Front Page | Editorial |Alpha Party | Ambassador for Peace | Archives | EU elections 2009

  Subscribe to my newsletter
  Keep yourself updated with the   latest news and events.

 

 

 
   
     



Il-Qorti tal-Familja
(It-tieni Parti)
- Jikteb l-Avukat Dr. Emmy Bezzina


Nhar is-16 ta’ Dicembru, tas-sena 2003 kien gie inawgurat mid-Deputat Prim Ministru ta’ dak iz-zmien u l-Ministru ghall-Gustizzja l-Avukat Dr Tonio Borg il-Bini li kellu jservi bhala l-Qorti tal-Familja. Jiena kont ikkummentajt fir-rigward tal-Lapida Kommemorattiva tal-Plastika Hoxna li hemm fid-dahla ta’ dan il-Bini, li ma kien hemm ebda dubju li l-Avukat Tonio Borg (habib personali tieghi) li dan ma kienx inawgura l-Bini tal-Qorti tal-Familja, imma d-domanda hi jekk fl-inawgurazzjoni ta’ dan il-Bini tal-Qorti tal-Familja, gietx tabilhaqq inawgurata l-Qorti tal-Familja?

Jiena m’ghandi ebda dubju u m’ghandu jiehu ghalih u fastidju hadd, u meta nghid hadd ifisser hadd, billi dak li sejjer nghid huwa materja sensittiva hafna u facilment xi hadd jifhem jew tifhem li nkun qed nghid dak li sejjer nghid ghalih jew ghaliha meta dan mhux il-kaz.

Il-Qorti tal-Familja m’huwiex qieghed jiffunzjona tajjeb u ser nibda l-ewwel u qabel kollox mir-Registru tal-Qorti tal-Familja li jinsab fit-Tieni Sular ta’ dan il-Bini pjuttost dejjaq u skomdu hafna ghall-objettivi li jirrikjedu t-tmexxija professjonali ta’ Qorti tal-Familja. Dan ir-Registru tal-Qorti tal-Familja sofra u qed isofri regolarment bdil kontinwu ta’ l-‘Istaff’ li huwa responsabbli biex imexxih specjalment dawk li jaghmlu x-xoghol ta’ Attwarji u cioe’ n-nies li jircievu l-Atti w il-Kaxxiera u cioe’ dawk li jircievu l-flus tal-hlasijiet li jkunu jridu jsiru u li jridu jaghtu l-ircevuta. Mhu qieghed immaqdar lil hadd imma huwa evidenti li ghat-tmexxija aktar efficjenti u professjonali tar-Registru tal-Qorti tal-Familja mhux biss irid ikun hemm Staff imharreg sewwa imma li jkun qieghed hemm fuq bazi regolarissimu u mhux min jiddejjaq jew jixba’ f’dak il-qasam, jitlob biex jitnehha u nsibu lil xi hadd gdid, haga li sfortunatament qed tirrepeti ruhha regolarment.

Naturalment kif diga’ fissirt jiena mhu qed nghid ghal ebda persuna imma dwar il-fatti kif qed jizviluppaw, illi bhala Staff fl-individwi li jkun hemm, ma jkun hemm xejn xi tgerger imma naturalment kulhadd ghandu htiega ta’ esperjenza biex jitghallem u l-esperjenza ma takkwistahiex millum ghal ghada : jiena personali wara kwazi tlieta u tletin sena nahdem ta’ Avukat, ma jghaddix jum li ma nkunx dispost li nara x’ser nitghallem gdid u kull jum li jghaddi effettivament nitghallem xi haga, apparti li nibqa’ nzomm lili nnifsi aggornat anka b’Korsijiet Akkademici kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

In-nuqqas ta’ esperjenza tista’ tkun relattivament fatali w iggib inkonvenjenzi kbar lin-nies li jkunu affettwati bhal per ezempju jekk ahna ghandna l-Procedura tal-Medjazzjoni u din tkun inghalqet, u wara li tkun inghalqet xi hadd jipprezenta Rikors ghall-Manteniment u l-Qorti Kompetenti tiddegreta kemm ghandu jinghata l-manteniment, dak id-Digriet huwa null u nvalidu ghax ikun sar meta l-Procedura tal-Medjazzjoni tkun inghalqet u ma tkun infethet ebda Kawza ghall-Firda Legali u Talbiet ohra. Li jigri pero’ huwa li l-vittma li jigi affettwat, aktar u aktar jekk dan ikun hemm ordni li l-manteniment ghandu jinqata’ direttament mis-salarju jew il-paga tieghu, irid huwa joqghod jaghmel ir-Rikorsi u jmur ripetutivament fir-Registru tal-Qorti tal-Familja biex jara x’ezitu hemm fuq ir-Rikors tieghu u jsib lilu nnifsu imdawwar dawra durella billi jigi mitlub biex jinnotifika lill-parti l-ohra u diversi drabi decizjoni ma nghatatx.

