Front Page | Editorial |Alpha Party | Ambassador for Peace | Archives | EU elections 2009

  Subscribe to my newsletter
  Keep yourself updated with the   latest news and events.

 

 

 
   
     



Il-Qorti tal-Familja
(Ir-raba' parti)
- Jikteb l-Avukat Dr. Emmy Bezzina

Meta l-procedura mposta skond ir-Regolamenti ppubblikati f’Dicembru tas-sena 1903 u emendati minhabba zball legislattiv fil-bidu tas-sena 2004 (is-sena li fiha Malta saret Membru Shih tal-Unjoni Ewropeja), meta din il-Medjazzjoni mposta ma thalli ebda frott la naha u lanqas ohra jigifieri la l-partijiet ma jirrikonciljaw (kif fil-verita’ jigri fil-parti l-kbira tal-kazijiet u ghalhekk ma tantx naqbel ma’ din il-Medjazzjoni mposta ‘il ghaliex il-Hakkiema Politici tal-pajjiz ma jirrispettawx lill-poplu fil-verita’ w ghandhom ideja falza ta’ kif tiddixplina lill-poplu taghna meta l-poplu taghna huwa maghruf huwa wiehed mill-aktar indixxiplinati li hawn kif bazikament hija l-karatteristika ta’ hafna minn nies li jappartjenu ghas-Sud nghidulhom.

Invece l-Ligijiet u r-Regolamenti taghna mposta nerga’ nirrepeti mill-Hakkiema Politici jitrattaw lill-koppji li jkollhom problema fiz-zwieg taghhom bhal tfal zghar u meta dawn jiddeterminaw li z-zwieg taghhom falla jridu jghadduhom legalment minn martirju li jista’ facilment jigi evitat : ghaldaqstant mhux bsis il-Hakkiema Politici ma mpenjawx ruhhom biex jaraw kif ha jaghtu d-dinjita’ lill-koppji u persuni li jkunu nvoluti f’konflitti ta’ natura intima u personali, mhux biss dawn il-Hakkiema Politici m’ghandhomx ideja bazika ta’ kif fil-prattika wiehed ghandu jissalvagwarda dak li fil-ligi nghidu l-interessi supremi tat-tfal minuri, imma anka l-istess procedura ghall-Firda Legali jew inkella biex koppja tinftiehem jekk hemm nuqqas ta’ qbil bejniethom dwar xi tfal minuri li jista’ jkun hemm involuti fin-nofs bejniethom, l-Istat kompla biex holoq procedura ferm skabruza u skomda biex twassal koppja ghall-objettiv taghhom u jiena nemmen li d-dinjita’ tal-individwu, il-kliem sabih li hemm fil-Kostituzzjoni taghna dwar id-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-individwu, il-kliem li ma tistax ma tfahhrux fil-Konvenzjoni Ewropeja ghad-drittijiet u libertajiet ta’ kull wiehed u wahda minna, il-kliem sabih li hemm fl-inkartament ghad-drittijiet umani fi hdan l-Unjoni Ewropeja, dan kollu jisfuma fix-xejn meta tara l-umiljazzjoni li persuni li l-hajja privata taghhom ghal raguni jew ohra ma tkunx irnexxiet, kif dawn jigu trattati mill-Istat u mill-amministrazzjoni li suppost qeghda hemm biex tara li l-gustizzja mhux biss issir imma tidher li qeghda ssir!

Wiehed kien jimmagina li meta koppja li tkun gia ghaddiet minn mumenti strapazzanti hafna tul il-Medjazzjoni mposta ma tkunx waslet biex jew tirrikoncilja inkella tasal ghal ftehim li jissejjah Separazzjoni Bonarja jew biex inkunu aktar precizi Firda Legali Konsenswali li tigi miftehma bejn il-partijiet permezz ta’ Att Pubbliku li naturalment ikun irid jigi ppubblikat minn Nutar Pubbliku skond il-Ligijiet ta’ Malta, dawn isibu lilhom infushom fi stat ta’ limbo u cioe’ jkunu lanqas jafu ezatt huma fejn huma ‘il ghaliex galadarba tinghalaq il-Medjazzjoni hemm perjodu ta’ xahrejn li jistghu jigu estizi ghal xahrejn ohra biex dawn jiddeciedu jkunux iridu jkomplu bil-proceduri jew le u din fil-fehma tieghi hija ngustizzja w att ta’ umiljazzjoni kbira ghal min tajjeb jew hazin ikun iddecieda li l-hajja privata tieghu mar-ragel jew mal-mara ma jkunx baqa’ skop ghalihom socjalment, u jkunu jridu lil xi hadd min jigwidahom b’mod professjonali imma efficjenti, b’mod prudenti imma relattivament imhaffef biex ifittxu jikkonkludu din il-fazi li huma jkunu jridu jfittxu jehilsu minnha u li fl-istess hin anqas ma ddum, aktar tifrankalhom spejjez li inevitabilment jigu nvoluti.

