isparpaljanza ta’ hin, in-nuqqas ta’ koordinazzjoni li sfortunatament hemm u li b’rizultat ta’ dan qeghda tinholoq u ssir ferm aktar ingustizzja mal-koppji nvoluti milli l-gustizzja li suppost trid tidher li qeghda ssir!

Hemm ir-Regolament tal-Brussels II bis kif ukoll ir-Rome III illi ma jistax ikun li l-Qorti tal-Familja taghna ma taghtix kashom. Huwa importanti illi l-Gudikanti taghna li jigu assenjati fil-Qorti tal-Familja u Membri tal-Amministrazzjoni li jahdmu hemm kif ukoll Avukati u nies ohra interessati bhal Medjaturi ghandhom jinghataw u jkollhom kull incentiv illi jmorru jattendu laqghat u konferenzi, li jsemmghu lehinhom u jiktbu Artikoli mhux ghajb ghalina minn dan kollu m’ghandna xejn fil-pajjiz, u rridu nibqghu f’izolazzjoni splendida qisna c-crieki ta’ fuq ic-crieki fic-crieki f’dan il-pajjiz jiddeciedu huma bhall-Maestro fuq Orchestra li jiddeciedi hu r-ritmu li bih ghandhom jimxu l-affarijiet, mentri fil-verita’ is-sitwazzjoni ma tistax tkun aktar hekk : hawnhekk nerga’ nghid qed nissieltu mal-akbar realta’ li ghandna u cioe’ l-hajja intima ta’ kull individwu li skond il-ligijiet supremi li nhaddnu fosthom il-Kostituzzjoni w il-Konvenzjoni Ewropeja ghad-Drittijiet u Libertajiet tal-Individwu, u l-principji li johorgu mis-Sentenzi tal-Qorti tal-Gustizzja fil-Lussumburgu u mis-Sentenzi tal-Qorti ghad-Drittijiet u Libertajiet tal-Individwu fi Strasbourg, apparti mill-Principji rikonoxxuti bhala fundamentali ghad-drittijiet tal-individwu fi hdan l-Unjoni Ewropeja. Dawn kollha jishqu fuq dan il-principju illi decizjonijiet ta’ natura intima ghandhom ikun hemm inkwadrar legali accertat fejn per ezempju proceduri ta’ Firda Legali m’ghandhomx idumu aktar minn sitt xhur biex jigu sorvolati. Dan huwa possibbli jekk il-Gudikant li jkun qed jippresjedi fuq kawza, apparti milli jrid ikollu jew irid ikollha l-facilitajiet ghad-disposizzjoni tieghu jew taghha, ikollu regoli ta’ dixxiplina bizzejjed li bl-ghajnuna u bil-kooperazzjoni tal-Avukati involuti, kawza ghall-Firda Legali jew ghar-Regolamentazzjoni bejn koppja li jkollhom it-tfal imma ma jkunux mizzewgin ghandha tigi ssorvolata f’perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

Nerga’ nirrepeti dan huwa possibbli billi ezami ta’ kif jizviluppaw il-kawzi fil-pajjiz taghna juri hafna hela ta’ hin. Jekk il-Gudikanti jidhrilhom li ma jridux ikollhom Atti voluminuzi ghax jghidu li ghandhom hafna x’jaghmlu u ma jridux joqoghdu jaqraw Dokumenti fit-tul, allura huma ghandhom juzaw l-influwenza taghhom fil-konfront tal-passivita’ ta’ min ghandu s-setgha fil-qasam politiku biex hafna affarijiet li huma superfluwi u ncidentali fi proceduri ta’ Firda Legali jigu eliminati ghal kollox bhal per ezempju jekk zwieg tfarrak irremidjabilment minghajr ebda tama ta’ rikonciljazzjoni, ghalfejn irridu noqoghdu nippermettu produzzjoni ta’ xhieda dwar id-diversi incidenti li kellhom il-koppja mizzewga tul il-medda ta’ snin, dwar il-karattru ta’ wiehed jew tal-iehor, meta dan hlief nidhqu bina nfusna m’ahniex qeghdin naghmlu, aktar u aktar meta fl-Unjoni Ewropeja l-fatt biss li ssemmi Firda Legali huwa gja kuncett anakronistiku, kuncett antikwat billi llum l-izviluppi jesigu illi inti tiddiskuti kif ser tismantella dik ir-relazzjoni biex kulhadd ikun jista’ jghix il-hajja tieghu jew taghha fl-aqsar zmien possibbli wara li kull sforz ta’ rikonciljazzjoni jkun sfuma fix-xejn!