Kellna kaz ricenti fejn per ezempju persuna li jahdem ma’ Azjenda tal-Istat inqatghalu parti mis-salarju tieghu biex dan jigi vversat bhala manteniment ghall-mara tieghu li abbandunat id-Dar Konjugali u hadet maghha lit-tfal li l-izghar fost dawn it-tfal ghadha minuri. Meta inghata d-Digriet mill-Qorti Kompetenti li dan il-persuna kellu jivversa manteniment ghall-mara tieghu w ghall-izghar fost uliedu, ma kien hemm ebda proceduri ghaddejin u allura teknikament dak id-Digriet kien null u nvalidu : gara pero’ li dan il-persuna gibed l-attenzjoni tal-Qorti dwar dan in –nuqqas serju, u l-Qorti ordnat biex in-naha l-ohra tigi notifikata u sahansitra kwazi sar suggeriment minn naha l-ohra biex tiftah il-kawza. In-naha l-ohra eventwalment bdiet proceduri godda ta’ Medjazzjoni li minghajr ma gie notifikat il-vittma, din il-Medjazzjoni nfethet u nghalqet bi pregudizzju kbir ghall-persuna li kienet giet ivvittimizzata : nel frattemp il-persuna li favur taghha nghata l-manteniment fethet il-kawza u dan kollu huwa rregolari. Bi staff aktar professjonali, efficjenti, vigilanti u li allura jkun professjonalment organizzat ahjar, dan in-nuqqas ma setax isehh ‘il ghaliex il-vittma f’dan il-kaz issa sejjer isib lilu nnifsu li jrid joqghod jaghmel proceduri inutli biex jiggustifika dan in-nuqqas tal-Qorti li sar proprju minhabba vigilanza w osservazzjoni tar-regoli li jikkontrollaw u jirregolaw il-Medjazzjoni. Bhal dawn in-nuqqasijiet ikun hemm diversi illi ma jkunx sewwa li wiehed jipprova jigbed l-attenzjoni fuq persuna jew fuq grupp ta’ persuni partikolari imma gej minhabba li r-Registru tal-Qorti tal-Familja m’huwiex organizzat fuq il-livell professjonali kif suppost ikun biex jara li jkun hemm kontrolli adekwati halli abbuzi ma jsirux aktar u aktar minn min ikollu intenzjoni li jwettaq xi abbuz!

Hawnhekk ma nistghux ma nitkellmux dwar il-Procedura tal-Medjazzjoni fejn kull min jahseb li jkollu xi problema serjissima fiz-zwieg tieghu jew taghha, jew jekk ma jkunx mizzewweg ikun hemm xi problema fir-rigward ta’ xi tfal li setghu jkunu twieldu minn relazzjoni ma’ sieheb jew siehba ohra li mieghu jew maghha ma jkunx hemm zwieg, irid jirrikorri bilfors ghall-Procedura tal-Medjazzjoni. Din il-Procedura tal-Medjazzjoni filwaqt illi hija lodevoli u ta’ min ifahharha, ma hux sewwa li giet imposta fuq il-perrsuni ‘il ghaliex hija l-mentalita’ f’dan l-Istat taghna li nitrattaw lic-Cittadini qishom kollha boloh, bla sens u mmaturi : filwaqt illi min ikun jaf xi jrid jottjeni mill-hajja personali u privata tieghu, m’ghandux jigi assoggettat qisu xi tifel jew tifla zghira illi bilfors iridu jsegwu r-regolamenti tal-klassi fl-iskola li tattendi!

