|
|
|
|
|
|
|
||||||
| |
|
|
||||||||||
![]() |
|
|
|
|||||||||
|
|
|||||||||||
| |
||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||
Bir-rispett kollu dan m’huwiex qieghed isir bhalissa u nibda biex nikkummenta l-ewwelnett dwar l-Onorevoli Imhallfin. Il-Qorti tal-Familja bhalissa ghandha zewg Imhallfin li lilhom jigu assenjati l-kawzi. Hemm it-tielet wiehed li pero’ m’huwiex qieghed jinghata kazijiet godda ‘il ghaliex sejjer jikkoncentra f’hidma gudizzjarja fil-Prim Awla tal-Qorti Civili u fejn ikun hemm bzonn, imma jidher illi mhux sejjer jibqa’ assenjat mal-Qorti tal-Familja. Issa jekk ghandna zewg Imhallfin li jridu jiehdu hsieb it-tmexxija tal-Qorti tal-Familja, huwa evidenti li dawn iz-zewg Imhallfin iridu jkunu impenjati l-hin kollu ghall-htigijiet li jinqalghu kuljum fil-Qorti tal-Familja : wiehed jifhem minghajr ma jidher li qieghed jikkritika u / jew imaqdar, illi jekk jinqala’ kaz per ezempju fejn xi hadd mill-genituri mhux qed jara lil uliedu, ma jistax ikun illi ndumu biex niehdu decizjoni kif u meta dan il-genitur sejjer jara jew sejra tara lil uliedu jew lil uliedha fit-tul. Il-verita’ hi li ghandna kazijiet fejn persuna talbet biex tara lit-tifla taghha sena ilu u sena wara ghada ma hemmx decizjoni meta u kif din il-perrsuna tista’ tara lit-tifla taghha : li gara huwa illi l-genitur l-iehor allegat certu affarijiet serjissimi fir-rigward tat-tifla minuri li ghadha ta’ eta’ tenera hafna u meta f’dan il-kaz il-missier litteralment tkecca mill-mara tieghu mid-Dar Konjugali (anka jekk id-Dar Konjugali kienet proprjeta’ tal-genituri ta’ mart l-individwu koncernat, xorta wahda il-protezzjoni fil-ligi li r-ragel ma setax jaqbad u jitkecca mid-Dar mill-mara tieghu minghajr awtorizzazzjoni mill-Qorti jekk ikun il-kaz) : f’dan il-kaz ir-ragel tkecca u b’rizultat ta’ dan spicca ma jarax lit-tifla tieghu li dak iz-zmien kienet ghadha zghira hafna. It-tfal zghar kull farka ta’ sekonda fil-hajja taghhom hija strumentali ghar-rapport u ghall-izvilupp mhux biss fiziku imma anka psikologiku taghhom illi jkun hemm rabta b’sahhitha mal-genituri anka jekk dawn il-genituri ghar-ragunijiet taghhom jispiccaw fi proceduri ta’ Firda Legali. Il-Qorti tal-Familja taghna m’huwiex atrezzat biex jilqa’ ghal cirkostanzi bhal dawn li huma ferm komuni billi sfortunatament wahda mill-armi li diversi genituri juzaw (hafna drabi imkesksin minn membri ohra tal-familji rispettivi taghhom) huma proprju t-tfal illi ma jistghux jiddefendu lilhom infushom anka jekk il-ligi taghna tenfasizza illi l-interessi supremi tal-minuri jridu jigu mharsa. Hawn ukoll il-Qorti tal-Familja taghna qieghed jonqos bil-kbir billi ma huwa minnu xejn li l-interessi supremi tal-minuri qeghdin jigu mharsa, ‘il ghaliex jekk ghandna kaz fejn tifla ma tistax tara lil missierha bil-kumdita’ kollha illi hija ghandha kull dritt tara lil missierha, f’hinijiet u fi granet li jkunu assenjati bl-ordni tal-Qorti biex il-missier ikun jista’ jgawdi lil bintu jew lil ibnu jew lil uliedu, allura jfisser illi hemm xi haga li mhix qeghda tiffunzjona fil-Qorti tal-Familja. Rimedji ghandna imma jridu jigu mplimentati u jrid ikun hemm diskussjonijiet bis-serjeta’ mal-partijiet kollha nvoluti w interessati f’kazijiet partikolari. Dan ifisser illi Imhallfin