Front Page | Editorial |Alpha Party | Ambassador for Peace | Archives | EU elections 2009

  Subscribe to my newsletter
  Keep yourself updated with the   latest news and events.

 

 

 
   
     



Il-Qorti tal-Familja
(L-ewwel Parti)
- Jikteb l-Avukat Dr. Emmy Bezzina

Jiena nista’ nghid rajt it-tnissil tal-kuncett tal-Qorti tal-Familja snin ilu meta f’nofs is-snin tmeninijat u cioe’ wara li l-Gvern Laburista ta’ dak iz-zmien kien ghamel emenda fil-Ligi li tirrigwarda manteniment lil nisa mizzewgin meta din l-emenda kienet tghid li mara jkollha dritt ghall-manteniment minghand zewgha immedjatament malli ssir applikazzjoni ghall-Firda Legali quddiem kif kien maghruf dak iz-zmien is-Sekond’Awla tal-Qorti Civili : jigifieri hawnhekk qeghdin nirreferu ghal bejn is-snin 1982 u 1983.

Qabel dak iz-zmien in-numru ta’ Applikazzjonijiet ghall-Firda Legali kien wiehed minimu w ir-raguni kienet illi fl-ewwel lok il-mara mizzewga u galadarba tizzewweg prattikament ma kellha drittijiet legali xejn u kien meqjus li postha essenzjalment huwa fid-dar (il-kuncett tad-Dar Konjugali kien ghad irid jigi aktar tard) u hemmhekk tnissel u ggib it-tfal fid-dinja [naturalment bl-ghajnuna ta’ zewgha wiehed jimmagina!), izzomm id-dar nadifa, issajjar u tahsel, u toqghod ghar-rieda, ix-xewqat u l-ordnijiet generali ta’ zewgha.

Huwa studju interessanti ghas-socjologi u l-psikologi li wiehed jiddetermina l-bidla fis-socjeta’ Maltija li bdiet tidher evidentament li sejra ssehh bil-kbir f’dan il-perjodu tal-bidu tas-snin tmenin, imma certament fattur importanti kien l-gharfien minn naha tal-Gvern Laburista li mara mizzewga f’hafna kazijiet fid-djar Maltin u Ghawdxin ma kienet xejn anqas minn oggett li r-ragel taghha jinqeda biha x’hin u meta ried, jordnalha kif u dak li ried, u fl-ambjent tad-dar, din il-mara f’hafna kazijiet ma kienet xejn aktar minn skjava.

Ghal dawk fostna li llum ghandhom vicin is-sittin sena jew ‘il fuq mis-sittin sena jiftakru car is-sitwazzjoni fejn il-figura klassika tar-ragel mizzewweg kien li f’daru huwa l-kmand assolut pero’ li l-amministratur ewlieni kienet il-mara li generalment u fil-parti l-kbira tal-kazijiet kienet tamministra l-‘budget’ tad-dar, twarrab dak is-sold ghal meta tigi bzonnu [erfa’ u zomm ghal meta tigi bzonn] u li d-dekor u l-htigijiet bazici gewwa d-dar kienu r-responsabilita’ tal-mara mizzewga, nerga’ nghid fil-parti l-kbira tad-djar Maltin u Ghawdxin.

Din is-sitwazzjoni inbidlet radikalment malli l-Gvern Laburista emenda l-Ligi w ghamilha possibbli li f’kaz li jkun hemm dizgwid fiz-zwieg, mara mizzewga (li f’dawk iz-zminijiet il-parti l-kbira taghhom kienu konfinati jigifieri litteralment maqfula fid-djar taghhom), il-mara mizzewga setghet tapplika lis-Sekond’Awla tal-Qorti Civili kif konna nsibuha dak iz-zmien u minn hemm skond l-impjieg tar-ragel u skond id-dhul finanzjarju tar-ragel, u skond il-posizzjoni socjali w ic-cirkostanzi ta’ dik il-familja, il-Qorti kienet tivversa jigifieri tghaddi retta alimentari jigifieri manteniment ta’ sosteniment lill-mara mizzewga, u fil-parti l-kbira tal-kaz jekk kien ikun hemm it-tfal, il-kura u l-kustodja tal-ulied kienu jghaddu generalment f’idejn il-mara mizzewga w ir-ragel jigi obbligat illi jghaddi dik is-somma bhala manteniment lil martu w ghal uliedhom.