Biex imexxu dak li jien qed nirreferi ghalih bhala d-Dipartiment tal-Medjazzjoni, hemm numru ta’ Medjaturi li dawn jinghazlu wara applikazzjoni li jkunu ghamlu mill-istess Awtorita’ Kompetenti u naturalment bhal f’kollox mhux il-livell ta’ kull Medjatur huwa sodisfacenti ghad illi jkolli nistqarr li fil-parti l-kbira taghhom il-Medjaturi stabbiliti li ghandna, u ghal ragunijiet ovvji mhux sejjer noqghod insemmi ismijiet, huma kollha kompetitissimi ghad illi whud minnhom b’intenzjoni tajba jgebbdu wisq is-seduti tal-Medjazzjoni, bhal per ezempju meta jirrizulta manifestament car illi koppja mhix ser tiftiehem la naha jew ohra, ma jkunx ghaqli li tibqa’ ggebbed dawn is-Seduti tal-Medjazzjoni indefinittivament.

Qed isir abbuz f’certu Seduti tal-Medjazzjoni u dan partikolarment da parti ta’ xi Avukati, li waqt li jkunu ghaddejin is-Seduti tal-Medjazzjoni, jabbuzaw bi hrug ta’ Mandati ta’ Sekwestru u talbiet eccessivi ghall-manteniment u anka jkunu jridu jidhlu f’materja li tehtieg certu ammont ta’ provi ghaliha : irid ikun hemm kontroll da parti tar-Registru tal-Qorti tal-Familja mghejjuna minn nies esperti u professjonali biex wiehed jara li dawn l-abbuzi ma jsirux, billi abbuzi f’dan l-istadju ixejjen u jfixkel kull tentattiv biex il-partijiet involuti jekk ma jirrikonciljawx partikolarment jekk ikunu mizzewgin, almenu jaslu jew jitwasslu biex jaghmlu Separazzjoni Bonarja jew kif ahna nirreferu ghaliha formalment bhala Firda Legali Konsenswali.

Idejalment is-Seduti tal-Medjazzjoni m’ghandhomx ikunu ta’ anqas minn tnejn imma umbaghad m’ghandhomx jiggebdu indefinittivament : huwa ovvju f’cirkostanzi li jekk Medjazzjoni tinfirex f’aktar minn sitt Seduti hemm xi haga hazina li mhix qeghda tiffunzjona billi f’sitt Seduti mifruxa f’numru ta’ xhur (‘il ghaliex bejn udjenza ta’ Medjazzjoni w ohra generalment jithalla perjodu ta’ bejn tlieta u erba’ gimghat u xi kultant aktar), il-partijiet ghandhom ikunu rrealizzaw u aktar u aktar il-Medjatur li jkun qed jippresjedi fis-seduti jekk il-partijiet hux ser jaslu biex jaghmlu Separazzjoni Bonarja jew inkella Kuntratt ta’ Qbil bejniethom jew le u fin-nuqqas il-Medjazzjoni ghandha tigi ddikjarata maghluqa.

Generalment meta Medjazzjoni tinghalaq hemm interpretazzjoni li tista’ tkun flessibbli skond ir-Regolamenti li kien hareg l-Istat fis-sena 2003 u li sussegwentament kien emendhom fil-bidu tas-sena 2004, illi fi zmien xahrejn minn mindu tinghalaq il-Medjazzjoni il-partijiet involuti jkunu jridu jekk ovvjament ma ftehmux jifthu l-kawza Kontenzjuza u cioe’ l-Kawza fejn ikun hemm indikat il-pretenzjonijiet u t-Talbiet rispettivi taghhom fil-konfront tan-naha l-ohra : jekk ma jkunux disposti ghal xi raguni jew ohra li jifthu din il-Kawza Kontenzjuza, ftit qabel ma tinghalaq il-Medjazzjoni jista’ jsir talba lill-Qorti Kompetenti biex tinghata estensjoni fuq it-terminu ta’ xahrejn li generalment ghal darba wahda l-Qorti Kompetenti tilqa’ Talba bhal din.

Jekk jghaddi t-terminu inutilment, tqum kwistjoni meta l-partijiet involuti setghu pprezentaw il-Kawza Kontenzjuza taghhom kontra n-naha l-ohra.