li jigu assenjati biex jahdmu fil-Qorti tal-Familja ghandhom ikunu mpenjati esklussivament ghall-Qorti tal-Familja w allura certament ma naqbilx illi miz-zewg Imhallfin li hemm assenjati ghall-Qorti tal-Familja, wiehed minn dawn l-Imhallfin hija mpenjata f’kawzi ohra ta’ natura Civili u Kummercjali f’dak li ahna nghidulhom fil-Prim Awla tal-Qorti Civili. Naturalment jiena m’inix nindirizza s-sitwazzjoni lejn xi Imhallef partikolari, imma jiena qieghed nindirizza s-sitwazzjoni lejn il-htiega li l-Qorti tal-Familja jisthoqqlu ferm u ferm aktar attenzjoni w impenn, haga li sfortunatament l-Awtoritajiet Politici tal-pajjiz dan ma ghamluhx. Jidher li l-Awtoritajiet Politici tal-pajjiz ghandhom interess li l-poplu Malti ma jkunx jaf il-verita’ kemm hija gravi s-sitwazzjoni fir-rapport tal-familji Maltin u kellu jkun bniedem bhas-Sur Martin Scicluna li dan l-ahhar ghamel Rapport ferm siewi u li l-Awtoritajiet Governattivi ghandhom jaghtu kasu bil-kbir ‘il ghaliex hareg bic-car dak li jiena ilni hafna nghid dwaru u cioe’ illi l-problema fiz-zwigijiet f’pajjizna hija wahda enormi, li hawn mijiet ta’ nies illi ghaddejin b’rapporti extra-maritali ma’ xulxin, mijiet ohra li huma qed jghixu flimkien bhala mizzewgin konna nghidu imma li fil-fatt la huma mizzewgin u lanqas huma f’qaghda legali li jizzewgu, u allura naqghu ghal hafna proceduri redikoli. Proceduri redikoli huma li per ezempju meta mara tabbanduna lir-ragel taghha u lil uliedha u tmur ma’ ragel iehor li huwa wkoll ikun mizzewweg imma eventwalment jinfired u jitlaq lil martu u lil uliedu. Din m’hijiex xi sitwazzjoni rari fil-pajjiz taghna anzi hija sitwazzjoni relattivament komuni. M’inix insemmi l-guramenti foloz li jittiehdu illi per ezempju fil-kaz li qed nalludi ghalih l-ewwel il-mara tghid li ma ghandha ebda rapporti intimi ma’ xi ragel iehor fil-kawza taghha ta’ separazzjoni umbaghad snin wara tghid illi hija kienet b’rapport intimu ma’ ragel iehor sahansitra anka qabel ma zzewget lir-ragel li kellha, u dan ghamlitu biex issib skuza halli tmur quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku u hemmhekk titlob l-Annullament skond il-Ligi Kanonika. Ghad illi l-Ligi Kanonika direttament ma tidholx fil-parametri ta’ kif jiffunzjona l-Qorti tal-Familja, huwa skandlu ghal pajjizna li per ezempju Avukat li jkun qieghed jiddefendi ghal numru ta’ snin il-klijent tieghu quddiem il-Qorti Civili : Sezzjoni tal-Familja, il-mara tieghu taghmel kawza ghall-Annullament quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku u l-Avukat tal-Fiducja tar-ragel ma jistax jiddefendi lill-klijent tieghu ghax il-Gvern Nazzjonalista flimkien mal-Kurja Arciveskovili ftehmu l-ewwel fi ftehim sigriet li nhareg fil-berah fil-bidu tas-snin disghinijat, umbaghad fl-1 ta’ Marzu tas-sena 1995 kien gie zvelat fil-Parlament Malti li l-Kurja Arciveskovili u l-Gvern ta’ Malta kienu lahqu ftehim bejniethom illi ghal dak li ghandu x’jaqsam Annullamenti skond ir-Rit tal-Ligi Kanonika, il-parti li tmur u tibda l-proceduri quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku twaqqaf u tissospendi kull proceduri li jista’ jkun hemm jekk in-naha l-ohra tkun bdiet b’dawn l-istess proceduri quddiem il-Qorti Civili : Sezzjoni tal-Familja. Dan kien ezempju skandaluz