Meta allura koppja jinghalqilha l-fazi tal-Medjazzjoni mposta u dan isir billi l-Medjatur jaghmel rapport ta’ linja jew tnejn lill-Qorti li peress li l-Medjazzjoni ma tkunx irnexxiet, allura l-Medjatur fic-cirkostanzi kellu jew kellha taghlaq il-Procedura tal-Medjazzjoni. Hawnhekk inholqot regola fir-Registru tal-Qorti tal-Familja li l-Medjatur ghandu jaghti rendikont ta’ min ikun attenda jew ma attendiex ghall-Medjazzjoni, min ikun ikkopera jew ma kkoperax ghall-Medjazzjoni, ikunux attendew jew le l-Avukati tal-partijiet jekk huwa l-kaz, u x’kienet ir-raguni ghala ma kienx hemm koperazzjoni jew xi hadd mill-partijiet ma attendiex jew ma kienx hemm l-Avukati tal-partijiet. Din fil-fehma tieghi hija regolament redikolu bir-rispett kollu li tikkonferma kemm min qieghed fl-awtorita’ u forsi bir-rispett kollu aljen ghat-tbaghtija kbira li koppja nvoluta f’konflitt personali tghaddi minnu, irridu qisna nikkastigaw lil dawn il-persuni li jekk huma ma jgibux lilhom infushom bhal tfal fuq il-banek tal-iskola, allura hemm il-possibilita’ li dawn jistghu jigu kkastigati. Nerga’ nirrepeti dan huwa ragunar redikolu bir-rispett kollu billi l-ewwelnett hemm dubji serji ta’ kemm l-Istat f’kazijiet ta’ natura intima bhal dawn seta’ jimponi Medjazzjoni fuq il-partijiet involuti u fit-tieni lok jekk il-partijiet fihom infushom jafu illi m’hemm tama li tirranga man-naha l-ohra ghax xi nies ikunu maghgunin u mnaqqxa b’mod li ma tistax tasal fi qbil maghhom, allura ghalfejn trid toqghod tahli l-hin biex tmur quddiem Medjatur, li jrid joqghod ifissirlek li dak kollu li jinghad fil-kamrin quddiemu jew quddiemha ma jistax jintqal barra meta fil-fatt kull min huwa ntiz dan ir-regolament mhux qed jigi osservat f’hafna kazijiet u hafna drabi tort ta’ xi Avukati li jkunu nvoluti, li l-Medjatur hafna drabi bir-rispett kollu ma jieqafx biss fuq il-kwistjoni jekk hemmx possibilita’ ta’ rikonciljazzjoni jew inkella animu u cioe’ intenzjoni biex il-koppja tasal fi qbil illi dan ikun jista’ jigi rregolat permezz ta’ Kuntratt, u jhallu l-konversazzjoni bejn il-partijiet tinfirex fuq hafna affarijiet li m’humiex relevanti fl-istadju u fil-livell tal-Medjazzjoni, bhal diskors dwar kif ser tinqasam il-proprjeta’, analizi ta’ manteniment, kwistjonijiet dwar kura u kustodja tat-tfal, access ghat-tfal, u kull darba l-Medjatur u cioe’ ragel jew mara skond min ikun qieghed fis-siggu tal-Medjatur, dejjem irid jispjega lill-partijiet li huwa jew hi m’ghandhom ebda setgha li jiddeciedu ghax ikunu jridu jirrikorru ghand l-Imhallef.