Dak iz-zmien il-kuncett li wiehed jirreferi ghall-Qorti tal-Familja ma kienx ezistenti u l-Ligijiet ta’ Malta kienu sa dak iz-zmien jikkontemplaw il-Ligi li tirregola l-Att taz-Zwieg li ghamlitha possibbli minn Awwissu tas-sena 1975 li jkollna Zwieg Civili f’pajjizna, u Annullament Civili imma mhux Divorzju ghad illi kien hemm rikonoxximent mill-Ligi li decizjoni ta’ Qorti jew Tribunal barrani li tkun tikkonforma mal-Ligi ta’ dak il-pajjiz li tikkoncedi Divorzju u cioe’ bdil fl-istatus matrimonjali ta’ persuna mizzewga fejn iz-zwieg jigi dikjarat xolt, allura dak kien possibbli li jigi rikonoxxut hawn Malta jekk ikunu sodisfatti r-rekwiziti li legalment nghidulhom il-voti tal-Ligi li kienet tirregola z-Zwieg Civili u z-zwieg in generali f’pajjizna.

Malli pero’ l-mara mizzewga bdiet ikollha d-dritt li tinghata l-manteniment ghaliha w ghall-ulied minuri, u gie ntrodott il-kuncett tac-childrens allowance u l-family allowance dejjem minn Gvern Laburista, barra mill-kuncett tal-assistenza socjali li mara mizzewga f’dawn ic-cirkostanzi kienet intitolata li tottjeni, il-figuri ghall-applikazzjoni tal-firda legali f’pajjizna beda jizdied sostanzjalment, u meta nghid beda jizdied sostanzjalment mhux jigifieri b’xi ftit figuri imma b’figuri li tabilhaqq kienu qed jindikaw li kien hemm marda socjali kbira f’pajjizna ghal dak li huwa dak li kien ghaddej wara l-bibien maghluqa tad-djar tal-mizzewgin f’Malta u f’Ghawdex.

Dak iz-zmien il-procedura ghall-Firda Legali kienet tibda billi persuna li tkun trid tapplika ghall-Firda Legali taghmel Rikors quddiem is-Sekond’Awla tal-Qorti Civili li kien ikollha Imhallef apposta ghalhekk u dan l-Imhallef wara li jigu notifikati r-ragel u l-mara mizzewgin (dawn kienu zminijiet fejn il-kuncett ta’ koabitazzjoni kien ghadu taboo li tiddiskutieh u l-adulterju kien meqjus bhala xi haga serjissima), dak iz-zmien il-Qorti ppresjeduta minn dan l-Imhallef kienet tisma’ fil-qosor generalment f’seduta wahda ta’ ftit hin x’kellha xi tghid il-mara mizzewga u x’kellu xi jghid ir-ragel mizzewweg u wara tentattiv qasir, il-Qorti kienet tiddeciedi illi taghti l-fakulta’ lil dik il-mara jew lil dak ir-ragel li jibdew il-proceduri ghall-Firda Legali fejn sadanittant il-mara kien ikollha manteniment protett mill-Ligi ghaliha w ghat-tfal minuri jekk il-mara kif generalment kien isir kienet tinghata l-kura u kustodja tat-tfal minuri.

Illi tant beda jikber in-numru ta’ Applikazzjonijiet ghall-Firda Legali u tant beda jkun hemm l-gharfien tal-persentagg sostanzjali ta’ nfedelitajiet fiz-zwigijiet kif ukoll certu mohqrija u stati ta’ terrur f’diversi familji Maltin u Ghawdxin illi kien ovvju bit-tensjoni li kienet qeghda tinholoq fil-kurituri tal-Bini Ewlieni tal-Qrati tal-Gustizzja tar-Repubblika ta’ Malta, is-sitwazzjoni ma kienetx ser tibqa’ tkun sostenibbli.