fejn anka s-sovranita’ u l-indipendenza tal-Istat Malti giet affettwata imma l-punt illi jiena qieghed nishaq fuqu f’dan l-istadju u f’din l-inkwadratura hija li ma jaghmilx sens illi Tribunal Ekklezjastiku li jhaddan ligi li m’hijiex il-ligi tal-pajjiz, li jhaddan ligi li m’hijiex konformi mal-principji tal-Ordinament Guridiku ta’ kif jitmexxew il-kawzi quddiem il-Qrati Civili Maltin u Ghawdxin u lanqas ma hija konformi mar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropeja, ma jistax ikun accettabli li jithalla dan it-Tribunal Ekklezjastiku jezercita din il-procedura fil-Gzejjer Maltin u Ghawdxin li a dirittura m’hijiex konformi mal-Proceduri Demokratici ta’ kif jitmexxew kawzi quddiem il-Qrati tal-Gustizzja Maltin u Ghawdxin. Dwar kif jiffunzjona it-Tribunal Ekklezjastiku u l-mod awtokratu kif Monsinjur wiehed jiddetta hu l-procedura, jiddetta hu xi provi ghandu jircievi jew le, jiddetta hu lil min il-parti nvoluta ttella’ xhieda jew le, u jiddetta hu meta u kif jistghu jinqraw u jigu spezzjonati x-xhieda li tinghata li fl-ahhar mill-ahhar tkun giet miktuba mill-istess Monsinjur skond dak li suppost jghidulu l-partijiet involuti imma li dawn ma jkollhomx mezz kif jikkontrollaw u jrazznu lill-Monsinjur partikolari dwar x’inizzel u ma jnizzilx fit-test tax-xhieda li suppost tkun qeghda tinghata : dan huwa skandlu kbir illi huwa ghajb ghall-Awtoritajiet Politici Maltin li jafu bih illi baqghu jzommu din l-emenda skandaluza fil-Ligi taz-Zwieg ta’ Malta li kienet giet fis-sehh nhar l-1 ta’ Marzu tas-sena 1995 wara li kien hemm ftehim sigriet bejn numru zghir ta’ politici fuq in-naha tal-amministrazzjoni ta’ dak iz-zmien u numru ta’ Monsinjuri li bejniethom ftehmu dwar il-futur tac-cittadini Maltin u Ghawdxin meta l-istess politici nvoluti kienu jafu ben tajjeb li Malta kienet qeghda fit-triq biex issir eventwalment Membru Shih tal-Unjoni Ewropeja. Imma kif ghidt dwar il-proceduri quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku jiena bi hsiebni niddedika Artiklu iehor ‘il ghaliex huwa mportanti issa li Malta ilha mis-sena 2004 Membru Shih tal-Unjoni Ewropeja, illi Malta tirregola s-sitwazzjoni taghha fir-rigward ta’ dan l-iskandlu legali kbir illi qieghed jimrah madwarna bi pregudizzju serju ghal min ikun irid partikolarment illi l-provi dwar id-Dikjarazzjoni tal-Annullament taz-Zwieg tieghu jew taghha jigu regolati skond il-Ligijiet Demokratici tal-Istat Malti fejn tkun imharsa l-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Konvenzjoni Ewropeja ghad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali tal-Individwu, procedura li quddiem it-Tribunal Ekklezjstiku mhix qeghda tigi osservata. Illi tajjeb f’dan l-istadju ghaldaqstant li nergghu niffukaw dwar x’jista’ jigri fil-proceduri tal-Medjazzjoni imposta kif ukoll kontra d-dinjita’ tal-individwu saret mill-Awtoritajiet Politici Maltin u li hemm hafna li ghandhom dubju dwar kemm hija kostituzzjonali din l-imposizzjoni tal-Medjazzjoni fir-Regolamenti ta’ koppji li jhossu li ghandhom diffikultajiet jew fiz-zwieg taghhom jew fir-rapport taghhom bhala siehba partikolarment jekk dawn bejniethom ikollhom it-tfal. Imma f’dan il-pajjiz kulhadd igerger u eventwalment kulhadd jispicca jibqa’ jgerger u hadd ma jiehu passi