Hemm Decizjonijiet tal-Qorti Kompetenti li tghid illi fl-eventwalita’ li Medjazzjoni tkun giet maghluqa u Kawza saret ftit wara li ghadda l-perjodu ta’ xahrejn, allura galadarba din mhix qeghda tmiss is-sustanza tat-Talbiet fil-mertu tal-parti li jkun fetah il-Kawza, tali procedura ghandha tigi sanata mill-Qorti jekk in-naha l-ohra tqajjem xi oggezzjoni ghal dan in-nuqqas u dejjem jekk ikun tabilhaqq nuqqas.

Jekk minn naha l-ohra t-terminu jkun ghadda sostanzjalment u cioe’ jkunu ghaddew aktar minn tlieta jew erba’ gimghat, xahar jew xahrejn minn mindu tkun inghalqet il-Medjazzjoni huwa evidenti u logikalment ovvju li l-ebda Qorti Kompetenti ma tista’ taccetta li tinfetah il-kawza imma tkun trid terga’ tordna lill-partijiet jibdew il-Medjazzjoni mill-gdid. Din hija xi haga ferm dibattibbli u kontestata billi hawnhekk qeghdin nitkellmu fuq il-hajja ta’ individwi, fejn kull gurnata hija prezzjuza, jekk ikun hemm it-tfal zghar ikun qed isirilhom hafna hsara inutli u barra minn hekk ghandu jkun hemm sistema aktar flessibbli li jekk koppja resqu ghall-Medjazzjoni, iddeciedew illi jridu jaghtu lilhom infushom aktar zmien biex jahsbuha jew inkella ma setghux jaqblu jekk humiex ser jiftehmu jew le kif sejrin jinfirdu, umbaghad jaqa’ t-terminu tal-Medjazzjoni skond kif hawn fuq qed jigi mfisser u ftit wara jergghu jigu l-Qorti biex ikomplu bil-proceduri taghhom, jiena nissuggerixxi li ghandu jkun hemm aktar pratticita’ u l-kundizzjoni ewlenija trid tkun li kull wiehed jew wahda mill-partijiet ikunu jridu jigu notifikati.

Fil-kaz illi jiena llustrajt ftit aktar ‘il fuq, jiena ghidt proprju li l-persuna involuta meta regghet infethet il-Procedura tal-Medjazzjoni lanqas biss kien gie notifikat, u l-Qorti naqset illi tiggustifika ghala Digriet li ovvjament kien null u nvalidu, ma kellux jigi mhassar ahna nghidulu ‘contrario imperii’ u l-persuni li kienu qeghdin jaqtghu l-ammont tal-manteniment mis-salarju tal-persuna koncernata jigu ordnati biex dana ma jkomplux jaghmluh : dan kollu jindika l-htiega ta’ aktar professjonalita’ bil-mod kif jitmexxa l-Qorti tal-Familja.

Wahda mill-problemi l-kbar li naturalment irid jaffaccja l-Qorti tal-Familja huwa t-tifsira tal-frazi l-interessi supremi tat-tfal minuri, billi sfortunatament it-tfajl minuri diversi drabi jservu bhala loghba ta’ pika, mibeghda, sfida u makakkerija bejn naha u ohra u hawnhekk wiehed ma jistax ma jikkundannax lil dawk il-genituri li juzaw lil uliedhom bhala arma f’idejhom biex jippruvaw jimmanipulaw jew igibu dahru jew dahrha mal-hajt lill-parti l-ohra : hawnhekk hawn il-htiega li jkollna Qorti tal-Familja li trid tkun f’sahhitha u f’dan id-dipartiment il-Qorti tal-Familja huwa certament dghajjef hafna. Ma jistax ikun per ezempju li jsir Rikors biex missier ikun jista’ jara lil bintu ghall-grazzja tal-argument u sena wara dan ir-Rikors ghadu ma giex deciz minhabba strategija u tattika tan-naha l-ohra biex dejjem issib xi skuza jew ohra. Huwa evidenti li hawn ghandu jkollna sistema fejn il-Qorti trazzan u tikkontrolla mhux biss lill-partijiet imma jekk hemm bzonn lill-Avukati li jkunu qeghdin jirraprezentawhom biex dan l-abbuz ma jsirx. Hafna drabi jissemma l-Avukat tat-Tfal.

