Front Page | Editorial |Alpha Party | Ambassador for Peace | Archives | EU elections 2009

  Subscribe to my newsletter
  Keep yourself updated with the   latest news and events.

 

 

 
   
     



Il-Qorti tal-Familja
Jikteb l-Avukat Dr. Emmy Bezzina

Gabra ta' 7 artikli dwar il-Qorti tal-familja, Kif tahdem u tithaddem, nuqqasijiet u rakommandazzjonijiet, analizi tal-htiega taghha f`inkwadratura tal-Unjoni Ewropeja u kif l-Istat Malti qed jonqos mill-obbligi tieghu lejn ic - Cittadini Milquta.

Fuq kollox id-domanda ewlenija dwar l-utilita` tal-Proceduri ghall-Firda Legali li thalli lill-Partijiet effetwati f`sitwazzjoni preokkupanti ghall-ahhar meta d-Divorzju huwa soluzzjoni ferm iktar gusta u realistika.

XI nghidu dwar l-interess suprem tal-ulied li diversi drabi ma huwa qed jithares xejn! Hemm htiega ghall-kawzi at` Annullament Civili u ghandhom IL-Kawzi ghall-Annullament Ekklesjastiku jibqghu mhallta ma` dawk fil- proceduri Civili ?


L-ewwel parti
Huwa studju interessanti ghas-socjologi u l-psikologi li wiehed jiddetermina l-bidla fis-socjeta’ Maltija li bdiet tidher evidentament li sejra ssehh bil-kbir f’dan il-perjodu tal-bidu tas-snin tmenin, imma certament fattur importanti kien l-gharfien minn naha tal-Gvern Laburista li mara mizzewga f’hafna kazijiet fid-djar Maltin u Ghawdxin ma kienet xejn anqas minn oggett li r-ragel taghha jinqeda biha x’hin u meta ried, jordnalha kif u dak li ried, u fl-ambjent tad-dar, din il-mara f’hafna kazijiet ma kienet xejn aktar minn skjava.
Aqra aktar >

It-tieni parti
Nhar is-16 ta’ Dicembru, tas-sena 2003 kien gie inawgurat mid-Deputat Prim Ministru ta’ dak iz-zmien u l-Ministru ghall-Gustizzja l-Avukat Dr Tonio Borg il-Bini li kellu jservi bhala l-Qorti tal-Familja. Jiena kont ikkummentajt fir-rigward tal-Lapida Kommemorattiva tal-Plastika Hoxna li hemm fid-dahla ta’ dan il-Bini, li ma kien hemm ebda dubju li l-Avukat Tonio Borg (habib personali tieghi) li dan ma kienx inawgura l-Bini tal-Qorti tal-Familja, imma d-domanda hi jekk fl-inawgurazzjoni ta’ dan il-Bini tal-Qorti tal-Familja, gietx tabilhaqq inawgurata l-Qorti tal-Familja?
Aqra aktar >

It-tielet parti
Il-Qorti tal-Familja hija Istituzzjoni fil-Qrati tal-Gustizzja taghna li tirrekjedi specjalizzazzjoni u professjonalita’ u grupp ta’ nies li jridu jkunu mpenjati ghall-objettivi kollha li jridu jintlahqu fil-Qorti tal-Familja li f’socjeta’ komplessa bhal ma saret Malta taghna (aktar u aktar mis-sena 2004 ‘l hawn meta sirna Membri Shah tal-Unjoni Ewropeja), l-Amministrazzjoni Governattiva ma tistax ma taghtix kaz b’impenn illi l-Qorti tal-Familja mhux biss jimxi b’ritmu professjonali imma li fuq kollox jara li l-interessi ta’ diversi individwi li jigu effettwati jkunu mharsa.
Aqra aktar >

Ir-raba parti
Meta l-procedura mposta skond ir-Regolamenti ppubblikati f’Dicembru tas-sena 1903 u emendati minhabba zball legislattiv fil-bidu tas-sena 2004 (is-sena li fiha Malta saret Membru Shih tal-Unjoni Ewropeja), meta din il-Medjazzjoni mposta ma thalli ebda frott la naha u lanqas ohra jigifieri la l-partijiet ma jirrikonciljaw (kif fil-verita’ jigri fil-parti l-kbira tal-kazijiet u ghalhekk ma tantx naqbel ma’ din il-Medjazzjoni mposta ‘il ghaliex il-Hakkiema Politici tal-pajjiz ma jirrispettawx lill-poplu fil-verita’ w ghandhom ideja falza ta’ kif tiddixplina lill-poplu taghna meta l-poplu taghna huwa maghruf huwa wiehed mill-aktar indixxiplinati li hawn kif bazikament hija l-karatteristika ta’ hafna minn nies li jappartjenu ghas-Sud nghidulhom.
Aqra aktar >

Il-hames parti
Irridu nkunu umani meta nharsu lejn il-Qorti tal-Familja w huwa importanti li hadd minna ma jiehu fastidju jekk jinkitbu jew jinghadu xi affarijiet li joqorsuna fil-laham il-haj kif jghid ilsienna imma li huma ta’ htiega li niktbu u nitkellmu dwarhom f’dawn il-parametri u f’dan il-kuntest tal-Qorti tal-Familja.
Aqra aktar >

Is-sitt parti
“Jiena qed nghix struggling hafna, qeghda nghix bir-relief jigifieri u relief kull ma ghandi erba’ mija u hamsa w ghoxrin Ewro fix-xahar, jigifieri b’dawn jiena rrid nghajjex tliet itfal u l-kbira, erbat itfal. I am struggling hafna. Jiena b’dan il-ftit la nista’ nixtri naqra frott ghat-tfal, very struggling...."
Aqra aktar >

Is-seba' parti
Kif diga’ kelli l-opportunita’ intenni ma jistax ikun li jkollna zmien ta’ waqfien jew ta’ vaganza ghall-Qorti tal-Familja kif tidher li nghatat l-impressjoni li tul ix-xhur tas-Sajf jew tul il-perjodu tal-Milied u tal-Ghid, ikun hemm perjodu ta’ vaganza ghal min huwa inkarigat li jmexxi l-Qorti tal-Familja.
Aqra aktar >

 

Back  


 
Copyright © www.emmybezzina.org | Terms of Use