radikali billi kemm fir-rigward tal-procedura quddiem it-Tribunal Ekklezjastiku kif ukoll dwar il-Medjazzjoni imposta tista’ facilment issir Kawza Kostituzzjonali kontra l-Istat Malti minhabba li sfortunatament meta saru Rapporti dwar din is-sitwazzjoni lill-Unjoni Ewropeja, l-Unjoni Ewropeja wiegbet illi peress li dawn huma affarijiet interni u jappartjenu lill-Ligijiet Interni tar-Repubblika ta’ Malta, allura l-Unjoni Ewropeja f’dak ir-rigward ma tidholx : tkun differenti per ezempju s-sitwazzjoni fejn xi hadd li jgib Divorzju f’wiehed mill-Membri Stati tal-Unjoni Ewropeja u jkun irid jew tkun trid tirregistra dak id-Divorzju fil-Gzejjer Maltin illum nafu li minn mindu sirna Membri Shah tal-Unjoni Ewropeja, dan huwa possibbli li jsir basta min ikun irid jirregistra d-Divorzju tieghu jew taghha jgib certifikat minn Awtorita’ Kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun gie ottenut id-Divorzju, u kopja tad-decizjoni u din tkun tista’ tigi rregistrata fir-Registru Pubbliku ta’ Malta kif hawn diga’ diversi mijiet ta’ Maltin illi dan il-pass, din il-procedura ghamluha. Illi waqt il-Medjazzjoni jekk il-Medjatur jara jew tara illi possibilita’ ta’ rikonciljazzjoni bejn il-partijiet m’hemmx, sia jekk dawn ikunu mizzewgin u sia jekk dawn ikunu siehba imma per ezempju jkun hemm diffikultajiet bejniethom dwar access ghal ulied minuri u / jew kwistjonijiet ta’ manteniment li jista’ jkun dovut, il-Medjatur jinghata struzzjonijiet mill-Qorti Civili : Sezzjoni tal-Familja biex jipprova jghin lill-partijiet halli jaslu ghal jew Firda Legali permezz ta’ Kuntratt jew inkella Kuntratt bejniethom biex jirregolaw ir-relazzjoni u l-manteniment dovut lit-tfal minuri jekk il-koppja ma tkunx mizzewga lil xulxin. Nerga’ nenfasizza illi jiena ma ghandi lil hadd partiikolari quddiem ghajnejja waqt illi qieghed nikteb dan l-Artiklu imma li ghandi quddiem ghajnejja hija sistema li m’hijiex adekwata f’dan ir-rigward fis-sens illi rridu noqoghdu attenti li nzommu quddiem ghajnejna li dak kollu li jinghad f’sessjonijiet tal-Medjazzjoni, ma jistax jigi bl-ebda mod imxandar jew utilizzat minn xi Avukat ta’ xi naha jew ohra, haga li abbuzivament minn zmien ghal zmien issir. Ukoll ma jaghmilx sens illi waqt li qeghdin isiru diskussjonijiet biex bl-ghajnuna tal-Medjatur il-koppja jaslu forsi ghall-Firda Legali Konsenswali jew inkella Kuntratt bejniethom biex jirregola l-access u l-manteniment dovut lit-tfal minuri, xi naha jew ohra titlob u tottjeni l-hrug ta’ xi mandat ta’ sekwestru kontra n-naha l-ohra, jew xi mandat ta’ inibizzjoni billi huwa evidenti illi din s-sitwazzjoni legali mhix sejra tghin biex il-Medjatur ikun jista’ jwassal lill-partijiet halli jirrealizzaw illi ahjar jiftehmu bejniethom u jilhqu kompromess fuq id-differenzi ta’ bejniethom milli jmorru quddiem il-Qorti proprju u hawnhekk allura jsiru l-Proceduri Kontenzjuzi, fejn apparti mill-ispejjez, is-sitwazzjoni bejniethom sejra titwal ferm u ferm aktar. Illi ghalhekk dak illi qieghed jigi ssuggerit huwa li galadarba ssir applikazzjoni li koppja tindika lill-Qorti li hemm diffikultajiet matrimonjali bejniethom jew inkella diffikultajiet bhala siehba dwar tfal li flimkien ikunu pproducew, ghandu jkun hemm makkinarju illi jiffoka fuq il-htigijiet ta’ dik