Niftakar zmien fejn kienu qeghdin isiru tentattivi biex il-Qorti tkun tista’ tlahhaq mar-rata ta’ Applikazzjonijiet li kienu dehlin u mar-rata ta’ Applikazzjonijiet li kienu qeghdin jigu pprocessati, li Alla jahfirlu kien hemm l-Imhallef Dr Stephen Borg Cardona (Imhallef genjali hafna u li kellu sens kbir ta’ umanita’ pero’ illi bil-mod ta’ kif kienu jigu processati l-kazijiet ma tantx l-affarijiet kienu qed jithaffu), li dan kien jaghmel darbtejn fil-gimgha jisma’ l-Applikazzjonijiet ta’ quddiem il-Qorti maghrufa bhala s-Sekond’Awla tal-Qorti Civili u t-tliet darbiet l-ohra fil-gimgha f’gimgha ta’ bejn it-Tnejn u l-Gimgha u cioe’ gimgha ta’ hamest ijiem kien jisma’ l-kawzi proprja ta’ Firda Legali u Talbiet ohra konnessi maghhom illi huwa kien qed ikollu quddiemu : l-iskop ta’ dan kien illi l-istess Imhallef kien ikun jaf bejn wiehed u iehor l-bidu ta’ kaz ta’ koppja partikolari u l-ideja kienet illi meta jekk ma jaqblux biex jaslu ghal Separazzjoni Bonarja jigu ghal quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Civili kif kien maghruf dak iz-zmien li umbaghad wara sar il-Qorti tal-Familja bl-appellattiv il-Qorti Civili : Sezzjoni tal-Familja, il-Qorti kienet diga’ tkun taf bejn wiehed u iehor il-bazi ta’ fatti dwar dik il-koppja u suppost il-kazijiet jithaffu : haga pero’ illi ma rnexxietx.

Niftakar ukoll illi wara li miet l-Onorevoli Imhallef Dr Stephen Borg Cardona, konna ghamilna zmien fejn mijiet ta’ kawzi ta’ Applikazzjoni ghall-Firda Legali ma kienu qeghdin jinstemghu xejn u litteralment kellna chaos f’dan il-qasam fejn Applikazzjonijiet ghall-Firda Legali dejjem jizdiedu, Applikazzjonijiet quddiem is-Sekond’Awla tal-Qorti Civili jigu processati u mara kien ikollha manteniment ghaliha w ghat-tfal minuri u l-affari kienet toqghod hemm : u hawn mill-ewwel jidher car in-nuqqasijiet kbar ta’ diversi amministrazzjonijiet governattivi li ma tawx kaz ta’ din il-problema socjali kbira illi kellu pajjizna fejn l-Applikazzjonijiet ghall-Firda Legali huwa fenomenu jekk nistghu insejhulu hekk li minn mindu l-Ligi nbidlet biex taghti d-dritta lill-mara li jkollha manteniment ghaliha w ghat-tfal minuri, in-numru ta’ Applikazzjonijiet ghall-Firda Legali dejjem f’pajjizna baqa’ jizdied sakemm fi zminijietna c-cifra bazika ta’ dawn l-Applikazzjonijiet tizboq kwazi elf kaz fis-sena (li hija rata oghla ferm ghal Malta meta tqies illi medja ta’ elfejn zwigijiet fis-sena jsehhu), jigifieri wiehed minn kull zewg zwigijiet f’pajjizna qeghdin ifallu.

Umbaghad wara perjodu sostanzjalment twil li kien ha xhur shah, kien ha l-posizzjoni tal-Onorevoli Imhallef Dr Stephen Borg Cardona, l-Avukat Dr Depasquale u cioe’ Dr Franco Depasquale li f’perjodu fejn prattikament hadd ma ried jidhol ghall-kwantita’ ta’ kawzi pendenti f’dan il-qasam, dan l-Avukat kien rispettat hafna fil-kurituri tal-Qrati tal-Gustizzja ta’ Malta, gie elevat ghall-Gudikatura mill-Amministrazzjoni ta’ Fenech Adami u dan beda jaqdi dmiru bhala Imhallef fil-Prim Awla tal-Qorti Civili li allura b’mod indirett bdejna wkoll nirreferu ghaliha bhala l-Qorti tal-Familja minghajr pero’ ma kellha gharfien ufficjali jew legislattiv.