Il-verita’ hija xi haga differenti u cioe’ li jidher li hemm politika wara l-kwinti biex il-verita’ ta’ kemm hija serja s-sitwazzjoni ta’ koppji li z-zwieg taghhom qieghed ifalli, l-Awtoritajiet Kompetenti ma jridux li din tohrog fil-pubbliku u niftakar jiena meta dan il-fatt gbidt l-attenzjoni ghalih spiccajt ikkritikat hafna anka membri tal-Kleru li dawn jippretendu li huma ghandhom xi monopolju fuq kif ghandu jigi kkontrollat iz-zwieg fil-pajjiz taghna, u nerga’ nirrepeti dak li ghidt f’Artikolu iehor illi ghandhom ikunu nies bhas-Sur Martin Scicluna li ricentament huwa flimkien ma’ nies ohra hargu Rapport veru realistiku ta’ kemm hija s-sitwazzjoni imweghra fil-qasam tad-dizgwid matrimonjali f’pajjizna u d-dizgwid bejn koppji li kienu jikkoabitaw flimkien jew kellhom relazzjoni intima flimkien u li b’rizultat ta’ dan hemm tfal li qeghdin ibaghtu ghaliex ma jafux jekk id-direzzjoni taghhom hija Lvant u / jew il-Punent. Diga’ kelli l-opportunita’ li nghid kemm mhux qed jaghti kaz l-Istat taghna li jara li tabilhaqq ikollna struttura li l-interessi supremi tat-tfal minuri jigu mharsa.

Illi jigri ghaldaqstant illi meta tinghalaq il-Medjazzjoni, u jekk jghaddi x-xahrejn zmien u l-ebda naha mill-koppja ma tkun talbet ghal estensjoni, dawn in-nies, din il-koppja li ma jkunux irrikonciljaw bejniethom, isibu lilhom infushom litteralment bla ebda forma ta’ gwida, meta l-Istat ghandu jkollu makkinarju li proprju lil dawn in-nies jghinhom mhux ihallihom fi stat ta’ abbandun. Il-qaghda kif inhi llum hija li xi hadd mill-koppja jrid jibda Kawza Kontenzjuza kontra n-naha l-ohra permezz ta’ dak li qeghda tissejjah wara emendi li saru ricentament fil-ligi Rikors Guramentat li l-ideja wara dan ir-Rikors Guramentat suppost kellha tkun li tnaqqas il-kumplikazzjonijiet tal-procedura marbutin ma’ dak li qabel konna nsejhu c-Citazzjoni imma li fil-verita’ qed insibu fil-prattika li qeghdin jinholqu hafna diffikultajiet ghal xejn hafna drabi minhabba din in-nuqqas ta’ gwida u dan in-nuqqas ta’ mpenn mill-Awtoritajiet tal-Istat li jaraw li koppja li ghandhom iz-zwieg taghhom f’diffikulta’ mhux jigu abbandunati imma jsibu ghajnuna biex fil-parametri tal-proceduri li jkunu ghaddejin, is-sitwazzjoni taghhom ma tibqax tiggebbed inutilment imma tinghata l-ghajnuna biex almenu jkun hemm xi forma ta’ arrangament kif kull wiehed u wahda minn din il-koppja w uliedhom jekk ikun il-kaz sejrin jibdew jghixu hajja gdida. Jekk xi hadd mill-partijiet allura ma jaghmilx dawn il-proceduri, jispiccaw billi t-tnejn li huma jkunu qeghdin jghixu fi stat ta’ limbo kif gia fissirt, billi legalment kienu u sejrin jibqghu mizzewgin (u l-Awtoritajiet tal-Istat jorbtu idejhom bi tbaghtija grazzi ghall-ipokrezija taghhom li dawn in-nies ikunu qeghdin jghixu fiha) u l-verita’ tkun li la ma din il-koppja tkun tista’ tiddetermina xejn individwalment billi l-koppja mizzewga ghandhom certi drittijiet u obbligi reciproci ghal xulxin illi naha biex taghmel xi haga tkun trid il-firma u l-kunsens u l-awtorizzazzjoni tan-naha l-ohra u vice versa u dan allura jaghti lok ghal jew abbuz jew pika jew sfida jew inkejja w anka a dirittura ghal rikatt. Dana a dirittura natribwixxi din il-krudelta’ kollha ghall-Awtoritajiet Inkompetenti tal-Istat li f’isem l-ipokrezija ma jridux jaccettaw u jiehdu bis-serjeta’ ta’ kemm hija gravi s-sitwazzjoni f’pajjizna rigward zwigijiet jew relazzjonijiet intimi li fallew u ma jridux jipprovdu rimedji legali li jkunu ragjonevolment mghaggla fis-sens illi galadarba procedura tibda ghandu jkun hemm il-makkinarju li mod jew iehor din sejra tintemm f’terminu li jkun prefiss u predeterminat mill-istess Regolamenti u Ligi li jirregolaw il-koppja mizzewga jew il-koppja li tkun qeghda fi stat bhal dan minhabba r-relazzjoni intima li tkun ezistenti gia bejniethom.