Hawnhekk ukoll bir-rispett kollu ghandna farsa illi l-Avukat tat-Tfal li veru jezisti imma tajjeb illi nfissru kif jezisti : l-Avukat tat-Tfal fic-cirkostanzi prezenti hija Avukat mara li bhala karattru ghandha karattru tabilhaqq genjali, imma m’ghandhiex l-ghodda u l-mezzi biex tista’ tesegwixxi din il-funzjoni hekk importanti ta’ Avukat tat-Tfal. L-ewwelnett l-impjieg taghha jikkwalifika bhala ‘part-time’ u hawnhekk ghandna l-ewwel nuqqas kbir : kif tista’ timmagina xoghol daqshekk delikat u xoghol daqshekk impenjattiv bhal Avukat tat-Tfal umbaghad tkun impjegata bhala ‘part-timer’?

L-istess fil-Bini tal-Qorti tal-Familja l-Avukat tat-Tfal ghandha kamra veru zghira li l-Inglizi jirreferu ghaliha bhala ‘box-room’, f’liema kamra apparti li hija zghira hafna u klawstrofobika, m’hemm xejn hlief mejda u zewg siggijiet u Monitor li wiehed ikun jista’ jikkonnetja mieghu xi sistema tal-internet. Pero’ m’hemm xejn aktar li b’xi mod tfal li jkunu qeghdin jigu studjati mill-istess Avukat tat-Tfal fuq ordni tal-Qorti ma jistghu b’xi mod ihossuhom komdi f’din il-kamra. Mela hawnhekk ghandna aspett importantissimu fejn il-Qorti tal-Familja huwa ferm dilettantesk billi m’ghandniex l-organizzazzjoni ta’ kif veru l-interessi supremi tal-minuri qeghdin jigu mharsa.

L-Avukat tat-Tfal jidhol in xena f’kawza fejn evidentament ikun hemm l-interessi tat-tfal minuri nvoluti, jidhol in xena fuq ordni tal-Qorti Kompetenti biss, pero’ kif ghadni kif indikajt m’hemmx l-apparat u l-atrezzament u l-ambjent professjonali mehtieg biex din il-funzjoni hekk importanti fl-interess suprem tat-tfal u anka fil-koordinazzjoni ahjar bejn il-genituri taghhom biex tittaffa l-pika u mibeghda, sfida u strategiji li jista’ jkun hemm ghaddejin bejn il-genituri ta’ dawn it-tfal, fin-nuqqas ta’ dan huwa evidenti li l-interessi supremi tat-tfal minuri mhux qeghdin jigu adekwatament imharsa.

Qorti tal-Familja fejn jidhlu l-interessi tat-tfal minuri trid tkun atrezzata b’Psikologi tat-Tfal, bi Psikjatri li jifhmu sew il-psikologija tal-ulied, ikun hemm koordinament kif il-fatt li jkunu qed jirrizultaw f’kawza ta’ Separazzjoni u f’kawza ta’ bejn genituri li ma jkunux mizzewgin ghala wasal ghal dik ir-reazzjoni fit-tifel jew tifla partikolari : bhal per ezempju tifel li ghadda mill-esperjenza li jara lil ommu tghajjar lil missieru umbaghad tabbanduna d-Dar Konjugali u fil-prezenza tal-istess tifel titlaq mal-habib taghha li issa minnu kellha wkoll tarbija, kull darba tigi l-Qorti u taghmel xenata li hija mhix qeghda tithalla tara lil binha waqt illi l-iben minn naha tieghu li anka gie ezaminat minn psikologa tat-tfal (naturalment bi spejjez addizzjonali), it-tifel ikompli jinsisti li huwa taht l-ebda cirkostanzi ma jrid jaf b’ommu jew jara lil ommu. Huwa evidenti li dan it-tifel mhux biss ghadda minn trawma imma qed jibqa’ ghaddej minn din it-trawma u ghalhekk huwa mportanti li l-Istat ikollu organizzazzjoni b’sahhitha bizzejjed biex ikun jista’ jghin l-ewwel u qabel kollox lit-tfal u wkoll jekk ikun il-kaz lill-istess genituri taghhom biex dawn jifhmu mhux biss l-istat li fih jinsabu uliedhom imma anka biex huma jaccettaw certu fatti li jkunu sehhu bejniethom biex ma jibqax isir hsara inutli lill-istess minuri w anka lill-istess genituri tieghu.