il-koppja partikolari u dan jigri billi jrid ikun hemm koordinament ahjar bejn il-Qorti kif ippresjedut mill-Imhallef kif ukoll il-Medjatur li tkun sejra jew ikun sejjer jikkoordina s-sessjonijiet ma’ dik il-koppja partikolari w anka l-Avukati li jkunu nvoluti. Naturalment hawn wiehed jerga’ jishaq illi jekk bejn dik il-koppja ma jkunx jista’ jintlahaq ftehim, inutli li nkomplu ngebdu bil-proceduri tal-Medjazzjoni sakemm kull naha tibda litteralment tixba. Huwa importanti wkoll li l-Qorti tikkontrolla li ma jsirx abbuz u diga’ accennajt ghall-kazijiet ta’ abbuz fl-Artikoli precedenti illi ktibt, bhal per ezempju li koppja ma tkunx tista’ taqbel bejnietha dwar kif ser tirregola s-sitwazzjoni dwar it-tfal, dwar il-manteniment, dwar il-qsim ta’ dak li jkun komun u li jkun sar fiz-zwieg, u allura jiskadi z-zmien tal-Proceduri tal-Medjazzjoni u wara ftit dwar il-Proceduri jergghu jinfethu biex jergghu jintbaghtu quddiem l-istess Medjatur u l-istess argumenti jergghu jibdew jigu migjuba. Huwa evidenti li dan huwa abbuz tas-sistema, huwa sparpaljar ta’ energija u flus tal-Istat illi jekk koppja waqt Medjazzjoni juru bic-car li mhux disposti illi joqoghdu jiddiskutu ma’ xulxin, il-koppja trid taghzel jekk tibdiex il-kawza jew le bhal per ezempju koppja li ghal tliet darbiet konsekuttivi jispiccaw ic-ciklu tal-Medjazzjoni nkluz il-perjodu tal-estensjoni, u wara ftit wahda minn din il-koppja terga’ tibda bl-istess proceduri u l-istess Medjatur li jkollu lista ta’ kazijiet ohra li jrid jiffoka u jaghti kashom, ikun jaf illi ser jerga’ joqghod jahli l-hin prezzjuz tieghu jew taghha biex joqghod jisma’ lill-partijiet, meta xi hadd mill-partijiet imur ghax gieli n-naha l-ohra tant tiddejjaq b’dan ic-ciklu vizzjuz illi ma tmurx u mhux sewwa li l-parti li ma tmurx tigi ppenalizzata talli n-naha l-ohra tkun deliberatament qed toqghod tipprova tahli l-hin ta’ kulhadd fi proceduri illi jkunu inutli. Huwa ghalhekk importanti li jkun hemm diskussjonijiet mal-Qorti dwar kull kaz partikolari biex kaz ma jdumx aktar milli suppost. Ghandna kuncett zbaljat ghaldaqstant dwar il-Firda Legali Bonarja li jrid jinftiehem li din tfisser illi l-koppja jkunu ftehmu bejniethom anka jekk bl-ghajnuna tal-Avukati taghhom jew tal-Medjatur li huma jridu tabilhaqq jaslu u jiffirmaw il-Kuntratt ta’ Firda Legali Konsenswali : fejn per ezempju jkollok koppja li la ghandhom tfal, it-tnejn li huma jahdmu, la hemm proprjeta’ immobiljari bejniethom, dan huwa kaz car li ma ghandu qatt jispicca fi proceduri kontenzjuzi bhala kawza quddiem il-Qorti imma ghandu jkun hemm sistema fejn il-koppja jigu ggwidati w imfehma li galadarba bejniethom mhux ser ikun hemm ebda obbligu ta’ manteniment billi t-tnejn li huma jahdmu, galadarba bejniethom m’hemmx problema dwar id-Dar Konjugali ‘il ghaliex per ezempju din tkun taghhom it-tnejn mixtrija qabel huma ma zzewgu, galadarba dawn ma jkollhomx tfal u allura ma hemmx problema ta’ kura u kustodja, access jew manteniment dovut lit-tfal, irid ikun hemm min jigwidahom illi ma hemm ebda skop illi huma jmorru f’kawza biex joqoghdu jiftehmu bejniethom min ha jiehu dik il-bicca ghamara jew il-bicca ghamara l-ohra, jew it-tnejn li huma joqoghdu jimpikaw ma’ xulxin dwar allegati kumpensi li kull naha tipretendi minn