Ir-raguni ghala ghandna dan it-tahwid kollu fl-applikazzjoni ta’ ligi efficjenti fuq il-partijiet affettwati fil-Qorti tal-Familja hija s-sens ta’ kultura li l-Qrati taghna u l-Legislaturi taghna ma jridux jifhmu li z-zmien ilu li spicca li xi hadd fl-awtorita’ ghandu xi dritt jew li jrid ihares lejn koppja mizzewga bhala li dawn jappartjenu ghal Istituzzjoni li ma tista’ tigi xolta qatt ghajr kif kienu erronjament jghallmuna permezz tal-mewt ghal min jemmen fil-mewt naturalment. Din il-mentalita’ qed iggib hafna tbaghtija fuq il-kwantita’ ta’ koppji li jridu u jixtiequ jirrikorru ghall-Qorti tal-Familja biex issibilhom tarf tal-kobba li l-hajja privata taghhom tkun thabblet fiha imma li jaqtghu qalbhom ‘il ghaliex jaraw bir-rispett kollu lejn kulhadd l-inefficjenza, in-nuqqas ta’ professjonalita’, l-arroganza li hemm applikata fin-nisga shiha ta’ kif jitmexxa l-Qorti tal-Familja. Din il-mentalita’ u dan l-atteggjament irridu nwarrbuh darba ghal dejjem billi s-socjeta’ taghna jisthoqqilha li tigi ttrattata b’mod matur, hadd fl-awtorita’ m’ghandu xi dritt li jiddetermina kif individwu jew individwa sejrin jirregolaw hajjithom (u din hija xi haga li trid tinftiehem darba ghal dejjem), imma min qieghed fl-awtorita’ ghandu l-obbligu li jara li ligijiet aggornati (mhux antikwati kif inhuma taghna sa issa), jigu applikati b’mod li ssir gustizzja ma’ kulhadd, u li din il-gustizzja tidher li qeghda ssir l-ewwel u qabel kollox billi jkun hemm soluzzjoni li ma tiggebbidx fit-tul hafna biex individwu li jsib lilu nnifsu f’dan il-gwaj tal-hajja tieghu jew taghha ikollhom triq minn fejn jistghu jergghu tabilhaqq jghixu darba ghal dejjem.