Mela huwa importanti hafna li l-Awtoritajiet Kompetenti jgharblu sew din is-sitwazzjoni li tirrigwarda l-implimentazzjoni tal-frazi importantissima li l-ewwel u qabel kollox l-interessi supremi tat-tfal minuri ghandhom jigu mharsa, haga li fl-istruttura partikolari kif qed jitmexxa l-Qorti tal-Familja dan mhux qed isir. Nispjega per ezempju kaz fejn missier kien kostrett li jitlaq mid-Dar Konjugali ghax gie mkecci mill-mara tieghu u halla warajh tifla ta’ ftit xhur : dan il-missier eventwalment talab lill-Qorti tal-Familja biex taghtih access denn ta’ missier minhabba li n-naha l-ohra kienet ghal diversi ragunijiet qeghda tirrifjutalu dan l-access ta’ dinjita’ bejn il-missier u l-bint li nerga’ nirrepeti kienet ta’ ftit xhur u naturalment iz-zmien jghaddi kif jafu l-genituri kollha w it-tfal jikbru bil-farkiet ta’ sekondi, jigifieri kull jum illi jkun qed jghaddi u ma jkunx hemm kuntatt bejn il-genitur u wliedu minuri specjalment ta’ eta’ zghira, tkun qeghda tigi mminata l-kwalita’ tal-hajja kemm tal-minuri kif ukoll tal-istess genitur li jkun qed jigi mcahhad mit-tfal minuri tieghu specjalment dawk ta’ eta’ tenera u li maghhom ma jkun jista’ jsir ebda forma ta’ kuntatt ghajr permezz tal-genitur jew il-parenteli avversarji.

Ghadda aktar minn sena meta dan il-missier ghamel din l-applikazzjoni u l-Qorti tal-Familja sfortunatament ghadha ma ddecidietx jekk dan il-missier ghandux ikollu access, jew sar xi forma ta’ stharrig professjonali ghala naha qeghda tikkontendi mod u n-naha l-ohra qeghda tichad li dak li qed tghid in-naha l-ohra huwa minnu. Huwa evidenti ghaldaqstant u dan f’diversi kazijiet illi hemm illi fejn jidhol il-vera harsien tal-interessi supremi tat-tfal minuri, il-Qorti tal-Familja m’hijiex atrezzata u permezz ta’ dan il-mezz ta’ komunikazzjoni jiena qed naghmel appell lill-Awtoritajiet Kompetenti biex dan in-nuqqas jigi rrimedjat b’mod professjonali u nerga’ nirrepeti m’hemm ebda intenzjoni li xi hadd ihossu offiz talli wiehed qed jikteb dwar dawn l-affarijiet.

Nixtieq allura naghlaq dan l-Artiklu f’din it-Tieni Parti dwar il-Qorti tal-Familja billi nishaq illi l-introduzzjoni tal-Procedura tal-Medjazzjoni wiehed ma jistax jghid li kienet xi Procedura intenzjonalment hazina, pero’ certament qeghda tohloq inkonvenjenza ghal dawk il-persuni li jkunu jafu li possibilita’ ta’ rikonciljazzjoni man-naha l-ohra ma jkunx hemm jekk ikunu mizzewgin jew illi ma jkollhomx ebda aptitudini li joqoghdu jikkomunikaw mal-parti l-ohra imma jridu Decizjoni li tkun enforzabbli bil-Ligi dwar per ezempju accessibilita’ u manteniment, harsien u protezzjoni tat-tfal minuri. F’dan l-aspett ukoll il-Procedura tal-Medjazzjoni mhix qeghda thalli frott ‘il ghaliex fejn qed ikun hemm certu abbuz fejn jigi l-ghoti tal-manteniment, hrug ta’ mandat ta’ sekwestru (u cioe’ fejn flus jigu ffrizati fil-Banek u n-naha l-ohra ma tkunx tista’ tmiss dawk il-flus) dawn ma jistghux isiru fl-istadju tal-Medjazzjoni w ir-raguni ghal dan hija li hemm regola li l-Medjaturi kollha b’pacenzja kbira jfissru lill-partijiet li dak li jigi diskuss fis-Seduti tal-Medjazzjoni ma jistax jigi prodott bhala prova, il-Medjatur ma tistax ittellghu jew ittellaghha xhud fil-Proceduri Kontenzjuzi u l-Avukati lanqas jistghu juzaw dak li seta’ jkun intqal f’sessjonijiet tal-Medjazzjoni bhala prova quddiem il-Qorti Kontenzjuza : hafna minn din ir-regola tigi vjolentament miksura minn certu Avukati li jmorru quddiem il-Qorti Kontenzjuza meta jkun il-kaz u juzaw argumenti li jkunu kunfidenzjali u saru biss fil-maghluq fis-sessjonijiet ta’ Medjazzjoni. Ghaldaqstant huwa mportanti bir-rispett kollu li l-Qorti wkoll tkun ippreparata sew fuq il-fatti ta’ kull kawza anka jekk dan ifisser illi ghandu jkollna Imhallfin esklussivament biss biex jisemghu kawzi relatati mal-Qorti tal-Familja, ikollhom l-ufficju taghhom ibbazat fil-Bini tal-Qorti tal-Familja u jkollhom Staff adekwat anka jekk mhux kbir imma professjonalment efficjenti biex jaraw illi certu nuqqasijiet illi jsiru minghajr intenzjoni u forsi ohrajn illi jsiru b’intenzjoni minn terzi persuni li jistghu jkunu interessati, dan ma jsehhx.