Illi bir-rispett kollu huwa ghajb ghal pajjizna li diga’ kien dam aktar minn hdax –il sena wara li konna ufficjalment sibna l-indipendenza w is-sovranita’ taghna bhala pajjizna biex dahhal ligi li tirregola z-zwieg u ma nibqghux ikkakmati mal-Ligi Kanonika u b’hekk naghtu privileggi lil Istituzzjoni partikolari ta’ twemmin f’pajjizna, u anka waqt li qed nikteb dan l-Artiklu, huwa ghajb ghal Malta li aktar minn hames snin minn mindu ilna Membri Shah tal-Unjoni Ewropeja, ghadna qed nitkellmu fuq Firda Legali li tfisser illi wara t-torturi kollha li l-Istat taghna jaghti lil koppji li jkollhom diffikultajiet serji bizzejjed fiz-zwieg taghhom li ma jkunux jistghu aktar jghixu flimkien bhala mizzewgin, aktar minn hames snin wara li ilna Membri Shah tal-Unjoni Ewropeja, ghadna qed ngharblu d-diffikultajiet fis-Separazzjonijiet f’pajjizna meta diga’ fl-Unjoni Ewropeja hemm per ezempju l-Kummissjoni dwar Ligi tal-Familja Ewropeja illi diga’ qed taghmel pjanijiet li kienet ippubblikathom f’Dicembru tas-sena 2004 (u cioe’ s-sena li Malta saret Membru Shih tal-Unjoni Ewropeja) biex tiffacilita d-Divorzju bejn koppji minghajr ma jitwarrbu l-interessi tat-tfal u ta’ dik in-naha mill-koppja li tkun l-aktar dghajfa. Hawn Malta ghadna lanqas biss sibna tarf ta’ kif nistghu inwasslu koppja li jridu jinfirdu legalment (billi mhux mifrudin legalment imma kif nghidu fil-Ligi de facto ghandna bl-eluf fil-pajjiz taghna), imma fil-qasam tal-Firda Legali bejn il-partijiet tant ghad ghandna diffikultajiet li qisna qeghdin noholquhom deliberatament billi kieku ahna aktar serji f’dan il-qasam u veru naghtu kaz tat-tbaghtija tan-nies kollha li jkunu nvoluti, facilment anka bl-istruttura dghajfa u xejn professjonali li ghandna, xorta nistghu naslu biex Firda Legali bejn koppja tasal fi zmien aqsar, b’anqas spejjez u tensjoni, u bil-gwida tal-Qorti f’dixxiplina legali fejn kulhadd ikun jaf fejn qieghed minghajr ma nhallu lok ghal abbuz kif qieghed isir fil-prezent partikolarment f’manuvrar legali li xi Avukati jhobbu jirrikorru ghalih.

Bhalissa l-Qorti tal-Familja meta tidhol kawza quddiemha generalment jistennew illi jkun hemm numru ta’ kawzi qabel dawn jghaddu lill-Imhallef li lilu jew lilha jkun imiss it-turn biex jigu appuntati w hawnhekk ghandna haga li nixtieq bir-rispett kollu nikkummenta fuqha : l-Amministrazzjoni tal-Qorti jiena nsostni hija fid-dover li malli tidhol Kawza fejn hawnhekk qed nitkellmu fuq l-interessi intimi u l-aspett drammatiku ta’ individwi li ddeterminaw ghar-ragunijiet taghhom li ma jridux jibqghu jghixu l-hajja ta’ mizzewgin bejniethom (ejja nnehhu dan il-qziez tal-ipokrezija li kull darba rridu noqoghdu ndahlu kwotazzjonijiet bibblici li hafna drabi lanqas inkunu nafu ezatt x’qeghdin nghidu u ghal x’hiex qed jirreferu!), jiena nsostni li huwa fid-dover tal-Amministrazzjoni tal-Qorti li kull Kawza li tidhol tghaddiha mill-ewwel lill-Imhallef li lilu jkun imiss it-turn, jigifieri mhix kwistjoni li nistennew numru ta’ Kawzi jakkumulaw umbaghad nghaddu grupp lill-Imhallef u grupp lill-Imhallef iehor, billi kif diga’ ghidt kull ma hemm bhala Gudikanti fil-Qorti tal-Familja huma zewg Imhallfin biss, peress li t-tielet wiehed qieghed itemm il-kawzi li kellu pendenti quddiemu umbaghad sejjer jiffoka fuq xoghol iehor fil-Bini Ewlieni tal-Qrati tal-Gustizzja u ma jkollu ebda konnessjoni ohra mal-Qorti tal-Familja.