Huwa ghaldaqstant inevitabbli li ssir impenn iddedikat mill-Awtoritajiet Politici tal-pajjiz, mill-Gudikanti assenjati ghall-Qorti tal-Familja, mill-Membri tal-Amministrazzjoni nvoluti fit-tmexxija tar-Registru tal-Qorti tal-Familja, mill-Medjaturi, mill-Avukati u l-Esperti li huma nvoluti biex ikun hemm koordinament illi l-kawzi ta’ Separazzjoni galadarba jaslu f’dak l-istadju ma jkunux triq ta’ kalvarju sal-mewt ghall-partijiet involuti. X’jigifieri koppja li diga’ tkun imsallba bizzejjed u mghobbija bi problemi, trid ikollha thallas l-ispejjez ta’ Perit li ghal relattivament ftit xoghol, jinhargu kontijiet vera ghaljin jew li trid thallas Perit Legali ‘il ghaliex l-Assistenti Gudizzjarji li hemm assenjati jghidu li ma jkunux jistghu ilahhqu max-xoghol, jew li jitqabbdu Esperti bhal psikologi tat-tfal, bhal psikjatri li dawn kollha jigu mghobbija fuq il-piz finanzjarju tal-partijiet involuti f’kawza, meta fil-parti l-kbira tal-kazijiet dawn jistghu jigu evitati kieku hemm sistema koordinata fejn wara li l-Gudikant jistudja l-fatti tal-kawza u xi tkun qalet in-naha l-ohra (u fil-kawzi ta’ Separazzjoni eccezzjonijiet ta’ natura preliminari jekk ikunu trivjali lanqas biss ghandhom jigu kkunsidrati, bhal per ezempju eccezzjoni li l-kawza ma tkunx giet ipprezentata fiz-zmien ix-xahrejn minn mindu taghlaq il-Medjazzjoni, meta hemm Decizjonijiet mehuda mill-istess Qorti fejn din tirregola li hija flessibbli ma tigix segwita b’mod rigidu u hekk ghandu jkun, allura jekk tigi sollevata xi eccezzjoni bhal din, huwa evidenti li l-Qorti ghandha tintervjeni hi u twaqqaf dan l-abbuz illi jkun qieghed isir), u ghalhekk fic-cirkostanzi meta Gudikant jara x’qed tghid parti u x’qed twiegeb in-naha l-ohra il-Gudikant jigwida l-partijiet bl-assistenza tal-Avukati biex jaslu ghal forma ta’ arrangament u jkun ix-xoghol tal-Qorti biex lill-partijiet jigwidahom fis-sens li jghidilhom il-ligi hija hekk u din ma tistax tinbidel, bhal per ezempju it-tifsila tad-Dar Konjugali u cioe’ illi hadd ma jista’ jigi mkecci minn Dar Konjugali jekk ma jkunx hemm raguni valida ghal dan skond il-Ligi. U jekk din il-kwistjoni tigi ccarata mal-partijiet li jkunu qeghdin f’konflitt, mela naha taf illi ma tistax titlob it-tkeccija tan-naha l-ohra mid-Dar Konjugali anka jekk dik id-dar tkun u ser tibqa’ proprjeta’ parafernali (jigifieri ta’ qabel iz-zwieg) tal-parti illi jkun jixtieq in-naha l-ohra tohroglu jew johroglu minn daru jew minn darha.

Huwa ghalhekk il-mod ta’ kif jigu minsuga w applikati l-proceduri ta’ kif titmexxa kawza ta’ Separazzjoni li huma vitali ghat-tmexxija u direzzjoni aktar umana fil-konfront tal-atturi principali li huma l-partijiet involuti, ta’ uliedhom minuri jekk ikun il-kaz, biex hafna dettalji zejda li fil-verita’ ma jkunx hemm rilevanza ghalihom imma li l-Avukati jirrikorru ghalihom ‘il ghaliex ma jkunux jafu biex ser tohrog in-naha l-ohra jitwarrbu darba ghal dejjem jekk il-Qorti tal-Familja tibda bir-rispett kollu tkun immexxija minn Gudikanti li veru huma jkunu il-kaptani u l-kap kmandanti ta’ kull kawza partikolari, li vera jkunu huma li jidderigu kif titmexxa kawza skond il-ligi, li vera jkunu huma li jkunu jafu ezatt x’qieghed isir f’kull kawza biex b’hekk f’terminu illi jigi miftiehem minn qabel mal-partijiet, il-kawza u l-proceduri konnessi maghha jigu maghluqa u b’hekk tigi evitata katina ta’ applikazzjonijiet u kontro-applikazzjonijiet u mandati li jista’ jkun hemm u li forsi ntenzjonalment jew xorta ohra jista’ jkun imrewwah minn Avukati li jkunu nvoluti : dan bir-rispett kollu lejn kulhadd!

F’din in-nisga ta’ Artikoli dak li jsegwi huwa zvilupp iehor importanti fin-nisga ta’ kif jithaddem il-Qorti tal-Familja u din hija l-Qorti Kriminali tal-Familja, li hija l-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta’ Gudikatura Kriminali imma li hija ffukata biss fuq kawzi ta’ natura kriminali bejn mizzewgin jew bejn koppji li jkunu gabu t-tfal mir-relazzjonijiet intimi ta’ bejniethom, u din hija sitwazzjoni mweghra li ma nistghux ma niddiskutux u ngharbluha fl-Artikolu li jmiss f’din in-nisga ta’ Artikoli dwar il-Qorti tal-Familja fir-Repubblika taghna!

 

Back  


 
Copyright © www.emmybezzina.org | Terms of Use