Ghaldaqstant din il-Procedura tal-Medjazzjoni wkoll hemm hafna x’wiehed jista’ jirrimedja dwarha mhux l-anqas l-ambjent fejn isiru dawn is-sessjonijiet fejn ma timmaginax li jkollok Qorti tal-Familja minghajr ma jkun hemm post adekwat fih fejn il-Konsulenti Legali jistghu jiddiskutu xi affarijiet privati mal-klijenti rispettivi taghhom, fejn il-kmamar tal-Medjazzjoni huma hafna drabi gabubi zghar li bil-kemm tidhol mejda fihom, ahseb u ara ikollok mejda b’xi sitt siggijiet b’Medjatur, il-partijiet u l-Avukati taghhom f’din il-kamra, kmamar li ma fihomx arja ‘il ghaliex saru minghajr ebda permessi zgur tal-MEPA ghax Alla hares il-MEPA tigi tispezzjonahom ghax huma kontra l-Ligi tas-Sahha, ma hemmx igene fihom u fuq kollox ma hemm ebda privazija billi facilment tista’ tisma’ x’ikun qieghed isir fil-kmamar l-ohra : niftakar Medjatur partikolari jinqala’ barra minn triqtu biex igib il-jublo fil-Bini tal-Qorti tal-Familja halli jsodd toqob u fethiet li kien hemm bejn l-ufficcju tieghu u kamra ohra ‘il ghaliex evidentament dak li kien qieghed jinghad f’kamra minkejja hajt zghir divizorju kien qieghed jinstema’ facilment minn naha l-ohra : dawn huma affarijiet li wiehed ma jiehux pjacir jikteb dwarhom u lanqas irid imaqdar illi l-fatt li l-Qorti tal-Familja issa gie rikonoxxut formalment mill-Istat ma kienetx xi haga tajba, imma ghal darba f’dan il-pajjiz nistghu nibdew xi haga u nsegwuha fuq l-istess livelli professjonali l-hin kollu? Ikollna Rapporti aggornati dwar in-nuqqasijiet li qed ikun hemm u x’qed nitghallmu minn dawn in–nuqqasijiet? Jew qed tinholoq il-kultura li l-importanti huwa li jkollna Rikorsi mhux twal hafna ‘il ghaliex il-Qrati ghandhom x’jaghmlu u partikolarment il-Gudikanti li qed jippresjedu fil-kawzi li ghandhom x’jaqsmu mal-Qorti tal-Familja, u allura haga flok tigi sorvolata f’seduta wahda rridu noqoghdu ngebbdu biha ghal aktar minn sena.

Huma nuqqasijiet li jweggghu li wiehed jghidhom imma l-verita’ hi li l-Qorti tal-Familja mhix qeghda tiffunzjona kif suppost u f’dan l-Artiklu tajna whud mir-ragunijiet ghala dan qieghed isehh.

Il-Hadd : 9 ta’ Awwissu, 2009 fit-tlieta ta’ wara nofsinhar : VLT 1535.

 

Back  


 
Copyright © www.emmybezzina.org | Terms of Use