Illi sadanittant kienu bdew thejjijiet biex il-chaos u l-konfuzjoni li kienu qeghdin jigu mahluqa f’sitwazzjoni mhawda bhal din, tigi wkoll legalment modifikata. Per ezempju sal-1 ta’ Dicembru tal-1993, it-tfal taht it-tliet snin ghajr f’kazijiet eccezzjonalissimi, kienu awtomatikament jinghataw fi hdan il-kura u l-kustodja ta’ ommhom, imma wara l-1 ta’ Dicembru tal-1993 din id-diskriminazzjoni kienet tnehhiet anka jekk sal-gurnata tallum il-parti l-kbira tat-tfal minuri u l-kura u kustodja taghhom xorta ghadha tigi mghoddija f’idejn ommhom.

Diga’ semmejt illi fl-1975 iz-Zwieg Civili sar possibbli f’Malta peress illi ghajb ghall-Amministrazzjonijiet ta’ qabel dak iz-zmien, Malta Indipendenti u sovrana ma kellhiex il-Ligi taz-Zwieg taghha qabel Awwissu tal-1975 jigifieri ghamilna hdax –il sena shiha niddependu ghall-formalitajiet ta’ x’jaghmel zwieg validu mill-Ligi barranija li kienet il-Ligi Kanonika immexxija mill-Kurja Aciveskovili u hawnhekk wiehed jara parti mill-abbuz u l-arroganza illi l-Kurja Arciveskovili ghandha fil-qasam tal-formalitajiet u l-validita’ taz-zwieg fejn sal-gurnata tallum ghadha qeghda tiggieled fil-konfront tal-Istat lajk u hieles taghna biex per ezempju f’pajjizna ma jiddahhalx id-Divorzju.

Importanti wkoll illi nsemmu li f’Ottubru tal-1987, l-Amministrazzjoni ta’ Fenech Adami kienet dahlet f’pajjizna permezz ta’ radifikazzjoni l-Konvenzjoni Ewropeja ghad-Drittijiet u Libertajiet tal-Individwu li ghad illi l-objettiv politiku certament ma kienx id-drittijiet u libertajiet individwali u fundamentali ta’ kull wiehed mill-mizzewgin, certament dan ghin biex beda jkun hemm gharfien aktar akut illi koppja mizzewga ma kellhiex tibqa’ mhollija li tirregola r-relazzjoni ta’ bejnietha kif riedet u b’mod abbuziv (kif kien f’hafna kazijiet), imma jekk kien hemm ilment dwar dan minn naha jew ohra ta’ koppja mizzewga allura dawn ried ikollhom rimedju legali.

Importanti illi wkoll nitkellmu li r-ragel mizzewweg ma baqax il-padrun assolut fit-tmexxija tal-amministrazzjoni ta’ dak li jigi akkwistat matul iz-zwieg u nfatti wara l-1 ta’ Dicembru tal-1993, ir-ragel u l-mara mizzewgin beda jkollhom drittijiet indaqs bejniethom ta’ dak li huwa t-tmexxija tal-Kommunjoni tal-Akkwisti u l-amministrazzjoni tal-beni konjugali w apparti minn dan ragel mizzewweg ma setax aktar jaqbad u jbiegh id-Dar Konjugali jew jakkwista Dar Konjugali jew jinnegozja l-proprjeta’ tal-familja mizzewga tieghu minghajr l-awtorizzazzjoni w il-kunsens tal-istess martu. Hawnhekk ghaldaqstant naraw fatturi ohra li bdew jibdlu l-istampa radikalment ta’ rwol tal-mara mizzewga fil-hajja matrimonjali fil-Gzejjer Maltin u Ghawdxin.