naha l-ohra meta fil-verita’ jinsew illi z-zwieg ifisser illi huma kienu saru haga wahda f’ghajnejn il-ligi bl-istess drittijiet u obbligi appartenenti lil xulxin. In-natura ta’ pika w inkejja li jista’ jkun hemm bejn il-partijiet involuti, hafna drabi ma taghmilhiex daqshekk facli biex fil-verita’ koppja jaslu ghall-Firda Legali Konsenswali li trid kultura qawwija bejn il-partijiet illi anka jekk pajjizna huwa zghir, fit-triq it-twila jkun jaqbel lill-partijiet li jigu gwidati biex jinfirdu legalment halli b’hekk jigi evitat l-istrapazz, l-ispejjez, il-hela ta’ hin, u s-snin li jistghu jghaddu jekk koppja tmur ghall-Firda Legali permezz tal-Procedura Kontenzjuza li tissejjah il-Kawza quddiem il-Qorti Civili : Sezzjoni tal-Familja kif formalment huwa msejjah u maghruf fil-Ligi l-Qorti tal-Familja. Illi ghaldaqstant huwa suggerit illi l-kuncett tal-Medjazzjoni fir-Regolamenti taghna dwar persuni li jsibu lilhom infushom fi problemi jew fiz-zwieg taghhom jew bhala siehba ta’ xulxin fir-rigward tat-tfal li jista’ jkollhom irid jigi strutturizzat ahjar u li n-nies ghandhom kull dritt ikunu jafu meta ha jkun il-bidu tal-Medjazzjoni taghhom u meta ha jkun it-tmiem tal-Medjazzjoni taghhom fis-sens illi huwa inutli li l-ligi tghidlek li kulhadd jista’ jmur fir-Registru tal-Qorti tal-Familja u jaghmel “Ittra” lir-Registratur ta’ dak ir-Registru biex jigu inizzjati u l-Proceduri tal-Medjazzjoni, umbaghad dik il-parti ma tkunx taf meta sejra tigi appuntata l-Medjazzjoni, kemm ser isiru seduti, kif dawn sejrin jigu rregolati, ‘il ghaliex jigi stultifikat il-kaz kollu li jappartjeni mal-Medjazzjoni. Hawnhekk qeghdin nitkellmu dwar il-hajja intima, dwar il-hajja privata ta’ koppja nvoluta u jekk ikun hemm it-tfal dwar il-hajja ta’ dawn it-tfal u kemm il-Kostituzzjoni ta’ Malta, kif ukoll il-Konvenzjoni Ewropeja ghad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali tal-Individwu, kif ukoll id-Drittijiet Fundamentali li l-Unjoni Ewropeja taghraf u li ha jigu enforzabbli jekk jghaddi t-Trattat ta’ Lisbona, id-diversi Sentenzi li ta f’dan ir-rigward il-Qorti tal-Gustizzja fil-Lussumburgu u l-Qorti ghad-Drittijiet u Libertajiet tal-Individwu gewwa Strassbourg, dawn kollha jishqu fuq id-dritt li wiehed jew wahda tifforma familja, li tkun protetta l-hajja privata taghha, u li t-tfal b’mod partikolari hemm ligijiet internazzjonali, ligijiet fi hdan l-Unjoni Ewropeja, u ligijiet li anka l-Istat Malti rratifika fejn it-tfal ghandhom ikunu mharsa mhux biss biex ikollhom vuci permezz ta’ xi hadd li jirraprezentahom, imma anka illi l-kwalita’ tal-hajja tigi protetta : hawnhekk kif diga’ kelli l-opportunita’ nispjega l-Qorti tal-Familja taghna tfalli mizerabilment, u r-raguni ghal dan hi li m’hemmx impenn mill-Awtoritajiet Politici tal-pajjiz biex jaraw li l-Qorti tal-Familja tabilhaqq tkun Qorti tal-Familja. Fl-Artiklu li jsegwi jiena sejjer nispjega x’jigri meta Medjazzjoni
tinghalaq, meta l-perjodu tal-estensjoni tal-istess Medjazzjoni jinghalaq
ukoll u x’jista’ jigri jew ma jigrix, u fil-qosor kif jitmexxew
il-Kawzi Kontenzjuzi quddiem il-Qorti Civili : Sezzjoni tal-Familja. |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| |
||||||||||||
| Copyright
© www.emmybezzina.org | Terms
of Use |
|
|||||||||||