L-Imhallef li lilu jkun imiss it-turn jew li lilha jkun imiss it-turn ghandhom jigu mgharrfa li tkun dahlet kawza biex il-Gudikant jibda jahdem mill-ewwel fuq din il-Kawza. Hemm sistema li m’hijiex daqstant hazina ghad illi tista’ tigi ferm imtejba u din hija fejn il-Qorti meta tigi biex tappunta kawza ghandhom lista li hija komuni ghall-kawzi kollha fejn il-partijiet involuti jinghataw struzzjonijiet ta’ l-Qorti xi tkun qeghda tistenna minnhom qabel ma jkun hemm l-Ewwel Dehra l-Qorti. Hawnhekk hawn certu konflitt ‘il ghaliex din il-lista fiha nfisha m’hijiex hazina fejn il-partijiet jigu mitluba jressqu l-provi taghhom li jistghu jaghmlu dan permezz tal-Affidavit, u jipprezentaw Nota Guramentata dwar jekk jaqblux f’xi haga u fejn ma jaqblux ghal x’hiex ma jaqblux, u l-Qorti tistedinhom ukoll biex kull naha tissottometti l-proposti taghhom ghal dak li huwa hlasijiet ta’ manteniment, lill-parti li allegatament ma tkunx tahdem u ghat-tfal minuri w il-kwistjoni tal-kura u kustodja w access ghall-ulied. Ikun hemm ukoll anka nvit fejn il-partijiet jiddikjaraw b’mod generali il-Kommunjoni tal-Akkwisti bejniethom f’hiex tikkonsisti u hemmx proposti dwar jekk ma jaqblux kif dawn sejrin jinqsmu, fejn almenu jaqblu u fejn ma jaqblux jekk hux qed ikun hemm xi forma ta’ kontro-prosposti. Dan huwa pass illi huwa tajjeb ghad illi m’huwiex bizzejjed billi r-rakkomandazzjoni tieghi hija li s-sistema kollha ta’ kif jitmexxew il-Kawzi quddiem il-Qorti tal-Familja li jkunu ntizi jew ghall-Firda Legali bejn il-partijiet u Talbiet ohra jew inkella bejn koppja li ma tkunx mizzewga dwar xi problemi li jista’ jkun hemm bejniethom fir-rigward tat-tfal li jkunu nisslu u allura l-attenzjoni u l-interessi supremi dwar dawn it-tfal kif sejrin jigu mharsa, is-sistema ghandha tinbidel ghal kollox.

Hawnhekk nerga’ niehu l-opportunita’ biex nghid illi l-Bini tal-Qorti tal-Familja ghandu jkun biss esklussivament ghalhekk u m’ghandux ikun hemm fih ufficini ta’ Gudikanti jew Amministraturi ohra li jappartjenu ghal Kawzi li jinstemghu fil-Bini Ewlieni tal-Qrati tal-Gustizzja. Fil-Bini tal-Qorti tal-Familja ghandu jkun hemm iffukar biss fuq kwistjonijiet li litteralment ghandhom x’jaqsmu mal-familja u t-tifsira fil-wisa’ taghha f’pajjiz kosmopolitan u pluraslistiku u xejn aktar : m’ghandu jkun hemm ebda attivita’ legali ohra fil-Bini li qieghed proprju msejjah biex ikun il-Qorti tal-Familja!