Mill-lat fiziku, kien gie akkwistat bini fi Strada Stretta gewwa l-Belt Valletta li qabel kien post ta’ divertiment ta’ bil-lejl maghruf bl-isem ta’ ‘CLEOPATRA’, liema bini beda jigi modifikat ftit ftit biex eventwalment ikun jifforma l-Bini tal-Qorti tal-Familja. Dan il-bini fl-ahhar tlesta u kien gie inawgurat formalment nhar is-16 ta’ Dicembru tal-1993 mill-Onorevoli Deputat Prim Ministru ta’ dak iz-zmien u Ministru ghall-Gustizzja u cioe’ Tonio Borg. Dan il-bini gie formalment inawgurat bhala l-Bini tal-Qorti tal-Familja, titlu li ghad ghandu sal-gurnata tallum, imma d-domanda taghna hija : dan il-bini barra li jissejjah Qorti tal-Familja, qieghed jiffunzjona tabilhaqq bhala Qorti tal-Familja? X’inhuma d-diffikultajiet biex tmexxi Qorti tal-Familja? Ghandna nies dedikati u staff amministrattiv sodisfacentament kompetenti biex ikun tabilhaqq jista’ jmexxi l-Qorti tal-Familja? Il-proceduri fil-Qorti tal-Familja jhallu konkluzjoni illi l-gustizzja mhux biss qed issir imma veru qed issir, fl-amministrazzjoni tal-manteniment, fl-assenjazzjoni tal-kura u kustodja, fit-thaffif tal-proceduri ghall-Firda Legali? U xi nghidu dwar Procedura gdida li giet introdotta dik tal-Medjazzjoni li flok din thalliet f’dan il-qasam bhala wahda volontarja u / jew arbitrarja, kienet procedura li giet imposta fuq il-partijiet li japplikaw ghall-Firda Legali ta’ bejniethom?

Illi aspett iehor li kellha ssir analizi tieghu kien in-numru sostanzjali ta’ koppji mhux mizzewga illi kienu qeghdin jikkoabitaw flimkien jew parti minn dawn il-koppja li kienet mizzewga w ohra li ma kienetx, tahlit bejn Maltin u barranin li kien qed jipproduci t-tfal u l-problemi legali li kienu qeghdin jinholqu, kif ukoll koppja li jkollhom tarbija mir-relazzjonijiet intimi bejniethom imma li ma kienux qeghdin jghixu flimkien u cirkostanzi fejn umbaghad l-omm jew il-missier ta’ din it-tarbija kienu zviluppaw relazzjoni ma’ mara jew ragel iehor skond il-kaz jew anka inghaqdu fiz-zwieg ma’ ragel u mara iehor : dawn kienu whud mill-problemi realistici kbar illi l-Qorti l-gdid tal-Familja kellu jiffaccja quddiemu.

Inholoq ukoll l-Istitut tal-Medjaturi w allura rridu ngharblu kemm kien effettiv dan l-Istitut tal-Medjaturi, kemm huwa adekwat kif qed jitmexxa r-Registru tal-Qorti tal-Familja, u kif qeghdin jigu kkoordinati l-Proceduri bejn l-Applikazzjoni ghall-Firda Legali jew ghall-soluzzjoni ta’ problemi fejn jidhlu tfal minuri minn genituri li ma jkunux mizzewgin u kif dawn qed jigu solvuti jew le, jekk hux b’mod sodisfacenti jew le, u n-nuqqasijiet jekk huwa l-kaz illi qeghdin dejjem aktar jikbru fit-tmexxija tal-Qorti tal-Familja. Dawn u kwistjonijiet ohra jigu analizzati fit-tieni Artiklu f’din is-serje dwar IL-QORTI TAL-FAMILJA li jiena qieghed nikteb ghal dan il-Gurnal b’mod esklussiv.

Il-Hadd : 9 ta’ Awwissu, 2009 fit-tmienja u kwart ta’ filghodu : VLT 1535.

 

Back  


 
Copyright © www.emmybezzina.org | Terms of Use