Illi malli tidhol Kawza fl-amministrazzjoni tal-Qorti tal-Familja, il-Gudikant li lilu jew lilha jkunu missu t-turn ghandhom jigu mgharrfa mill-ewwel u din m’ghandhiex tkun prerogattiva ta’ hadd fl-amministrazzjoni tat-tmexxija tar-Registru tal-Qorti tal-Familja fejn diversi nies jiguhom suspetti anka jekk mhux necessarjament il-kaz illi jista’ jkun hemm xi hadd li qieghed jiddetta kif u meta l-grupp ta’ kawzi jghaddu ghand Imhallef partikolari jew l-iehor jew l-ohra, u anka kif jigu pprocessati l-kwantita’ ta’ Rikorsi li jidhlu quddiem il-Qorti tal-Familja. Bir-rispett kollu l-Qorti tal-Familja ma jieqaf qatt ma nistghux inwaqqfuh billi nohorgu direttivi u regolamenti li a dirittura ma jaghmlu ebda sens fl-istruttura tal-Qorti tal-Familja, bhal per ezempju jekk tinqala’ l-htiega li tfal minuri ser ikollhom il-bzonn li jsiefru ghal raguni jew ohra, ma jistax ikun inwahhlu Avvizi fir-Registru tal-Qorti tal-Familja li jghidu li Talbiet bhal dawn iridu isiru sat-tali zmien, meta kif l-affarijiet jistghu jizviluppaw dan jista’ ma jkunx prevedibbli. U ghalhekk il-Qorti tal-Familja jrid ikun strutturizzat biex jiffunzjona professjonalment u b’efficjenza l-perjodu kollu ta’ kull sena, billi nerga’ nishaq u nenfasizza li hawn qeghdin nitkellmu fuq l-interessi intimi ta’ individwi li l-hajja taghhom tkun giet drammatikament affettwata, li jekk ikun hemm it-tfal minuri l-hajja u l-kwalita’ ta’ hajja ta’ dawn il-minuri qeghda wkoll tigi affettwata, u ghalhekk dawn in-nies ghandhom bzonn ta’ attenzjoni u jekk wiehed jippermettili forma ta’ kura immedjata. Li nirragunaw mod iehor inkunu qisna qeghdin nghidu li l-isptar taghna jew l-isptarijiet taghna ghandhom jghalqu ghall-vaganzi fil-perjodu tas-Sajf, u meta jiena nsemmi dan l-ezempju l-qarrejja ta’ dan il-Gurnal ikunu qeghdin jifhmu b’liema mod serju l-funzjoni efficjenti u professjonali tal-Qorti tal-Familja tigi affettwata b’direttivi bhal dawn li a dirittura mhux talli ma jaghmlux sens imma jmorru kontra l-funzjoni bazika ta’ kif jitmexxa l-Qorti tal-Familja!

F’Artiklu iehor f’din il-katina ta’ Artikoli dwar il-Qorti tal-Familja jiena sejjer nidhol aktar fil-profond dwar kif jitmexxa l-Qorti tal-Familja meta hemm Kawza pendenti quddiem il-Gudikant (li tissejjah Kawza Kontenzjuza), suggerimenti ohra li jiena naghmel fl-interess ta’ mghodrija w aktar umanita’ ma’ individwi affettwati f’kawzi bhal dawn, u anka suggerimenti ohra li jistghu isiru b’mod generiku ta’ kif il-Qorti tal-Familja fl-ebda mument ma jieqaf jew jimxi aktar bil-mod tul il-perjodu tas-Sajf fejn Rikorsi ta’ natura jew ohra jibqghu dehlin u kemm ikun fl-interess mhux biss tat-trasparenza tal-Gustizzja imma li l-Gustizzja tidher li qed issir jekk il-Gudikanti jinvolvu lilhom infushom b’mod aktar impenjattiv f’kull kawza fl-istadju bikri taghha billi hafna dewmien illi jsehh ma jigix kif hemm min jinterpreta minhabba atti voluminuzi li jinkitbu u li jkun hemm min jghid illi ma jridx jew ma tridx taqra hafna (li bir-rispett kollu huwa mpossibbli li frazijiet bhal dawn jitlissnu fi hdan il-Qorti tal-Familja), imma l-fatt illi jkun hemm dixxiplina da parti tal-Gudikant li jkun qed jippresjedi kawza partikolari illi jiltaqa’ mal-partijiet infushom u l-Avukati fi stadju bikri ta’ kawza, fejn il-partijiet ikunu mwissija bl-aktar mod car illi jekk huma ser itawwlu l-pendenzi bejniethom inutilment u dejjem li jkunu konformi mal-Ligi, fl-ahhar mill-ahhar sejrin ibaghtu aktar huma, sejrin ibaghtu t-tfal minuri jekk ikun il-kaz u sejrin jidhlu f’ferm aktar spejjez li jkunu facilment setghu gew evitati : dan kollu fil-parti li jmiss f’dan l-Artikolu dedikat lill-Qorti tal-Familja.

 

Back  


 
Copyright © www.emmybezzina.org | Terms of Use